TUTORIALS | 2008-09

Arkivji

TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 30 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 3 ta’ April 2009

Kritika letterarja
Agħmel analiżi kritika ta’ waħda minn dawn il-poeżiji li jinsabu f’Il-Poeżija Maltija ta’ Oliver Friggieri:
  • “Hemm id-Dinja” ta’ Anton Muscat Fenech (p. 53)
  • “Għodwa” ta’ Ġorġ Peresso (p. 314)

TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 30 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 3 ta’ April 2009

F'din l-aħħar ġimgħa m’għandkomx tutorial formali miktub. Fil-ħinijiet tat-tutorial, intom mhux biss mistiedna imma wkoll imħeġġa biex tiġu tikkonsultaw mal-lekċerers rispettivi tagħkom dwar kull diffikultà li jkollkom.

Nieħu din l-okkażjoni biex f’ismi u f’isem il-membri tad-Dipartiment tal-Malti nawguralkom li tmorru tajjeb fl-eżamijiet, u jkollkom ir-riżultat li tixtiequ.

 

David Calleja

Kap tad-Dipartiment tal-Malti


TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 23 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 27 ta’ Marzu 2009

Komponiment Letterarju

 

Ħala taż-Żgħożija
Is-soċjetà Maltija taħt il-lenti. Ikkummenta dwar dan l-argument b’referenza għan-novelli li studjajt s’issa.


TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 23 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 27 ta’ Marzu 2009

Komponiment Letterarju

Il-Ġaħan ta’ Binġemma ta’ Francis Ebejer
Wieġeb waħda minn dawn il-mistoqsijiet:

  1. Il-funzjoni ta’ Selima fid-dramm Il-Ġaħan ta’ Binġemma ta’ Francis Ebejer.

  2. Il-funzjoni ta’ Ġaħan fid-dramm Il-Ġaħan ta’ Binġemma ta’ Francis Ebejer.

  3. Francis Ebejer kien jemmen li biex tifhem il-preżent trid tagħraf il-passat. Ikkummenta kif jidher dan l-argument fid-dramm tiegħu Il-Ġaħan ta’ Binġemma.


TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 16 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 20 ta’ Marzu 2009

Komponiment Letterarju
Agħżel titlu wieħed:

  1. Il-poeti sikwit juru l-qima sħiħa li għandhom lejn l-Ambjent Naturali u d-dinja tal-ħlejjaq mhux umani. Ikkummenta u agħti eżempji.

  2. Fil-Poeżija tal-Ewwel Nofs tas-Seklu Għoxrin l-Esperjenza Reliġjuża tal-poeti tmur lil hinn minn sempliċi twemmin. Uri kif il-poeti sabu tifsira għat-tiġrib tal-ħajja billi rrikorrew lejn it-twemmin reliġjuż tagħhom. Iddiskuti u agħti eżempji

Nota: Billi l-istudenti tal-ewwel sena m’għamlux ilkoll l-istess tema mal-lekċerers rispettivi tagħhom, għandhom jagħżlu l-mistoqsija skont liema tema għamlu.
 


TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 16 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 20 ta’ Marzu 2009

Komponiment Letterarju
Il-Poeżija tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin
Wieġeb waħda minn dawn il-mistoqsijiet:

  1. L-għanja hi l-karba li toħroġ mit-tiġrib persunali tal-poeta. Iddiskuti b’referenza għall-poeżiji li studjajt f’Il-Poeżija Maltija.

  2. Ikkummenta dwar il-mod kif il-poeti tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin jippreżentaw it-tema tal-Identità ta’ Poplu fil-poeżiji li studjajt.

  3. Iddiskuti t-tema tal-Esperjenza Reliġjuża fix-xogħlijiet tal-poeti tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin skont dak li studjajt f’Il-Poeżija Maltija.


TUTORIAL – L-EWWEL u T-TIENI SENA AVVANZAT
Fil-ġimgħa ta’ bejn id-9 u t-13 ta’ Marzu mhux se jsiru tutorials.


TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 02 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 06 ta’ Marzu 2009

Taqsira
Qassar f’madwar 100 kelma s-silta ta’ hawn taħt:

Illum Selmun qiegħed jieħu dehra ġdida, libsa li qed tieħdu bilġri lil hemm mill-ambjent rurali li kellu. Iż-żmien u l-progress qegħdin irossu u jagħfsu fuqu u, b’ironija kbira, il-Palazz li tant għen biex iżejjen l-inħawi qiegħed issa jgħin biex ibiddel il-karattru ta’ Selmun u l-inħawi. Ġibed it-turisti, inbniet lukanda kbira, u flok bdiewa jduru mal-mogħdijiet jew jaħdmu bi kwiethom fir-raba’ mtarraġ ta’ Wied Għarbiel, illum tara xi turist jew tnejn imlefilfin sewwa fi lbieshom, iduru u jitpaxxew b’ħafna raba’ maħdum u b’ħafna aktar mimli xewk u żdingat. Illum m’għadx hemm it-tifel ferħan tiela’ u nieżel minn quddiem il-Palazz igerbeb xi ċirku jew jindokra xi tużżana mogħżiet u nagħġiet: ommu ma tħallihx. Mogħoż u ngħaġ m’għadx hemm u l-karozzi deħlin u ħerġin mit-trejqa ewlenija huma bosta u bosta. U wara nofsinhar sajfi sar jinkiser qatigħ bil-ħsejjes tat-tvenvin tal-muturi u inġenji oħra. M’għadekx tisma’ t-tlikki tlikki tal-ħmara jew tal-bagħal. Dak ħoss li wliedi stess ma jisimgħux żgur għax bgħula m’għadx baqa’ biex jiġbdu l-karettuni mal-konkos irrigat li kien hemm fl-art quddiem il-Palazz. Lin-nanna Ġużeppa m’għadekx taraha bil-maktur abjad qoton marbut ma’ rasha tnaqqax xi mixtla basal: dawn dehriet li naqsu bil-bosta u bil-bosta. M’għadekx tarahom liċ-ċorma subien jilagħbu bit-tappini jew jiġru ħafjin b’saħħithom ukoll fl-eqqel tax-xitwa mal-ibgħad mogħdija; lanqas jixxabbtu mal-irdumijiet m’għadek tarahom. Donnhom dawn dehriet li issa ntemmu.

Kien ilhom jidhru mijiet ta’ snin. Issa nqerdu. Intemmu. Aħna lħaqniehom għax kienu jeżistu fi tfulitna, bħalma kienet teżisti f’Selmun il-lampa tal-pitrolju, bħalma kien għadu jeżisti (forsi l-aħħar post f’Malta) il-kebbies tal-fanali sa għoxrin, ħamsa u għoxrin sena ilu…. U tajjeb li nqatgħu xi dehriet, tajjeb li l-lokal jimxi ’l quddiem la ż-żmien miexi dejjem u ma jistenna ’l ħadd. Il-progress tajjeb u ta’ min jgħid li hu tajjeb. Ma tistax twaqqaf il-progress minħabba għafsa ta’ qalb nostalġika. Iżda rridu nagħmlu li nistgħu sabiex il-karattru tagħna nħalluh li hu. Selmun hu biss raħal, lokal ċkejken li jiena nqis li jirrappreżenta l-irħula u l-ambjenti rurali tal-gżejjer Maltin.
 

(minn Selmun ta’ Paul P. Borg)
 

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola, Malti, Livell Avvanzat, Mejju 2004)


TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 2 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 6 ta’ Marzu 2009

Komponiment tal-Lingwistika

1. SEMANTIKA
Il-kliem ma jbiddilx tifsirtu mingħajr raġuni loġika. Ikteb dwar il-kawżi li jwasslu biex il-kliem jibdel it-tifsira tiegħu.

2. SINTASSI
“Is-sentenza mhix sempliċiment grupp ta’ kliem imqiegħed ħdejn xulxin.” Tkellem dwar din l-istqarrija lingwistika u agħti eżempji bbażati fuq is-sintassi Maltija biex issaħħaħ l-argumenti tiegħek.

jew

3. IL-MALTI LSIEN IMĦALLAT
Għal liema raġunijiet għandna ngħidu li l-Malti huwa lsien imħallat? Agħti eżempji lessikali u morfoloġiċi biex issaħħaħ l-argument tiegħek.

 

Nota: Il-mistoqsija numru 1 għandhom iweġbuha l-istudenti tal-Grupp 4.

L-istudenti tal-gruppi l-oħra kollha għandhom jagħżlu bejn il-mistoqsijiet numru 2 u numru 3.
 


 

TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 23 ta’ Frar sal-Ġimgħa 27 ta’ Frar 2009
 

Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:

  1. Kif nistgħu nkabbru l-interess fil-ktieb Malti?

  2. Il-komunikazzjoni żdiedet jew naqset fis-seklu 21?


TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 23 ta’ Frar sal-Ġimgħa 27 ta’ Frar 2009

Kritika letterarja
Agħmel analiżi kritika ta’ waħda minn dawn iż-żewġ siltiet ta’ proża:

  1. "Il-Mużika ta’ Malta fis-Sekli Dsatax u Għoxrin," ta' J. Vella Bondin

  2. Silta minn Anġli tan-Niket ta' Ġino Muscat Azzopardi

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola fil-Livell Avvanzat – Settembru 2002)
 

Ikseb kopja ta’ dawn is-siltiet mingħand l-Agenda Bookshop u niżżel kopja minn hawn billi tagħfas fuq l-ismijiet tas-siltiet.

 


TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 16 ta’ Frar sal-Ġimgħa 20 ta’ Frar 2009

Ittra
Agħżel titlu wieħed u ikteb bejn 150 u 200 kelma:
  1. Ikteb ittra lill-editur ta’ gazzetta bil-Malti biex turi kif taħsibha dwar il-problema tal-integrazzjoni tal-immigranti illegali.
     
  2. Bħalissa, fil-gazzetti u fir-rivisti, qed jidhru ħafna ittri u artikli dwar il-problema tal-bidla fil-klima. Ikteb ittra lill-editur ta’ gazzetta bil-Malti biex tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar jekk hux veru li l-bidla fil-klima qed tħalli effett fuqna.

TUTORIAL – TAT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 16 ta’ Frar sal-Ġimgħa 20 ta’ Frar 2009

Kritika letterarja
Agħmel analiżi kritika ta’ waħda minn dawn iż-żewġ poeżiji li jinsabu fl-antoloġija Il-Poeżija Maltija ta’ Oliver Friggieri.

  1. "Qed Naqta’ Ħafna Fjuri minn Qalbi" - Doreen Micallef Chritien (p. 420)

  2. "Erġa’ Settembru" - Charles Coleiro (p. 270)

 


TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 9 ta' Frar sal-Gimgha 13 ta' Frar

Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:

  1. It-triq tal-irġulija hija l-onestà.

  2. Il-bniedem tkun taf xi jsarraf meta tagħmilha miegħu.


TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 9 ta' Frar sal-Gimgha 13 ta' Frar

Komponiment Letterarju: Il-Gaġġa ta’ Frans Sammut
Wieġeb waħda minn dawn il-mistoqsijiet:

  1. Ir-rumanz Il-Gaġġa hu mibni fuq ir-relazzjonijiet li Fredu kellu mal-membri tas-soċjetà li kien jgħix fiha. Iddiskuti l-iżvilupp ta’ dawn ir-relazzjonijiet .

  2. Sa fejn taħseb li hu ġust li ngħidu li Fredu, fir-rumanz Il-Gaġġa ta’ Frans Sammut, jista’ jitqies bħala l-anti-eroj?


TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT

Mit-Tnejn 2 ta’ Frar sal-Ġimgħa 6 ta’ Frar 2009

 

Komponiment Letterarju: Il-Gaġġa

Wieġeb waħda minn dawn il-mistoqsijiet:

  1. Minn dak li studjajt s’issa mir-rumanz Il-Gaġġa ta’ Frans Sammut, ikteb dwar ix-xebh u d-differenzi li tara fir-relazzjonijiet li kellu Fredu ma’ Roża, Veffa u Clara.

  2. Għaliex ir-rumanz ta’ Frans Sammut jismu Il-Gaġġa?


TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 2 ta’ Frar sal-Ġimgħa 6 ta’ Frar 2009

Komponiment Letterarju: L-Ewwel Jien!
Agħżel waħda minn dawn il-mistoqsiiet:

  1. It-teżi ta’ Ġużè Diacono fid-dramm L-Ewwel Jien! hija li fid-dinja kulħadd huwa egoist. Safejn taħseb li Diacono jirnexxilu jwassal din it-teżi fid-dramm tiegħu?
     

  2. Jeżistu bosta konflitti bejn il-karattri li niltaqgħu magħhom fid-dramm L-Ewwel Jien! ta’ Ġużè Diacono. Ikteb dwar dawn il-konflitti, u għid jekk humiex ippreżentati b’mod realistiku mid-drammaturgu.


TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 26 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 30 ta’ Jannar 2009

Kritika letterarja
Agħmel analiżi kritika ta’ waħda minn dawn iż-żewġ poeżiji li jinsabu f’Il-Poeżija Maltija ta’ Oliver Friggieri:
  • “Kristu” ta’ Annibale Preca (p. 29)
  • “Meditazzjoni” ta’ Marlene Saliba (p. 437)

TUTORIAL – TAT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 26 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 30 ta’ Jannar 2009

Kritika letterarja
Agħmel analiżi kritika ta’ waħda minn dawn iż-żewġ siltiet ta’ proża:
  1. "Drawwiet" ta' Guido Lanfranco
  2. "L-imħabba" ta' Ġużè Galea

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Mejju 2008)

Biex tikseb kopja tas-siltiet ikklikkja fuq l-ismijiet jew mur għand l-Agenda Bookshop tal-Kulleġġ


TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT

Mit-Tnejn 19 ta’ Jannar sal-Ġimgħa  23 ta’ Jannar 2009

 

QASSAR f’madwar 100 kelma dan li ġej:

 

Il-Problema tad-Djar

 

Malta minn dejjem kellha nuqqas ta’ spazju. Il-problema tad-djar ilha magħna sa minn żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Bdiet titfaċċa sa minn qabel il-gwerra tant li f’ċerti postijiet, bħall-Belt, il-Furjana u tas-Sliema, ma tantx kont issib fejn tikri. Matul il-gwerra, meta n-nies kienu evakwati fid-djar ta’ xulxin bogħod mill-ibliet ta’ madwar il-Port il-Kbir, il-problema, bl-eluf u eluf ta’ djar li kienu qegħdin jiġġarrfu, kienet diġà tefgħet l-għeruq fostna imma, għad li konna nafu biha, ma kinitx tinħass. Malli l-gwerra bdiet riesqa għat-tmiem tagħha fl-1944-45 u n-nies bdiet trid darha u l-għarajjes riedu jiżżewġu, il-problema bdiet tinħass b’mod allarmanti.

            Għal tletin sena wara l-gwerra, għad li l-offerta ta’ djar baqgħet dejjem tikber, l-ewwel bid-djar imsewwija mill-ħsara tal-gwerra u mbagħad bil-bini ta’ djar u ta’ flats ġodda, ta’ ċentri sħaħ ta’ djar u ta’ flats bħal Santa Lucija, Santa Venera, San Ġwann u s-Swieqi, il-pressjoni tad-domanda baqgħet dejjem tagħfas. U baqgħet magħna għal ħafna snin, għad li bil-mod il-mod bdejna nersqu lejn soluzzjoni.

            F’pajjiżna, matul is-sekli, din il-problema tan-nuqqas ta’ djar ma nħasset qatt b’mod hekk kritiku u akut. Naturalment mhux ta’ min jinsa illi l-popolazzjoni fil-bidu tas-seklu dsatax kienet ta’ ftit aktar minn 100,000 ruħ, fil-bidu tas-seklu għoxrin il-popolazzjoni kienet għadha anqas laħqet il-200,000 ruħ, waqt li meta spiċċat il-gwerra, il-popolazzjoni kienet għaddiet sewwa t-300,000. Għawdex, bejn li kellu u għad għandu popolazzjoni żgħira u bejn li fil-gwerra ftit kellu ħsara, ma ħassx in-nuqqas ta’ djar b’mod serju.

            Fis-sekli mgħoddija, in-nies, meta żdied bil-kbir ix-xogħol tal-Port, intrasset fuq xulxin fil-bliet, speċjalment fil-Belt Valletta, u nħolqu s-slums. Nofs il-poplu, mitt sena qabel l-aħħar gwerra, kien miġbur fl-ibliet. Imbagħad beda ħiereġ mill-ibliet lejn is-subborgi tagħhom. Wara l-1881, l-ewwel il-ferrovija u mbagħad mal-bidu tas-seklu t-tram, kif ukoll il-laneċ, komplew ħarġu n-nies mill-ibliet u ħolqu ċentri ġodda u kabbru ċ-ċentri antiki. Hekk kibru l-Ħamrun, Raħal il-Ġdid u tas-Sliema. Il-buses komplew xerrdu n-nies u bħal twalu l-irħula li fit-truf tagħhom bdew jaraw, bħall-Mosta u Ħaż-Żabbar, triqat sħaħ ta’ bini ġdid. Minn ħamsin fil-mija tal-popolazzjoni li fl-1842 kienet tgħix fl-ibliet, il-proporzjon sal-1956 niżel għal 14.5 fil-mija. Id-djar u l-flats fl-aħħar għoxrin sena bdew telgħin kullimkien. Iżda l-problema tad-djar baqgħet ma solvietx ruħha għal kollox.

           

(Addattat minn Rajt Malta Tinbidel, Vol. IV, ta' Herbert Ganado)

 

Tista' tikseb ukoll kopja mingħand l-Agenda Bookshop.


TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 19 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 23 ta’ Jannar 2009

Komponiment tal-lingwistika
Agħżel titlu wieħed - ara n-nota isfel:
  1. Permezz ta’ eżempji xierqa, ikteb x’nifhmu bi grammatika ġenerattiva u grammatika trasformazzjonali.
  2. Il-kliem ma jbiddilx tifsirtu mingħajr raġuni loġika. Ikteb dwar il-kawżi li jwasslu biex il-kliem jibdel it-tifsira tiegħu.

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Mejju 2008)

Nota: Il-mistoqsija numru 1 għandhom iweġbuha l-istudenti tal-Grupp 4 filwaqt li l-mistoqsija numru 2 għandhom iweġbuha l-istudenti tal-gruppi l-oħra kollha.
 


TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 12 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 16 ta’ Jannar 2009

Komponiment Letterarju
Agħżel titlu wieħed:

  1. Il-poeti tal-ewwel nofs tas-seklu għoxrin juru li għandhom għal qalbhom l-identità tal-poplu, iżda dan juruh b’modi differenti. Uri din id-diversità billi tagħmel referenza għall-poeżiji li studjajt.
     

  2. Fost l-aspetti li jsawru l-identità ta’ poplu nsibu t-twemmin u l-ilsien nattiv. Iddiskuti l-mod kif il-poeti tal-ewwel nofs tas-seklu għoxrin jippreżentaw dawn iż-żewġ aspetti fil-poeżija li kitbu billi tagħmel referenza għall-poeżiji li studjajt.


TUTORIAL – TAT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 12 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 16 ta’ Jannar 2009

Komponiment Letterarju
Wieġeb waħda minn dawn il-mistoqsijiet:

  1. Il-poeti tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin jgħożżu ħafna lill-ambjent naturali, u għalhekk fil-poeżiji tagħhom jappellaw biex inħarsuh b’kull mod. Ikkummenta billi tirreferi għal xi poeżiji li studjajt.
     

  2. Il-poeti tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin jagħtu importanza kbira lill-ambjent naturali ta’ pajjiżna. Iddiskuti b’referenza għal xi poeżiji.

(mill-eżami tal-Livell Avvanzat, Mejju 2008)

 


TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 5 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 9 ta’ Jannar 2009

Komponiment Letterarju
Agħżel titlu wieħed:

  1. F’Ħala taż-Żgħożija Lino Spiteri, filwaqt li jirrakkonta ġrajja maħluqa dwar żgħożija moħlija, jorbot ir-rakkont mal-kilba tal-akkwist tal-propjetà flimkien mal-effetti li dil-kilba tħalli fuq il-karattri. Ikkummenta.

  2. L-ewwel storja f’Ħala taż-Żgħożija tipprova tinterpreta l-ħala taż-żgħożija bħala konflitt bejn l-istat tal-innoċenza u dak tal-esperjenza fil-ħajja privata tal-protagonist Albert. Taqbel?


TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 5 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 9 ta’ Jannar 2009

Kritika letterarja
Agħmel analiżi kritika ta’ waħda minn dawn iż-żewġ poeżiji:

Ikklikkja fuq l-ismijiet tal-poeżiji biex tara ritratt tagħhom jew ikseb kopja stampata mingħand l-Agenda Bookshop.


TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 15 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru 2008

Komponiment Ġenerali
Agħżel  titlu wieħed:
  1. Il-ħidma tagħna b’risq il-paċi.
  2. L-istaġun li nħobb l-aktar.

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Mejju 2008)


TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 15 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru 2008

Komponiment Letterarju
In-Narrattiva: Il-Gaġġa ta’ Frans Sammut

Wieġeb mistoqsija waħda:

  1. F’Il-Gaġġa ta’ Frans Sammut il-protagonista huwa sikwit personaġġ superjuri għall-ambjent tiegħu. Iddiskuti.

  2. In-nuqqas ta’ ħelsien personali bħala t-tema ewlenija tar-rumanz Il-Gaġġa ta’ Frans Sammut.

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Mejju 2008)


TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Fil-ġimgħa ta’ bejn it-8 u t-12 ta’ Diċembru mhux se jsiru tutorials.

TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Fil-ġimgħa ta’ bejn it-8 u t-12 ta’ Diċembru mhux se jsiru tutorials.

TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 1 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru 2008


Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:

  1. L-album tar-ritratti.

  2. Bojod, suwed, sofor – ilkoll bl-istess jeddijiet?


TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 1 ta’ Diċembru sal-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru 2008

Komponiment Letterarju
In-Narrattiva: Ħala taż-Żgħożija

Wieġeb waħda minn dawn il-mistoqsijiet:

  1. F’Ħala taż-Żgħożija Lino Spiteri jinqeda b’diversi novelli biex il-qagħda tas-soċjetà Maltija titqiegħed taħt il-lenti tal-qarrejja. Ikkummenta.

  2. Ħafna mill-karattri li jidhru fin-novelli ta’ Ħala taż-Żgħożija ta’ Lino Spiteri jgħaddu minn esperjenzi ta’ tbatija. Iddiskuti.

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Mejju 2008)


TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 24 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 28 ta’ Novembru 2008

Ittra (ta' bejn 150 u 200 kelma)
Agħżel titlu wieħed

  1. Ikteb ittra lill-editur ta’ gazzetta bil-Malti biex turi kif taħsibha dwar kemm iż-żgħażagħ għandhom jgħaddu ħin fid-divertiment.

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Mejju 1999)

  1. L-istazzjon televiżiv TV Stilla se jniedi programm li jismu “Karattri.” Fih se jkunu intervistati individwi li għandhom karattru partikulari. Ibgħat applikazzjoni lill-Kap tal-Programmi u fiha ddeskrivi fil-qosor il-karattru tiegħek u għid għaliex taħseb li għandek tintgħażel biex tidher f’dan il-programm.

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Mejju 2004)


TUTORIAL – TAT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 24 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 28 ta’ Novembru 2008

Kritika letterarja
Agħmel analiżi kritika ta’ WAĦDA minn dawn iż-żewġ poeżiji

  1. Twelid” ta’ Ġużè Chetcuti

  2. Fl-Isqaq” ta’ Raymond Mahoney

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Mejju 2008)
 

Ikseb kopja tal-poeżiji mingħand l-Agenda Bookshop jew niżżilhom inn hawn.

 


TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 17 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 21 ta’ Novembru 2008

QASSAR f’madwar 100 kelma din is-silta minn kitba ta’ Pietru Pawl Saydon li tinkiseb mingħand l-Agenda Bookshop:

Minn “Il-kitba hija sengħa tal-moħħ" … sa "s-Sengħa tal-Ġmiel għaddiet aktar ‘il quddiem.”
 


TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 17 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 21 ta’ Novembru 2008

Komponiment tal-lingwistika
Agħżel titlu wieħed:
  1. Il-Malti huwa lsien imħallat. Iddiskuti l-elementi ewlenin li jagħmluh ilsien għani u espressiv.
  2. Iddiskuti l-qagħda tal-bilingwiżmu f’Malta ta’ żmienna.

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Mejju 2008)
 


TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 10 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 14 ta’ Novembru 2008

Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:

  1. Il-familja ta’ għada hi frott tat-trobbija tal-lum.

  2. L-istudju bħala ħtieġa u bħala gost.

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Mejju 2004)
 


TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 10 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 14 ta’ Novembru 2008

Komponiment Letterarju: Il-Poeżija tal-Ewwel Nofs tas-Seklu Għoxrin
Wieġeb waħda minn dawn il-mistoqsijiet:

  1. In-nostalġija u s-solitudni jirriflettu l-esperjenzi qarsa tal-ħajja. Iddiskuti dwar dan b’referenza għal diversi poeti tal-ewwel nofs tas-seklu għoxrin.

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Settembru 2004)

  1. Iddiskuti t-tema tal-Ambjent Naturali f’poeti differenti f’Il-Poeżija Maltija u agħti l-eżempji.


TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 3 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 7 ta’ Novembru 2008

Komponiment Ġenerali
Agħżel titlu wieħed:

  1. Hemm ħbieb tal-isem u oħrajn li ma ngħaddix mingħajrhom.

  2. Kull meta naħseb dwar il-futur jaqbadni biża’ kbir…


TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 3 ta’ Novembru sal-Ġimgħa 7 ta’ Novembru 2008

Taqsira - Qassar f’madwar 150 kelma s-silta li tibda:

“Tul is-seklu dsatax ma kienx hemm rabta qawwija bejn it-teatrini u l-organizzazzjoni tal-knisja kattolika f’pajjiżna……..”

Ikseb kopja mingħand l-Agenda Bookshop.

 


TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 27 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru 2008

Ittra
Agħżel titlu wieħed:

  1. Wara li emigra żmien ilu, ħabib kbir tiegħek qiegħed juri x-xewqa li jerġa’ lura Malta. Iktiblu ittra biex tagħtih il-fehmiet tiegħek dwar dan il-ħsieb.

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Mejju 2008)

  1. Bħalissa għaddejja polemika dwar il-vot liż-żgħażagħ ta’ sittax-il sena. Ikteb ittra lill-editur ta’ gazzetta bil-Malti biex turi kif taħsibha dwar dan il-punt.


TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 27 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru 2008

Komponiment Letterarju
Il.-Poeżija ta’ l-Ewwel Nofs tas-Seklu Għoxrin

Wieġeb waħda minn dawn il-mistoqsijiet:

  1. Il-poeti tal-ewwel nofs tas-seklu għoxrin jittrattaw diversi aspetti mill-identità tal-poplu Malti. Ikkummenta b’referenza għal xi poeżiji li studjajt.
     

  2. It-tema tat-tlugħ u tal-inżul tal-ħajja tidher b’mod ċar fil-poeżija tal-ewwel nofs tas-seklu għoxrin. Iddiskuti b’referenza għal xi xogħlijiet li studjajt.

(mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Mejju 2008)


TUTORIAL – L-EWWEL SENA
Mit-Tnejn 20 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 24 ta’ Ottubru 2008

Komponiment Ġenerali - Agħżel titlu wieħed:
  1. Seħer il-ġdid.

(Mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Settembru 2003)

  1. Il-klandestini: fenomenu ġdid għal żminijietna.

(Mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Mejju 2004)


TUTORIAL – IT-TIENI SENA
Mit-Tnejn 20 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 24 ta’ Ottubru 2008

Ittra - Ikteb bejn 150 u 200 kelma - Agħżel titlu wieħed
  1. Fil-ġurnal “Spirtu Pront” deher artiklu li fih korrispondent ressaq il-fehma li dak li hu importanti mhux li nikkontrollaw il-bini imma li nikkontrollaw kif u fejn nibnu. Ikteb ittra lill-editur tal-ġurnal li fiha turi r-reazzjoni tiegħek għal dan l-artiklu.

(L-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Settembru 2003)

  1. Stedint lil ħabib/a għal ġurnata d-dar tiegħek. Fissirlu/fissrilha kif ippjanajt li tgħaddu l-ġurnata.

TUTORIAL – L-EWWEL SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 13 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru 2008

Komponiment Ġenerali - Agħżel titlu wieħed:
  1. L-Ivvjaġġar.
  2. Sehem it-teknoloġija fil-ħajja tal-lum.

(Mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Settembru 2003)
 


TUTORIAL – IT-TIENI SENA AVVANZAT
Mit-Tnejn 13 ta’ Ottubru sal-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru 2008

Komponiment Ġenerali - Agħżel titlu wieħed:

  1. “Għaliex tarmih l-ilsien li tatek ommok,
    U titlef għaqlek wara lsien barrani?”

    Għaliex taħseb li dan il-kliem tal-poeta nazzjonali għadu relevanti fiż-żminijiet tal-lum?
     

  2. Ġmiel il-ħolqien

(Mill-Eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Livell Avvanzat – Settembru 2003)


F'idejn is-Sur Mario Cutajar