Kummenti dwar letteraturamaltija.com

   
 

Prosit għall-websajt tagħkom, www.letteraturamaltija.com. Waqt li qiegħed infittex fuq din is-sit tal-letteratura Maltija sibt dak li minn dejjem xtaqt li nsib fuq l-internet u ntbaħt kemm hija tabilħaqq mimlija għarfien għalina l-kittieba Maltin. Nixxiegħa ta' tagħrif u tagħlim li dejjem huma għodda siewja għal kitba tajba.

Awguri u suċċess!

Anthony Cordina,
It-22 ta' Mejju 2007

   
  Is-sit letteraturamaltija.com huwa tieqa miftuħa beraħ fuq dak kollu li hu marbut ma' dan il-qasam. Hu sit li jinkludi lil kull min qed jieħu l-letteratura Maltija bis-serjetà. Jeħtieġ li iktar studenti u nies isiru jafu bih. Tajjeb li jiġi "rriklamat' ukoll fuq il-gazzetti u l-mezzi tax-xandir. Nissuġġerixxi li jiġu inkluzi iktar artikli marbutin mal-letteratura Maltija, fosthom dawk li jidhru anki fuq il-paġni letterarji tal-gazzetti. Prosit tassew.

Patrick Sammut

L-20 ta' Novembru 2006

   
  Prosit tassew. U biċċa xogħol magħmula bi mhabba. Hemm nuqqas ta' tagħrif dwar programmi letterarji fuq it-tv u r-radju. Forsi għax ma hemmx? Meander fuq TVM jagħmel li jista' biex jimla vojt iżda m'għandniex ħin biżżejjed. Hemm programmi "containers" li jagħtu tagħrif u spazju lill-ktieb; kultant aħjar ma jgħidu xejn għax aktar jagħmlu ħsara.

Radju? Fuq Radju Malta tneħħi lil Sergio u lili, żewġ boloh inkallati, ma hemmx min jagħti kultant tagħrif fuq pubblikazzjoni, u bhas-soltu l-programmi kulturali qegħdin imrekknin f'ħinijiet strambi. Bħas-soltu wkoll, kważi trid tokrob lill-awturi u l-pubblikaturi biex iżommuk infurmat. Minn qalbi nirringrazzja lil dawk l-awturi u l-pubblikaturi li jieħdu interess jinfurmawni. Sa ċertu punt, din il-website se timla vojt u taqdi ħtieġa.

Ġorġ Peresso

It-8 ta' Novembru 2006

   
  Prosit tassew għall-websajt www.letteraturamaltija.com. Nirringrazzjakom minn qalbi għall-baħar t'informazzjoni utli u interessanti dwar il-Letteratura Maltija. Adrian, nawgura lilek u 'l sħabek li tkomplu bil-ħidma bla waqfien tagħkom b'risq l-arti, għax fuq kollox l-arti tirfed il-hajja. Alla jberikkom.

Dr. Rena Balzan

L-14 ta' Lulju 2006

   
  Ili biex nikteb dwar il-websajt tagħkom. Prosit. Sabiħa u informattiva. Fuq kollox tgħaqqad flimkien il-kittieba u kull min jinteressa ruħu f'dan il-qasam. Awguri u grazzi tas-sapport tagħkom. 

Charles Casha

L-4 ta' Novembru 2005

   
  Ħloqtu sit interessanti, ċar u faċli biex tużah. Huwa għodda tajba biex tiskopri ħafna truf relatati bejniethom u punt ta' riferiment biex tinseġ riċerka tajba.

Karsten Xuereb

It-30 ta' Settembru, 2005

   
  Prosit għall-website aġġornata. Naqbel perfettament ma’ dak li ġa nkiteb dwarha. Ċertament din tagħmel ħafna ġid lil pajjiżna mil-lat letterarju. Ħadt gost tassew insegwiha. Prosit mill-ġdid.

Alfred Massa

L-4 ta' Settembru, 2005

   
  Din il-websajt tiġbor fiha kwantità kbira ta' tagħrif tassew interessanti. Inħoss li fl-aħħar għandna għajn siewja ta' links u informazzjoni rigward dak kollu li għandu x'jaqsam mal-letteratura Maltija u wara kollox mal-Kumitat Tekniku tagħha. Prosit u komplu hekk!

Thomas Pace

L-1 ta' Settembru, 2005

   
  Dħalt fis-sit www.letteraturamaltija.com u bqajt impressjonat bil-kwalità u l-kwantità ta' informazzjoni li fiha. Speċjalment l-informazzjoni riċenti.

Caldon Mercieca

It-22 ta' Lulju, 2005

   
 

Qrajt b'interess is-sit il-ġdid www.letteraturamaltija.com u apprezzajtu ħafna. Nifhem li għadu fl-istadju bikri tiegħu u għalhekk il-potenzjal biex ikompli jisseddaq jidher li huwa l-pass li jmiss... Awguri mill-qalb.

John Buttigieg

L-14 ta' Lulju, 2005

   
 

Qed nieħu l-opportunità b'din l-email biex nifraħlek għal dan is-sit dwar il-letteratura Maltija li fih minjiera tajba ta' informazzjoni u xogħol siewi. Esplorajt ftit u ħadt gost ħafna naqra. Naqbel ma' Joe illi dan is-sit huwa vetrina tajba tal-Malti. Prosit ħafna tax-xogħol tiegħek fil-kamp letterarju.

Ivan De Battista

L-14 ta' Lulju, 2005

   
 

Prosit tassew lil kull min involut. Sit ta' l-għaġeb. Ibqgħu sejrin hekk. Inżommu kuntatt.

Ivan Said
Dipartiment tat-Traduzzjoni bil-Malti
Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Belt tal-Lussumburgu

L-14 ta' Lulju, 2005

   
 

Dħalt fil-websajt biex naraha u nesploraha mill-ġdid. Kemm apprezzajt il-fatt li fit-taqsima ta' l-Aħbarijiet hemm taqsima għall-għaqdiet tal-Malti, u fejn kien possibbli, dawk l-għaqdiet li għandhom il-websajts tagħhom ġew illinkjati magħha. Katina virtwali u vetrina mill-isbaħ tal-Malti.

Joseph Borg

It-13 ta' Lulju, 2005

   
  Għadni kif kont qed nifli s-sit tal-Letteratura Maltija. Interessanti, u naħseb li kien hemm bżonnu sit ta' dan it-tip. Nistenna bil-ħerqa updates ġodda.

Ġużè Stagno

Is-27 ta' Ġunju, 2005