Fl-eżamijiet li saru f'Mejju tal-2008, 6 studenti li għamlu l-eżami tal-Matrikola fil-livell avvanzat f'isem il-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela ġabu A (b'kollox kien hemm 16 li ġabu A minn Malta kollha); 40 ġabu B (77); 79 ġabu C (160); 12 ġabu D (43); 11 ġabu E (51); 3 weħlu (26); u 4 ma tfaċċawx għall-eżami (32). Total ta' 155 student u studenta mill-Kulleġġ (405).
Fil-livell Intermedju f'Mejju 2008, 12-il student u studenta mill-Kulleġġ ġabu A (23); 31 ġabu B (65); 115 ġabu C (196); 86 ġabu D138); 39 ġabu E (67); 32 weħlu (74); u 5 ma tfaċċawx għall-eżami (15). Total ta' 320 student u studenta mill-Kulleġġ (578).
Fil-livell Avvanzat, ir-rapport juri li
kien hemm 4.1% li ġabu A, 19.3% li ġabu B, 38.2% li ġabu Ċ,
10.2% li ġabu D, 15.8 li ġabu E, 6.9% li weħlu, u 5.6% li ma marrux
għall-eżami. "Kien hemm numru mdaqqas ta’ kandidati li wrew li
għandhom il-ħila jfissru ruħhom b’Malti mirqum, u b’ortografija tajba.
Kien hemm uħud li kitbu mingħajr ma għamlu ebda żball. Ftit kandidati
batew biex ifissru ruħhom bil-Malti, għalkemm ta’ min jgħid li kien
hemm nuqqas ta’
Fl-Intermedju l-istatistika turi li minn 684 persuna li għamlu l-eżami, "kien hemm 20 li ħadu grad A, 95 li ħadu grad B, 235 ħadu grad Ċ, 197 ħadu grad D, 72 ħadu grad E, u 53 weħlu. Minn dawn il-figuri nistgħu ngħidu li ħafna mill-kandidati li qed jersqu għal dan l-eżami mhux qed jilħqu l-livell mixtieq." |
|||
|
|