Tradutturi u Traduzzjonijiet Letterarji

  mill-Malti għal lingwi oħra u minn lingwi oħra għall-Malti
   
 
   
  Tradutturi Letterarji
   
  Toni Aquilina (Franċiż - Malti)
  Antoine Cassar (Malti - Ingliż)
  Godwin Ellul (Malti - Ingliż)
  Grazio Falzon
  Marco Galea (Taljan - Malti)
  Albert Gatt (Malti - Ingliż)
  Ritianne Gatt (Malti - Ġermaniż)

 

Maria Grech Ganado (Malti - Ingliż)
  Walid Nabhan
  Joe M. Ruggier (Malti - Ingliż)
  Paul Xuereb (Malti - Ingliż)
  Martin Zammit (Malti - Għarbi - Malti)
   
  Tradutturi Letterarji mill-Imgħoddi
  Laurent Ropa
   
   
  Franċiż - Malti
   
 

Guy de Maupassant, Marroca u Rakkonti Oħra / Marroca et autres contes, traduzzjoni ta' Toni Aquilina (Agenda 2003 )

  Andre Gide, La symphonie pastorale/Is-Sinfonija Pastorali, traduzzjoni ta' Toni Aquilina (Agenda, 2005)
  Laurent Ropa, Le Chant de la Noria (1932), traduzzjoni għall-Malti ta' Guzè Aquilina, L-Ghanja tas-Sienja
   
   
  Ingliż - Malti
  Murder on the Orient Express - Qtil fuq l-Orient Express ta' Agatha Christie maqlub għall-Malti minn Miriam Cassar ippubblikat mill-BDL
   
  Malti - Franċiż
   
 

Le Jardin d'Essai : Écritures Maltaises Contemporaines (Numéro spécial N° 21/22, Printemps 2001), poeżija u proża kontemporanja bil-Malti tradotta għall-Franċiż minn tradutturi differenti (Pariġi: Cercle Vassalli)

 

Poetes Maltais (1937), trad. Laurent Ropa ta' 31 poeżija bil-Malti

 

Suite Maltaise (1970),  traduzzjoni ta' Laurent Ropa ta' għadd ta' poeżiji bil-Malti

 

Ġużè Cutajar / Joseph Cutayar - Maltais en France (websajt)

 

A Malte, histoires du crépuscule (L'Harmattan, 2004), traduzzjoni ta' Joseph Cutayar ta' Stejjer għal Qabel Jidlam ta' Oliver Friggieri (1986)

Nous sommes un désir, poeżiji Oliver Friggieri (France: Euroeditor, Louxembourg 1998)

Le rituel du crépuscule,  Oliver Friggieri (Pariġi: Noël Blandin, 1991)

Contes de Notre Temps - novelli Joe Friggieri (Malta, Filprint)

Poèmes maltais de Oliver FRIGGIERI, traduction en français de Martine Vanhove

   
   
  Malti - Ġermaniż
   
  Das Glaubensbekenntnis Eines Dichters - Oliver Friggieri (Aus dem Englischen von Mag. Carla Kraus (Wien, 2004)
 

 

  Malti - Ingliż
   

 

Happy Weekend - novelli, Immanuel Mifsud, trad. Albert Gatt et al (Midsea Books, 2006)

Contemporary Maltese Literature in Translation (Inizjamed - Midsea Books, 2005):

Confidential Reports - poeżiji Immanuel Mifsud, trad. Maurice Riordan ma' Adrian Grima (Cork, l-Irlanda: Southword Editions, 2005)

KM - poeżiji, Immanuel Mifsud, trad. faċċata Maria Grech Ganado (Midsea Books, 2005)

Tales for Our Times - novelli Joe Friggieri, trad. Paul Xuereb ta' Ħrejjef għal Żmienna (Malta: Progress Press, 2004)

The Poetry of George Borg - poeżiji, Ġorġ Borg, trad. Joe M. Ruggier (Il-Kanada: Multicultural Books, 2000)

Sajonara: Ħsibijiet Stil Ħajku/Thoughts Haiku Style - ħajku, Victor Fenech (edizzjoni bilingwi, Malta: Gutenberg Press, 1999)

It-Trumbettier - poeżiji Adrian Grima, trad. Peter Serracino Inglott, Adrian Grima (edizzjoni bilingwi, Malta, 1999)

Naked as Water - poeżiji, Mario Azzopardi, trad. Grazio Falzon (USA: Xenos Books, 1996)

A Distraught Pilgrim - poeżiji, Oliver Friggieri, trad. Peter Serracino Inglott (Missouri, USA: UIDBA, [1991])

Crosswinds - An Anthology of Post- War Maltese Poetry, poeżiji, ed. Oliver Friggieri (Paisley, Scotland: Wilfion, 1980)

Wara r-Repubblika - poeżiji, Lillian Sciberras u Mario Vella (edizzjoni bilingwi, Malta, 1979)

Limestone 84. Poems from Malta - poeżiji moderni, ed. Daniel Massa, trad. differenti (Malta: Malta University Press: 1978

A Maltese Anthology - poeżiji, poeti romantiċi, trad. A. J. Arberry, 2 ediz. (Westport, Connecticut: Greenwood, 1975)

Malta. the New Poetry - poeżiji, ed. Mario Azzopardi, trad. differenti (Malta: KKM, 1971)

Dun Karm: Poet of Malta - poeżiji, Dun Karm Psaila, trad. A. J. Arberry (Cambridge, UK: Cambridge University Press, 1961)

 

   
  Malti - Taljan
 

Storie per una sera - novelli Oliver Friggieri, trad. ta' Stejjer ghal qabel jidlam, Malta 1986,

La voce dell’onda, Nemapress Editrice, Alghero 1991

 

   
  Artikli dwar it-Traduzzjoni Letterarja
   
 

Malta l’isola dei racconti ("Il Secolo XIX", Venerdì 24 febbraio 1995)

  Ricchezza interiore di un’umanità emarginata (L’Osservatore Romano Libri, 5 luglio 1995)
 

Epifanie di dolore in paesaggio maltese ("Letture" n. 518, giugno-luglio 1995)

 

Marroca u Rakkonti Oħra and the Fate of Translation: Adrian Grima interviews Dr. Toni Aquilina

 

Confidential Reports - Immanuel Mifsud

  Contemporary Maltese Literature in Translation - Inizjamed
   
 

Il-ktieb ta’ Immanuel Mifsud, Confidential Reports

   
 

Dan l-aħħar Sierra Book Distributors Ltd laħqu ftehim mal-pubblikaturi Irlandiżi Southword Books biex jimpurtaw u jiddistribwixxu f’Malta l-aktar ġabra riċenti ta’ poeżiji ta’ Immanuel Mifsud, Confidential Reports. Dan il-ktieb ġie ppubblikat fl-2005 f’Cork, l-Irlanda.


Confidential Reports huwa ġabra ta’ poeżiji li Immanuel Mifsud kiteb bil-Malti u li ġew tradotti għall-Ingliż minn Adrian Grima u l-poeta prominenti Irlandiż Maurice Riordan.
Is-Sur Matthew Vella, id-direttur ta’ Sierra Book Ltd, qal li l-kumpanija tiegħu ħasset il-ħtieġa li l-pubbliku Malti jkollu aċċess għal dan il-ktieb li jimmarka stadju importanti ħafna fil-karriera poetika ta’ Immanuel Mifsud.
 

Confidential Reports jinkludi poeżiji miktuba b’istint u mimlija emozzjoni. F’kumment li kiteb dwar il-ktieb, Maurice Riordan, li l-kotba tiegħu kienu nominati għall-Whitbread Prize u li huwa wkoll l-editur tal-ġurnal prestiġjuż Poetry London, qal li l-poeżija ta’ Mifsud tixbah ir-ritmi qabbieża u eċċessivi tar-rock ‘n roll fl-oriġini tiegħu. Għal Riordan, Immanuel Mifsud jipproduċi poeżija ta’ eżuberanza kbira li l-immaġinazzjoni tiegħu tixhed l-oriġini Mediterranja tiegħu u tkompli timraħ fil-kwalitajiet Ewropej.
 

Confidential Reports tnieda s-sena l-oħra fit-Triskel Arts Centre f’Cork fil-preżenza ta’ l-ambaxxatur Malti għall-Irlanda, l-ET Richard Muscat, li wkoll indirizza l-udjenza kbira li attendiet għal din it-tnedija.
 

Bis-saħħa ta’ Sierra Book Distributors Ltd, dan il-ktieb ta’ Immanuel Mifsud issa jista’ jinxtara mill-ħwienet tal-kotba ewlenin f’Malta jew direttament mingħand id-distributuri permezz tat-telefon 2137 8576.

 

5.5.06