|
Ineż
Farruġ ta’ Anton Manwel Caruana
-
Kemm nistgħu ngħidu li Ineż Farruġ
huwa rumanz storiku romantiku? X’inhuma l-karatteristiċi ewlenin ta’ dan
it-tip ta’ rumanz u kif jidhru f’dan ir-rumanz? [AG]
-
“Id-dehra kumplessiva ta’ Ineż,” jikteb
Oliver Friggieri, “hi tal-qaddisa silenzjuża li tilqa’ l-fatti għaliex
mhux biss m’għandhiex il-qlubija meħtieġa iżda lanqas il-mezzi.
Ir-rassenzjazzjoni tagħha hija r-rassenzjazzjoni tal-grupp.” Taqbel ma’
Friggieri fuq dan il-punt? Kemm nistgħu ngħidu li Ineż hija metafora ta’
Malta? Kulħadd jirrassenja ruħu fost il-“grupp” tal-Maltin? [AG]
-
Skond Oliver Friggieri, fir-rumanz
Ineż Farruġ hemm żewġ plots: is-serqa ta’ tfajla u
l-isfruttament ta’ Malta. Ir-rumanz għaliex din l-istruttura u x’inhuma
r-rabtiet bejn iż-żewġ plots? [AG]
-
Ix-xiħ Farruġ u Wenzu f’Ineż Farruġ
ta’ Anton Manwel Caruana jippreżentaw l-argument ta’ kontra l-barrani.
Fisser kif dawn iż-żewġ karattri juru l-inġustizzja tal-ħakma barranija,
xejra ewlenija tar-rumanz. [Matsec, Mejju 2002]
-
Fil-karattru ta’ Ineż, kif ippreżentat
f’Ineż Farruġ, l-awtur juri li hemm sens ta’ ħela. Iddiskuti din
it-tema fir-rumanz. [Matsec, Mejju 2002]
-
Id-determinazzjoni u l-irġulija
fir-rumanz Ineż Farruġ ta’ Anton Manwel Caruana. Iddiskuti.
[Matsec, Settembru 2002]
-
Uri kemm kienet diffiċli l-ħajja soċjali
fi żmien il-ġrajja ta’ Ineż Farruġ. [Matsec, Settembru 2002]
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Poeżija Romantika u Moderna
- Livell Intermedju |
|
-
Kull poeta jingħaraf fid-dawl tal-ferħ
u tan-niket tiegħu, imfissra bil-kliem. Ikkummenta dwar dan b’rabta
mal-poeti li studjajt, u agħti eżempji. [Matsec, Mejju 2001]
-
Iddiskuti l-qofol tal-persunalità ta’
xi poeti li studjajt, u saħħaħ il-fehmiet tiegħek b’eżempji. [Matsec,
Mejju 2001]
-
In-natura fil-lirika tal-poeti Maltin.
Iddiskuti b’rabta mal-poeti li studjajt. [Matsec, Mejju 2000]
-
Il-kuxjenza tal-bniedem titfaċċa
fil-poeżija. Ikkummenta b’rabta sħiħa ma’ dak li studjajt. [Matsec,
Mejju 2000]
|
|
|
|
|
Il-Ġaħan
ta' Binġemma
- Livell Intermedju
-
Taqbel li fid-dramm Il-Ġaħan ta'
Binġemma naraw tiżvolġi waħda mit-temi rikorrenti ta' Francis Ebejer,
jiġifieri li l-passat u l-preżent huma marbutin flimkien, huma l-kawża u
l-effett, u li ma tistax tifhem il-preżent jekk mhux fid-dawl tal-passat?
[Matsec, Mejju 2004]
-
Fid-dramm Il-Ġaħan ta' Binġemma,
Francis Ebejer "jirnexxilu jidħol fil-qalb tal-ġrajjiet u jifli sewwa
t-tradizzjoni, ir-Reliġjon u l-Kultura waqt li jgħaqqad dna kollu taħt
il-maġija sublimi ta' Ġaħan - is-suppost baħnan li m'hu baħnan xejn, imma
l-iktar wieħed 'għaref.'" Xi tgħid dwar dan il-kummenti ta' Doreen
Micallef dwar id-dramm Il-Ġaħan ta' Binġemma? [Matsec, Mejju 2004]
-
X'inhi l-funzjoni ta' Ġaħan fid-dramm
ta' Francis Ebejer Il-Ġaħan ta' Binġemma? [Matsec, Mejju 2002]
-
Fisser il-karattru ta' Richard fid-dramm
Il-Ġaħan ta' Binġemma? [Matsec, Mejju 2002]
-
Xi jfisser il-"bieb" għal Ġaħan
fid-dramm Il-Ġaħan ta' Binġemma? [Matsec, Settembru 2002]
-
Fisser il-karattru ta' Selima fid-dramm
ta' Francis Ebejer Il-Ġaħan ta' Binġemma. [Matsec, Settembru 2002]
|
|
|
Il-Ġaħan
ta' Binġemma
- Livell Avvanzat
-
Iddiskuti r-relazzjoni li hemm bejn
Selima u Richard fid-dramm Il-Ġaħan ta' Binġemma. [Matsec, Mejju
2004]
-
Ġaħan: Jewwilla
taħsbu li Ġaħan Malti, Ġaħan għaref u brikkun Malti, l-idjota predilett
nazzjonali u qrib sew lejn id-divin, sejjer joqgħod jalqa' l-bibien
mill-ħajt, hekk, għalxejn b'xejn? (Att I)
X'importanza għandha din is-silta
fid-dramm ta' Francis Ebejer Il-Ġaħan ta' Binġemma? [Matsec, Mejju
2004]
-
Tarik: Fittxejtek.
Fl-għerien tagħna ma lmaħtekx.
Selima: Taf sew int
li hawn fuq jgħaxxaqni qatigħ, Tarik.
Tarik: Għalhekk
biss, Selima, għidli? Titlaq bla ma tlissinli xejn.
(Francis Ebejer, Il-Ġaħan ta'
Binġemma, Att II)
Fil-kuntest ta' din is-silta stħarreġ
is-sehem ta' Selima fid-dramm. [Matsec, Mejju 2002]
-
Fil-bidu tat-Tieni Att tad-dramm
Il-Ġaħan ta' Binġemma, Ġaħan jirrifjuta li jkun "nofs ta'
Ġaħan biss. Mhux biċċa ta' idjota predilett, iżda predilett sħiħ."
X'inhi l-funzjoni ta' dan il-karattru? [Matsec, Mejju 2002]
-
Ġaħan: Mela
x'għedna? Richard hu ta' żmienu - is-seklu tat-tinġis. U Selima hi ta'
żmienha - is-seklu ta' l-għaks il-kbir, tinġis ieħor. U bejniethom
it-tnejn, minn tarf għall-ieħor, x'serbut twil ta' antenati, ġejjin u
sejrin minn ġol-mina taż-żmien, O Ġaħan romantiku!
Xi jrid jgħid b'dan il-kliem Ġaħan
fid-dramm ta' Francis Ebejer Il-Ġaħan ta' Binġemma? [Matsec,
Settembru 2002]
-
Id-dramm ta' Francis Ebejer
Il-Ġaħan ta' Binġemma juri t-twelid ġdid ta' valuri. Iddiskuti.
[Matsec, Settembru 2002]
|
|
|
|