Dokumenti ta' Politika Kulturali

   
 

COMPENDIUM - Cultural Policies in Europe (Country Profiles, including Malta)

 

Kunsill ta' l-Ewropa - Rapport ta' esperti dwar il-kultura f'Malta (2002)

Ara Siltiet: Contemporary Creativity  -  Maltese Language

The Maltese Diaspora  -  Conclusions and Recommendations

 

Att dwar l-Ilsien Malti

Ara wkoll hawnhekk

 

Strateġija għal-Lingwa Nazzjonali

Hawnhekk hawn Sintesi

Ara wkoll id-Daħla

 

Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

 

Memorandum dwar il-Poeżija - Immanuel Mifsud

 

Il-Politika Kulturali f'Malta. Dokument għad-Diskussjoni (2001)

Ara Lingwa u Letteratura

 

L-Akkademja tal-Malti u l-Malti tal-Futur - Bernard Micallef

 

Literature Across Frontiers

 

Language and Literature Policies in Scotland (June 2005)

 

International PEN

  Welsh Literature Abroad
  The Basque Literary System at the Gateway to the New Millennium - Mari Jose Olaziregi
   
 

Strateġija għal-Lingwa Nazzjonali

 

 

Strategija Ghal-Lingwa Nazzjonali

  Strateġija għal-Lingwa Nazzjonali pdf

F'Mejju ta' l-2001 il-Gvern Malti ppubblika r-rapport STRATEĠIJA GĦAL-LINGWA NAZZJONALI li ħejjielu l-Bord għall-Ilsien Malti. Dan id-dokument ġie addottat bħala White Paper li serviet bħala bażi għal diskussjoni pubblika li wasslet għat-tfassil tal-liġi dwar l-ilsien nazzjonali.

Il-qofol tar-rapport kien jikkonsisti f'żewġ partijiet:

(1) għadd ta' stqarrijiet bazici dwar l-ilsien Malti u l-funzjoni li għandu jkollu bhala lsien nazzjonali fl-oqsma kollha tal-hajja, dejjem fid-dawl tas-sitwazzjoni bilingwi ta' Malta;

(2) il-proposta ddettaljata tat-twaqqif ta' Kunsill Nazzjonali tal-Lingwa bhala organu permanenti ta' l-istat b'sahha legali, li jkun jiehu hsieb: 

  • jizviluppa u jmexxi politika lingwistika nazzjonali, 

  • jikkoordina l-hafna xogħol li digà qed isir minn għaqdiet u individwi

  • jippromwovi u jgib 'il quddiem l-ilsien nazzjonali fl-oqsma kollha tal-hajja

Ir-rapport jishaq hafna fuq is-serjetà akkademika ta' min jiehu d-decizjonijiet ufficjali dwar l-uzu tal-lingwa, il-partecipazzjoni shiha ta' kull min juza l-ilsien Malti fl-oqsma kollha tal-hajja, u fuq is-sens ta' għajnuna u servizz li għandu jiehu post l-attitudni dejqa ta' censura u kritika negattiva.

Dan ir-rapport huwa l-frott mhux biss ta' hafna xogħol tal-membri tal-Bord, imma wkoll tal-konsultazzjoni wiesgħa ma' bosta nies interessati f'dan il-qasam. Issa r-rapport għandu l-kunsens shih ta' l-għaqdiet kollha tal-Malti, fosthom ta' l-Akkademja, kif ukoll tad-Dipartiment tal-Malti u ta' l-Istitut tal-Lingwistika fl-Università.

L-istqarrijiet bazici dwar l-ilsien Malti

1. Il-Malti hu l-ilsien ta' Malta u element ewlieni ta' l-identità nazzjonali tal-Maltin.

2. Huwa lsien li jispikka bil-kwalitajiet unici u kuntrastanti tiegħu. Huwa r-rizultat ta' l-istorja socjali, kulturali u politika mqallbatal-poplu Malti. Huwa lsien imhallat, għax zviluppa minn djalett Għarbi bil-kontributta' l-ilsna Ewropej, ewlenin fosthom l-Isqalli, it-Taljan u l-Ingliz, li ntisgu miegħu. Maqtugħ għalih mid-dinja Għarbija u misilma, dan l-ilsien ta' nisel Għarbi matul is-sekli thaddem biex jinterpreta kultura Ewropea u nisranija, u nkiteb b'ittri latini. Huwa l-uniku lsien Semitiku fl-Ewropa u l-uniku djalett storiku ta' l-Għarbi li kiseb il-gieh ta' lsien nazzjonali b'letteratura tiegħu.

3. Għalhekk l-ilsien Malti huwa wirt storiku u kulturali
tan-nazzjon, imma wirt haj u dinamiku li jiggedded ta' kuljum fuq fomm il-Maltin.

4. Huwa lsien zgħir bhall-poplu li jitkellmu, imma mhux minoritarju għax huwa lsien it-twelid u l-mezz ewlieni ta' l-espressjoni u l-komunikazzjoni tal-maggoranza l-kbira tal-Maltin, li jinqdew bih fil-bicca l-kbira ta' l-oqsma ewlenin tal-hajja - informali, formali u ufficjali - bhalma huma t-tahdit ta'kuljum, l-istampa u x-xandir, il-laqgħat pubblici, il-hajja politika, ir-religjon u l-ligijiet.

5. Billi matul l-istorja l-Malti wahdu qatt ma kien assocjat mal-hakkiem barrani jew ma' xi klassi pprivileggjata, imma ntrefa' minn pozizzjoni socjali baxxa għal-livell ta' lsien nazzjonali, huwa l-uniku lsien f'Malta li għandu appell tassew demokratiku u jirrapprezenta l-mixja tal-poplu Malti lejn it-twettiq tiegħu nnifsu.

6. Għal dawn ir-ragunijiet l-ilsien Malti għandu jkun imhares, imhaddem u promoss qabelxejn mill-Istat.

7. Kull Malti għandu d-dritt ikun jista' jitgħallem u juza l-ilsien Malti sa minn ckunitu. Dan jorbot qabelxejn lill-genituri, imma wkoll lill-awtoritajiet edukattivi u lill-Istat li għandhom jipprovdu l-mezzi u l-opportunitajiet mehtiega għal dan il-għan.

8. L-ilsien Malti għandu jkun l-ewwel ilsien li jintuza mill-Istat meta jindirizza lic-cittadini tiegħu.

9. Mit-tigrib ta' hakma twila, l-ilsien Malti hareg nieqes mill-prestigju ta' lsien nazzjonali u baqa' mhux mahdum f'hafna oqsma importanti. L-Istat għandu jkun minn ta' quddiem biex, waqt li minn naha johloq l-opportunitajiet għall-izvilupp ta' l-ilsien nazzjonali fl-oqsma tal-prestigju, min-naha l-ohra bil-piz ufficjali u bi mgiba inekwivokabbli favur il-Malti, f'Malta u barra, jgħin biex jixxejjen kull sens ta' inferjorità li jista' jkun għadu marbut ma' l-ilsien nazzjonali. Dan għandu jsir permezz ta' politika lingwistika cara u effettiva.

10. Matul is-sekli, il-Malti dejjem kellu jaqsam il-medda ta' l-uzu ma' ilsna ohra, li fl-istess hin għenuh jizviluppa u jaggorna ruhu għall-htigijiet tal-poplu f'ambjent plurilingwi. Illum din il-medda qed jaqsamha ma' l-ilsien Ingliz li bhall-Malti huwa ufficjali f'Malta, u huwa ta' htiega kbira għall-komunikazzjoni dinjija.

11. Kif tistqarr il-Kostituzzjoni ta' Malta, il-hajja tal-Maltin tfisser ruhha b'mod shih bl-uzu ta' zewg ilsna, il-Malti u l-Ingliz. Għalhekk, biex tkun realistika kull politika lingwistika għandha titfassal fil-kuntest ta' din is-sitwazzjoni bilingwi.

12. Il-bilingwizmu huwa gid kbir li wiret il-poplu Malti, u jehtieglu jagħraf jgħozzu billi jitgħallem u jhaddem iz-zewg ilsna separatament u bl-ahjar mod skond is-sehem ta' kull wiehed fil-hajja tal-pajjiz. Għal dan il-għan, għandhom jigu definiti car ir-rwoli taz-zewg ilsna ufficjali fi hdan is-socjetà Maltija, biex ma jigrix li z-zewg ilsna jigu f'konfront bla bzonn.

13. Il-process ta' globalizzazzjoni minn qaddisu jiffavorixxi l-lingwi dinjin u jista' jagħtihom vantagg esagerat fuq il-lingwi l-ohra. Din it-theddida, li qiegħda tinhass imqar mil-lingwi l-kbar li mhumiex dinjin, tolqot wisq aktar lil-lingwi z-zgħar bhall-Malti. Filwaqt li l-ambjent plurilingwistiku għandu jkun salvagwardjat, il-Malti, bhala l-ilsien nazzjonali u lsien zgħir, għandu jkun protett mill-kompetizzjoni ingusta billi tingħatalu l-għajnuna u l-promozzjoni mehtiega.

14. Bhall-ilsna l-ohra, il-Malti fih ukoll għadd ta' djaletti geografici u socjali li jhawru u jagħnu s-sitwazzjoni lingwistika lokali. Dawn id-djaletti jisthoqqilhom ir-rispett u t-tharis fl-uzu tagħhom fil-qasam fejn huma mitkellma, għax għandhom sehem importanti fil-komunikazzjoni bejn għadd kbir ta' kelliema Maltin. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu hilithom kollha biex irawmu attitudni pozittiva lejn il-kelliema tad-djaletti.

15. L-attitudni qadima ta' censura u kundanna lejn kull min jizbalja  metajuza l-Malti sa issa halliet bosta effetti hziena. Fl-isforz biex il-livell tal-lingwa jkun għoli kemm jista' jkun, għandu jitrawwem spirtu gdid ta' konvinzjoni, servizz u għajnuna, tant mehtiega minn min juza l-Malti.

 

 

 

Il-Politika Kulturali f'Malta. Dokument għad-Diskussjoni

 

Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, 2001

 

SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-POLITIKA KULTURALI

 

Id-Disa' Taqsima: Lingwa għal Poplu

 

  • Il-qagħda lingwistika Maltija għadha x’aktarx m’hix magħrufa għal kollox u jeħtieġ issir bosta riċerka qabel ma tissawwar Politika Lingwistika xierqa

  • Il-lingwa għandha funzjoni fundamentali bħala mekkaniżmu ta' integrazzjoni soċjali

  • Il-lingwa hija l-għeruq tal-bini ta' l-etniċità, bin-nies jaqsmu realtà komuni

  • Il-qofol tal-kontenut tal-lingwa Maltija huwa ftehim indispensabbli għas-sopravivenza ta' l-identita' Maltija

  • Iċ-ċokon ta' Malta jagħmel il-lingwa prerekwiżit importanti għall-identità nazzjonali

  • L-Akkademja tal-Malti, li darba kienet l-unika korp favur l-Ilsien Malti, issa saret wieħed minn ħafna gruppi ta' protagonisti.

  • L-Ilsien Malti qed "jinqered" mix-xandara tar-radju u tat-televixin, l-aktar il-kummentaturi ta' l-isports u l-preżentaturi tal-programmi dwar suġġetti partikulari bħall-informatika, il-moda, il-mużika u l-affarijiet tal-kċina

  • L-użu ta' l-Ingliż huwa mifrux ma' Malta kollha l-aktar fil-gazzetti, imma dan m'għandux idgħajjef l-ilsien nattiv

  • L-użu tal-Malti fl-UE, la Malta ssir membru sħiħ, qed jistenna tittieħed deċiżjoni, imma dokumentazzjoni bil-Malti minn sorsi Ewropej diġa' ġiet ippubblikata.

  • Għandu jkun hemm korp professjonali wieħed li jkollu status legali biex jippromovi u jiddefendi l-Ilsien Malti f'fora lokali u internazzjonali. Dan il-korp għandu jkun issapportjat, parti minnu, b'fondi pubbliċi. Il-missjoni tiegħu għandha tkun li:

 

  a. josserva u jevalwa l-istat ta' l-ilsien
  b. jiżviluppa Politika tal-Lingwa għall-Malti
  ċ. jwettaq u jimmonitorja l-Politika tal-Lingwa

 

L-Għaxar Taqsima: Il-Każ għal-Letteratura

 

  • Il-Moviment Qawmien Letterarju tas-Sittinijiet għamel il-letteratura aċċessibbli għall-pubbliku u b’hekk neħħa l-privileġġ li l-letteratura tkun għall-ftit

  • Ebda kittieb f’Malta ma jaqla’ l-għajxien tiegħu mill-kitba u kollha kemm huma għandhom xi impjieg ieħor

  • Is-skiet tal-kittieba f’diskussjonijiet pubbliċi fuq problemi politiċiċpopolari u kurrenti jemarġina lil-letteratura

  • Il-Kunsill Malti tal-Ktieb għandu:

 

a.    ifassal pjan strateġiku biex itejjeb ix-xorti tal-Ktieb Malti

b.    iħeġġeġ awturi Maltin ġodda biex jippubblikaw xogħolhom

c.     jaħdem biex ikun hawn protezzjoni tad-drittijiet finanzjarji u kreattivi tal-kittieba Maltin

d.    jippromulga għarfien nazzjonali tas-siwi kbir tal-letteratura Maltija

e.    jikkoordina mal-Kunsilli Lokali, mad-Dipartimenti tal-Gvern u ma' korpi pubbliċi u privati fl-oqsma ta' l-arti, il-kultura, l-edukazzjoni, il-kotba u l-midja sabiex il-kittieba jiġu megħjuna u jkunu inkuraġġuti biex jippubblikaw xogħlijiethom

f.     japplika t-teknoloġija ta' l-informazzjoni biex jinforma lill-pubbliku dwar il-Letteratura Maltija u l-awturi tagħha, kemm lokalment u barra minn Malta

g.    jorganizza u jamministra darba f'sena l-Premju Letterarju u l-Fiera tal-Ktieb

h.    jesplora mezzi lokali u barranin li permezz tagħhom il-letteratura Maltija tista' tilħaq swieq internazzjonali permezz ta' traduzzjonijiet ta' xogħlijiet lokali u barranin.

 

·      Il-letteratura Maltija għandu jkollha promozzjoni permezz ta'

 

a.    aġenzija li tippubblika l-informazzjoni u l-bijografiji bil-Malti u bl-Ingliż u li taċċerta s-suq tal-prodott letterarju lokali;

b.    sosteniment ekonomiku aħjar tal-kittieba billi jinħolqu konċessjonijiet tranżizzjonali, e.g. għotja ta' flus għall-ivvjaġġar u x-xogħol, sabbatikals għall-awturi li jaħdmu u finanzjar għar-riċerka letterarja;

c.     il-ħolqien ta' Assoċjazzjoni ta' Tradutturi;

d.    l-għarfien tal-Letteratura tat-Tfal fuq livell nazzjonali u l-provvediment ta' faċilitajiet biex ikun animat il-kontenut letterarju b'mod dinamiku li jressaq lit-tfal biex ikunu esposti għas-suq b'mod sofistikat;

e.    it-twaqqif ta' Kunsill Malti tal-Ktieb li għandu:

 

i.        jinkorpora rappreżentanza mill-Ministeru, mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjon, l-Università, lindustrija tal-pubblikazzjonijiet tal-kotba, il-midja, il-libreriji pubbliċi u l-libreriji lokali

ii.       jipprovdi servizz ta' informazzjoni

iii.      jgħin awturi ġodda stabbiliti biex jippubblikaw xogħolhom

iv.      jorganizza lectures kommemorattivi u avvenimenti ta' premjijiet letterarji.

 

SINTESI TAL-POLITIKA KULTURALI

                                                                                        

Id-Disa' Taqsima: Lingwa għal Poplu

 

§     Ikunu mmonitorjati l-idjosinkrasiji fl-użu ta' l-Ilsien Malti fix-xandir permezz ta' taħriġ xieraq fit-taħdit u l-kitba bil-Malti fost in-nies tal-midja u x-xandir

§     Isir kull sforz biex il-Malti jsir wieħed mil-lingwi uffiċjali ta' l-UE f'każ li Malta ssir membru sħiħ

§     Jitwaqqaf korp professjonali wieħed li jkollu status legali biex jippromovi u jiddefendi l-Ilsien Malti f'fora lokali u internazzjonali. Il-missjoni tiegħu tkun li:

 

a.    josserva u jevalwa l-istat ta' l-ilsien

b.    jiżviluppa Politika tal-Lingwa għal Malta

c.     jwettaq u jimmonitorja l-Politika tal-Lingwa

 

L-Għaxar Taqsima: Il-Każ għal-Letteratura

 

§     Il-Letteratura Maltija jkollha parti essenzjali fil-kunċett kurrenti ta’ l-identita’ u l-identifikazzjoni tad-diversità

§     Il-kittieba Maltin jiġu mħajra jippartiċipaw f’dibattiti pubbliċI biex il-Letteratura Maltija titpoġġa fix-xena dominanti

§     Il-letteratura tat-tfal tkun rikonoxxuta fuq il-livell nazzjonali u jkun hemm faċilitajiet li janimaw il-kontenut letterarju b’mod dinamiku li jikkorrispondi ma’ l-espożizzjoni sofistikata tat-tfal għas-suq

§     Il-letteratura Maltija jkollha promozzjoni billi titwaqqaf aġenzija li tippubblika l-informazzjoni u l-bijografiji bil-Malti u bl-Ingliż u li taċċerta s-suq tal-prodott letterarju lokali

§     Jitjieb is-sosteniment ekonomiku tal-kittieba billi jinħolqu konċessjonijiet tranżizzjonali, bħal ngħidu aħna għotja ta' flus għall-ivvjaġġar u x-xogħol, sabbatikals għall-awturi li jaħdmu u finanzjar għar-riċerka letterarja

§     Titwaqqaf Assoċjazzjoni ta' Tradutturi biex tinkuraġġixxi traduzzjonijiet għall-Malti u mill-Malti, u b'hekk tipprovdi għal attività kross-letterarja

§     Il-Kunsill Malti tal-Ktieb jgħaqqad id-diversi interessi fil-Lingwa Maltija, jinkuraġġixxi l-pubblikazzjoni ta' kotba bil-Malti, l-aktar billi jgħin lil awturi ġodda biex jistampaw xogħolhom, u jikkoordina mal-Kunsilli Lokali biex japplikaw it-teknoloġija moderna ta' l-informazzjoni ħalli jippopolarizzaw il-ktieb Malti u jorganizzaw lectures ta' tifkiriet u avveniment ta' premjijiet letterarji.