|
Kitbiet Letterarji tal-Istudenti |
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
"Il-Maltempata fuq ix-Xmara" - Lynette Camilleri (2009) |
||||||||||||||||
|
"Il-Jien li Jien Għalik" u "Lilek Adri, b’sinċerità" - Keith Azzopardi (2009) |
||||||||||||||||
|
"425" u "L-Ilma tal-Għajn" - Jonathan Xuereb (2008) |
||||||||||||||||
|
Trevor Żahra u Clare Azzopardi l-Junior College Nhar it-Tnejn, 11 ta' April, 2005, l-awturi Trevor Żahra u Clare Azzopardi se jiltaqgħu ma' l-istudenti tal-Junior College fis-2pm biex jiddiskutu x-xogħlijiet tagħhom u l-kitba b'mod ġenerali u jwieġbu l-mistoqsijiet ta' l-istudenti u l-lecturers preżenti. Din l-attività qed tittella' mill-istudenti tal-Grupp Letterarju bi sħab mad-Dipartiment tal-Malti.
Trevor Żahra se jiffoka l-aktar fuq ix-xogħol tiegħu f'Lubien waqt li Clare Azzopardi se titkellem dwar il-kitba tagħha, speċjalment "/no adjective describe story/" u l-arti tal-kitba. Din l-attività hija partikolarment interessanti għal dawk li jixtiequ jibdew jiktbu huma stess jew itejbu l-ħila tagħhom.
Importanti li dawk li se jattendu jaqraw l-istorja ta' Clare Azzopardi li tinsab hawnhekk. Iktar tard titħabbar il-kamra fejn se ssir l-attività.
Fil-Kulleġġ Ġ.F. Abela tista' tgħid li kull sena jkun hemm grupp ta' studenti li jiltaqgħu biex jaqraw ix-xogħlijiet tagħhom lil xulxin u jiddiskutu l-letteratura. L-idea hi li dan il-grupp jitmexxa mill-istudenti. Fis-sena akkademika 2004-05 il-koordinazzjoni tinsab f'idejna Veronica Barbara, bl-għajnuna ta' Dr. Adrian Grima tad-Dipartiment tal-Malti, u l-grupp normalment jiltaqa' nhar ta' Ġimgħa fis-1.00pm quddiem kamra 12.
Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb 2005, li jaħbat fit-23 ta' April, uħud mill-istudenti fil-grupp letterarju se jippreżentaw kitbiet tagħhom waqt attività mtellgħa minn Inizjamed ġewwa l-Birgu. Waħda mill-istudenti se tieħu sehem ukoll billi ddoqq strument mużikali.
Dawn ix-xogħlijiet inkitbu minn studenti f'dan il-Kulleġġ.
Adrian Grima 29.1.05
Philip Ellul
fluwidu mniġġes imgeżwer fl-istonku ċass ta’ min ikun daq it-togħma qarsa tiegħu.
taħlita stramba tal-kimika tiċċirkola fil-ġisem sfigurat tal-vagabond.
kolonna spettrali ta’ ilma imdardar bid-demm misħut ta’ min xerrdu.
bieb magħluq bla serratura bla ħabbata imċallas biż-żejt midluk bil-qatran issiġillat bl-għaraq skantat t’atleta iżolat.
oskurità impenetrabbli u misterjuża telqa abissali kalma mortali skiet storbjuż midfun fir-ruħ imtappna tal-martri ġifa.
mewt assassina li tikkalpesta ’l roqgħa żejt żverġnata inkwinata bid-dnub maħmuġ u bil-qatran magħqud li jiksi l-qalb tal-psikopatiku etern.
dinja belliegħa - univers imnawwar purgatorju minsi - ġenna mfarrka infern iffullat.
jien inħallejt u nxtrobt mill-art wikkiela intgħasart u ħareġ gelgul il-plażma msaddad – eks-ħakkiem ta’ ġismi.
is-siparju etern imżarrat niżel spjetat u l-farsa traġika ta’ ebda att intemmet mingħajr applawsi mingħajr tislim għax qatt ma nħadmet ħlief minni – l-Attur Mutu.
________________________________________
ŻJARA Philip Ellul
in-nifs maħnuq iħammem waħdu it-Traġedja li żaritu għal għarrieda ħallietu jtemtem taħt il-qoxra tal-ġenn iż-żlieġa rqiqa tat-tmiem - ta’ - kollox l-estrem tan-nullità l-aċċident mortali tal-fatalista is-suwiċidju mistħoqq tal-karċerat.
għada t-Traġedja se tgħaddi s'għandi u jien se nilqagħha b'idejja miftuħa basta ma tmissx il-ponta ta' subgħajha mat-tarf tal-mantell tiegħi biex teħodni magħha fl-ispazju tax-xejn.
________________________________________
LIBERA ME, DOMINE Philip Ellul
l-eku tat-tempesta għadu jidwi fit-tnabar aboriġini ta’ widnejja mtarrxa.
l-ispirtu viljakk li venven ġo demmi ittrijonfa fuq in-nervituri dgħajfa.
l-eku jibqa’ jdamdam fl-irdumijiet imħattba ta’ ħsibijieti u jsir vejjikolu perpetwu tat-turment.
instemgħet il-bikja qaddisa ta’ qassis mitluf fid-dlam qattiel tas-sagristija iħares ċass lejn l-affreski mdellka li pitter eremita vojt sekli twal ilu imaqdar l-eżistenza fjakka tiegħu.
u ħassejt l-eku jħuf fis-sagristija jingħi waħdu quddiem statwa mmermra indurata bl-għanqbut skadut kulur it-tut.
ħriġt…
imxejt tliet passi…
u żlaqt fl-abbiss tat-tmiem.
________________________________________
VALZ Philip Ellul
waqt il-valz sfrenat ta' Strauss xrobna flimkien l-afrodisijaku li offrielna Bakku minn wara l-persjana mbexxqa
u ġarrna miegħu lejn il-gżira tal-ħolm fejn ma jgħixx ħadd ħlief int u jien flimkien
għedtlek: għażiża, esprimi xi xewqa għedtli: ma nafx u ma rridx
u dlonk iddenset il-gżira tal-ħolm tagħna u bqajna ċċassati nħarsu lejn Bakku ifaqqa' d-daħk minn wara l-persjana waqt li ntemm il-valz qarrieq ta' Strauss
staqsejtni: x'sar minnha l-gżira tal-ħolm? weġibtek: taret mar-riħ bħan-noti ta' valz
u Bakku baqa' bilqiegħda paxxut inaqqar iċ-ċirasa li laħaq seraq bla ħadd ma rah minn ġnien il-gżira tal-ħolm il-ħolma ħajja li tissarraf biss f'diżillużjoni.
http://philipellul.tripod.com/literature/
________________________________________
ILSIEN DIN L-ART
________________________________________ ________________________________________
Anthony David Gatt
Meta l-qalb miftuħa beraħ L-hena tfittex bla ma ssib Tiftaħ idejk għat-tama Imma ma ssib xej fil-qrib
Meta l-moħħ jhewden hemm waħdu U l-qalb tibki ftit fis-skiet Bla ma ‘l ħadd tgħid u tinkwieta B’dak li tħoss u b’dak li trid
Meta timxi qalb l-għelieqi Meta l-fjuri jfuħu xxomm Bla ma ssib dik l-hena sfiqa Li ssib biss fil-ħsieb, fil-ħolm
Meta trid tkun fuq muntanja Flok fi rdum fond tinsab Meta int tixtieq li tkanta Flok dan tibki biss taf
Meta r-ruħ tixtieq titniehed Lanqas dan, Hi ma tistax Meta l-fomm jixtieq jitlob Imma dan ma jinfetaħx
Tkun imdawwar b’tant persuni Li imħabba lkoll jagħtuk Iżda lanqas dawn ma wasslu Raġġ ta’ dawl minn go l-ixquq
Dan il-waqt tkun trid jitbiegħed Minflok jibqa' msakkar ħdejk Tħoss 'il ġismek qed jitriegħed Dmugħ jitmiegħek ma’ xofftejk
Hawn int biss tqawwi lil qalbek Meta tħares hemm sew ħdejk Qalb iċ-ċpar u l-qtigħ il-qalb Tara ħaġa biss żgur ċerta
Li l-quddiem għad forsi jżernaq!
________________________________________
GRAZZI MA Anthony David Gatt
Kemm-il riġel rifes fuqek Kemm-il ħlejqa fik ilqajt Kemm-il ħolma int ħlomt magħna Dawk mis-sbieħ u dawk mill-agħar
Kemm-il ġisem straħ ġo ġufek Wara 'l ħajtu lilek ta Iwa lilek kien iħobbok Inti b’dan ukoll kont taf
Kemm-il poplu ried ijassrek Inti 'l barra 'l ħadd ma bghatt Imma dejjem ridt tkun tagħna Tal-barrani qatt u qatt
Int urejtna il-valuri Tar-rispett, umanità Il-qawwa ta’ l-imħabba U l-unur ta’ l-umiltà
Kemm demm ixxerred fuqek Fil-passat anki qarib Issa nsibu biss il-paċi Hena biss irrid insib
Nittamaw l-eroj li tajtna Ma jinħbewx matul iż-żmien Għax daw’ kollha jistħoqqilhom Kull unur matul il-jiem
L-ikħal qawwi fl-ibħra tiegħek L-isfar, tax-xemx il-kulur Meta ismek kemm jitlissen Qalbna taqbeż b’dan l-unur
Iġġilidna biex sirt tagħna Tiegħek aħna biss is-sid B’dana aħna lkoll ferħana Bik kburin aħna l-Maltin
L-aħmar, l-abjad, l-innu tiegħek Iqabbduna it-tkexkix Għax inti il-wisq sabiħa Pagun b’mitt kulur ta’ rix
Int il-perla ta’ l-Ewropa Il-fies tal-Mediterran Għalhekk aħna lkoll ngħidulek Grazzi ħafna Ma ta’ dan.
________________________________________
JIEN ISSA Anthony David Gatt
Qiegħed waħdi hawn fis-skiet Ħarsti ċassa fis-smewwiet Naħseb bla waqfien Fuq dak li hu u dak li kien
Ħsiebi mdawwal bin-natura F’ħajti jien xtaqt mort lura Iss' 'ed nikber m’għadnix tfal Kif mar daż-żmien, kif tar!
Dal-ftit ittri qiegħed nikteb Naf li mhux xi versi kbar Int li taqra qiegħed, min jaf xi tgħid Din x’ kitb’ hi, x’inhu qed jgħid?
Grazzi ta’ dal-versi qrajt Kun af li f’kitbieti 'l qalbi smajt Naf li poeta jkun mit-twelid Min jaf forsi dan hu dak li rrid?
Inħossni nikber, imma kultant ... It-taħwid inħossu mhux ftit! Mil-lum bdejt kapitlu ġdid Issa nħares 'il quddiem biss irrid
Il-kitba u l-poeżija dejjem għoġbuni Il-Malti jqanqalni, jġegħelni nikteb Dejjem hena ħassejt meta lilu qrajt jew smajt Inħossni tajjeb inħarbex il-versi
Forsi dan għandi quddiemi Forsi din hi triqti Forsi b’dan nimla ħajti bil-kulur Forsi dan lesta għalija il-futur...!?
________________________________________
RUĦ IMJASSRA Anthony David Gatt
Meta mkisser tħossok Taħt il-madmad qalil tal-ħajja Ma tarax xaqq dawl li l-hena jxerridlek f’ruħek. U ssib biss vojt Sens ma ssib f’ebda relazzjoni Imma għal dan Trid issib u malajr is-soluzzjoni Dur Fuqu f’dan il-ħin U staqsih ‘il-għala’ u ‘l-kif ‘ Jekk il-leħen ma tismax Tibżax, la tinkwetax!
Għax hu jitkellem bis-skiet u b’fomm in-nies Għalhekk dur fuq ta’ ħdejk Ara x’parir għandu għalik U b’hekk żgur tferraħ Dik il-qalb maqsuma li maqfula ġo sidrek issib Jekk risposta ma tismax U l-muftieħ ta’ ruħek ma jinstabx Tħallix dmugħ iġelben ma' ħaddejk Stenna... Għax quddiemek żgur hemm żerniq
Isma' minni ja ħabib Jekk il-hena trid fil-qrib Tintilifx fil-karba t’issa Iżda aħseb fil-ħlewwa tal-futur Għax fil-ġejjien Għad żgur jgħosfor dad-dulur Ħajtek l’issa dalma bla lewn għad tinfetaħ bħall-qawsalla kull kulur U dik ruħek għal darb’ oħra Hienja ttir f’tal-ħajja l-fjur Kulma trid tagħmel hu ‘l quddiem tħares Bla ma lura qatt iddur!
________________________________________
AĦFIRLI
Frar 05
|