|
|
Arkivji |
| |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Avvenimenti Importanti fl-2008 |
|
|
bl-għajnuna ta' Joseph Borg |
|
|
|
|
|
-
Jum Dinji dwar
it-Tibdil tal-Klima. Is-Sibt, 6 ta' Diċembru 2008. Immanuel
Mifsud se jaqra poeżiji tiegħu u ta' Adrian Grima mill-ktieb
tagħhom Riħ min-Nofsinhar (Edizzjoni Skarta 2008 -
www.skarta.org), waqt attività organizzata minn Friends of the
Earth Malta għall-Jum Dinji dwar it-Tibdil tal-Klima mill-5.00pm
sat-8.30pm fil-Pjazza tal-Palazz (Pjazza San Ġorġ), Il-Belt
Valletta. Barra minn hekk, Vince Fabri se jdoqq kanzunetti dwar
it-tibdil fil-klima u se jkanta waħda mill-poeżiji ta' Immanuel
Mifsud mill-ktieb Riħ min-Nofsinhar u l-pubbliku se jkun
mistieden ikanta miegħu. Dakinhar tal-attivitajiet Friends of the
Earth Malta se tippreżenta l-pożizzjoni tagħha dwar it-tibdil
fil-klima waqt konferenza stampa li se ssir fil-5.00pm. Matul
il-lejla se jintwerew ukoll films qosra maħruġin minn gruppi
Ewropej tal-Friends of the Earth. Dawk li jattendu jistgħu wkoll
jiffirmaw petizzjoni biex nitolbu għal liġi tal-klima għal Malta.
Għal aktar informazzjoni iktbu lil
info@foemalta.org.
-
Nhar il-Ħamis,
il-11 ta’ Diċembru 2008, fis-7.00 p.m. fis-Sala E taċ-Ċentru
tal-Konferenzi M. A. Vassalli tal-Università ta’ Malta, l-Imsida,
Dr Joe Zammit Ciantar BA, MA, Ph.D. se jitkellem dwar
Il-Prietki bil-Malti ta’ Ignazio Saverio Mifsud (1739-1746).
Din it-taħdita qed tiġi organizzata mill-Università ta’ Malta
fis-sensiela tal-Konferenza Ġużè Galea
mwaqqfa mill-Prof. Ġużè Galea M.B.E., M.D., D.P.H.
-
Il-kummiedja
Minn Wara ż-Żipp ta' Trevor Zahra se tittella' fis-Sala
Temi Zammit tal-Università ta' Malta nhar it-28, 29, u 30 ta'
Novembru, 2008 fis-19:30. Biex tibbukkja: 2122 3216, 2122 3200 jew boxoffice@sjcav.org
-
Qari
mill-kittieb Irlandiż Damian Gorman fit-teatru tal-Kavallier ta'
San Ġakbu nhar l-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2008, fit-8.00pm.
Organizzat minn Inizjamed u l-Kavallier ta' San Ġakbu.
-
Tnedija
tal-awtobijografija ta' Oliver Friggieri, Fjuri Li Qatt Ma
Jinxfu (KKM), fil-Palazz tal-President tar-Repubblika, nhar
l-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 2008, fis-6.30pm.
-
Ara d-Dettalji
kollha dwar il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb 2008.
-
Pubblikazzjonijiet Indipendenza tixtieq tistiednek għat-tnedija
ta' sensiela ġdida, Kullana tal-Klassiċi, nhar
il-Ġimgħa, 21 ta' Novembru 2008 fis-7:00pm fis-Sala Robert Samut,
il-Furjana
-
L-24 edizzjoni
tal-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb 2008: mill-Erbgħa 12
sal-Ħadd 16 ta' Novembru, f'Dar il-Mediterran, il-Belt
Valletta. Organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien
mad-Dipartiment tal-Libreriji. Dħul b'xejn. Trasport mill-venda
ta’ Putirjal, nru. 98.
www.ktieb.org.mt. Ġranet u ħinijiet tal-ftuħ:
L-Erbgħa 12 u l-Ħamis 13 ta’ Novembru
9.00 a.m. – 1.30 p.m / 5.00 p.m. – 9.00 p.m.
Il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru
9.00 a.m. – 1.30 p.m. / 5.00 p.m. – 10.00 p.m.
Is-Sibt 15 ta’ Novembru
9.00 a.m. – 12.30 p.m. / 4.00 p.m. – 10.00 p.m.
Il-Ħadd 16 ta’ Novembru
10.00 a.m. – 12.30 p.m. / 3.00 p.m. – 9.00 p.m.
-
Nhar is-Sibt,
15 ta' Novembru, fis-6.30pm, fil-Fiera Nazzjonali
tal-Ktieb, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta, se ssir it-tnedija
tal-ktieb ta' poeżiji Riħ min-Nofsinhar - it-tibdil
fil-klima skont Immanuel Mifsud u Adrian Grima. L-interventi dwar
il-ktieb waqt it-tnedija se jsiru mill-Ministru George Pullicino,
mill-Onor. Leo Brincat u mill-Perit Carmel Cacopardo. Interventi
oħrajn minn Siem Gabir, Mario Cardona u Annalise Falzon. Tmexxi
Anna Zammit. Il-ktieb fih kummenti ta'
Joseph Sciberras u Joe Galea (bdiewa mill-Koperattiva Rurali
Manikata), Mario Cardona (kittieb u edukatur), Annalise Falzon
(ambjentalista), Kurt Sansone (editur tal-gazzetta Illum),
Ralph Cassar (politiku), Nathalie Grima (mill-Koperattiva Kummerċ
Ġust), Christine Borg (mill-Malta Breastfeeding
Foundation), u Angele Deguara (soċjologa). Pubblikazzjoni ta'
Edizzjoni SKARTA -
www.skarta.org - Distribuzzjoni: Sierra Book Distributors -
www.sierra-books.com
-
Id-diskors ta'
Dr. Adrian Grima fil-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb ġie ppubblikat
minn Edizzjoni Skarta. Il-ktieb, Ħożż fl-Ilma - il-kotba,
il-qari u l-baħar, li fih 48 faċċata u disinn tal-qoxra
tal-artist Pierre Portelli, jinkiseb mingħand Adrian Grima (adrian@maltaforum.org).
-
Ramon u
ż-Żerbinotti, rumanz ġdid ta' Ġużè Stagno (Merlin
Library). Tnedija s-Sibt 8 ta' Novembru fil-bar tal-Hamrun
Liberty. Kulħadd mistieden.
-
L-Erbgħa
12 ta' Novembru, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta, fis-7pm, waqt
il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb 2008. Il-Kunsill Nazzjonali
tal-Ktieb jistiednek għal taħdita minn Dr. Adrian Grima bl-isem
ta' "Ħożż fl-Ilma. Il-Kitba, il-Kotba u l-Baħar."
Jintwerew ukoll interventi
ffilmjati apposta ta' Aðalsteinn Ásberg Sigurðsson, kittieb u
pubblikatur mill-Iżlanda, Alexandra Büchler, direttriċi ta’
Literature Across Frontiers, u Hassan el Ouazzani mid-Dipartiment
għall-Promozzjoni tal-Kotba fil-Marokk.
Kulħadd
mistieden.
-
Ħareġ
ir-rumanz kontroversjali Xandru miżżewweġ u Gay
mill-pinna tal-psewdonomu Javier Vella Sammut. Dan ir-rumanz li
fl-ewwel ġimgha tiegħu diġà biegħ 'il fuq minn 500 kopja,
iwasslilna l-ġrajja drammatika li jgħixu fiha individwi li jsibu
rwieħhom f'dilemma ta' għazliet li jieħdu f'ħajjithom skond
l-identità sesswali tagħhom. Il-karattru
prinċipali, iżjed milli Xandru nnifsu, hija martu Gizelle. Dan
huwa rumanz li jiddibatti
b'konvinzjoni l-linja li tieħu l-Knisja, jew ahjar xi saċerdoti
fundamentalisti dwar din it-tema u jixlihom b'kompliċità għal
għażliet ħżiena li jasal biex jieħu l-individwu. Ir-rumanz jibda
bi sfond tal-qagħda politika mqallba f'Malta tas-snin tmenin.
It-tema tal-omosesswalità qatt ghadha ma ġiet trattata b'mod
daqstant intimu u intensiv fil-letteratura Maltija.
Twissija 1: Dan ir-rumanz fih espożizzjoni espliċita ta' erotiżmu!
Twissija 2 : Dan ir-rumanz jista' jbikkik!
-
Klabb Kotba
Maltin, se jippubblika xogħol ġdid ta' Immanuel Mifsud: ġabra ta'
novelli li jisimha
Stejjer Li Ma Kellhomx Jinkitbu.
Wara tliet snin Immanuel Mifsud jerġa' jitfaċċa b'ġabra oħra ta' stejjer:
punġenti, qawwija u lesti biex jiskomodaw. It-tnedija ta' dan il-ktieb se ssir il-Ħamis 20 ta'
Novembru 2008, f'Bieb is-Sultan, fit-tarf tal-Kottonera, fis-7.30pm.
-
Il-Klabb
Kotba Maltin għadu kemm ippubblika rumanz, Kien Kwinta
l-Qamar (li ħareġ l-ewwel darba fl-1974) u ġabra żewġ
ġabriet ta' novelli, u Bellus u Bizzilla (2008), ta'
Lina Brockdorff.
-
L-Għaqda tal-Malti - Università għadha kemm ippubblikat il-31
ħarġa tar-rivista Leħen il-Malti. (ISSN: 2070-5093). Editur
Joseph P. Borg.
-
Il-Princep u t-Trogloditi,
ktieb ġdid ta’ Charles Casha għal tfal bejn 9 u 12-il sena. Permezz tal-mappa li hemm f'dan
il-ktieb, il-qarrej jista' jsegwi l-avventura li sseħħ fi tliet
pajjiżi maħluqa mill-awtur. Dawn huma Omerin, Karaman u Basarin.
Il-ġrajja tiġri minn belt għall-oħra, minn raħal għal ieħor sakemm
jasal it-tmiem mhux mistenni fejn il-qarrej jidħol permezz
tal-fantasija f'dinja taħt l-art fejn kienu jgħixu t-Trogloditi.
charles.casha@gmail.com -
www.charlescasha.com
-
Vapuri tal-Karti,
ktieb ġdid ta’ Charles Casha għal tfal bejn 9 u 12-il
sena (Uptrend Publishing 2008). Għaxar
stejjer b'temi varjati. Fost dawn hemm il-biża' ta' l-omm li
uliedha jitilqu mid-dar u ma tarahomx aktar, tifel li qatt ma
kellu fiduċja fih innifsu u kulħadd kien jemmen li ma kien tajjeb
għalxejn u tifel li ma kienx jista' jimxi u jsib ruħu fuq pjaneta
oħra. Il-fantasija ma tonqosx f'xi wħud mill-istejjer u dan
jagħmel l-istejjer aktar interessanti. L-illustrazzjonijiet huma
ta' Mark Casha.
www.charlescasha.com
-
Xi Rrid
huwa ktieb ġdid għal żgħażagħ minn 13-il sena 'l fuq ta' Natasha
Turner. Għal aktar tagħrif ikkuntattja lil Sierra Book
Distributors fuq 2137 8576 / 2737 8576 jew
sales@sierra-books.com. Natasha Turner se tkun il-Fiera
Nazzjonali tal-Ktieb fil-15 ta' Novembru biex tiffirma l-kotba.
-
Nhar
l-Erbgħa, 5 ta’ Novembru 2008, fis-7.30pm, fil-Knisja ta’ San
Duminku, ir-Rabat, se ssir
ċelebrazzjoni
f’għeluq l-erbgħin sena mix-xandir tas-sejba tal-Cantilena
organizzata mill-Akkademja
tal-Malti. Il-programm
jinkludi l-qari tal-poeżija bil-Malti medjevali minn Dr Martin Zammit,
id-daqq ta’ melodiji medjevali mill-Ġukulari Ensemble, u taħdita fuq
il-Kantilena minn Semitista, il-Prof. Alexander Borg, li jgħallem
l-Università tan-Negev fl-Iżrael. Fi kliem il-Prof. Borg, il-Kantilena
toffri tagħrif lingwistiku ġdid allavolja dehru għadd ta’ studji
interessanti mill-1966 ’il hawn. Erbgħin sena ilu żewġ riċerkaturi li
kienu għadhom mhux magħrufa, Patri Mikiel Fsadni u Godfrey Wettinger,
ħabbru li kienu sabu poeżija miktuba bil-Malti medjevali. Din il-poeżija,
li fis-sew hija għanja, inkitbet għall-ħabta tal-1450 u waslitilna kopja
tagħha bis-saħħa ta’ Brandanu Caxaru f’dokument tal-1530.
Dan
it-tagħrif u bosta tagħrif ieħor wassluhulna Wettinger u Fsadni fi ktieb
li huma ħarġu fl-1966.
Il-lejla
tal-Kantilena f’għeluq l-40 sena mis-sejba tagħha hija patroċinata
mill-President ta’ Malta. Tagħrif ieħor fuq il-Kantilena jinsab fis-sit
tal-Akkademja tal-Malti.
www.akkademjatalmalti.com
-
Nhar is-Sibt, l-1 ta' Novembru,
Lisa Falzon se tniedi r-rumanz tagħha għal tfal minn 12-il sena 'l
fuq bl-isem ta' Xi Mkien Ieħor ippubblikat
mill-Merlin Library. It-tnedija se ssir fil-bitħa tat-Teatru
Manoel, il-Belt Valletta. Lisa Falzon se turi wkoll xi pittura
ġdida u Spooky Monkey se jdoqqu mużika ispirata mill-istorja. Din
it-tnedija hija maħsuba wkoll għat-tfal. Hija storja dwar tifla u
tifel li jeqirdu d-dinja tagħhom biex jibdew vjaġġ fl-univers,
f'fanal, biex jippruvaw isibu dinja oħra. Stanley Borg kiteb dwar
ir-rumanz hawnhekk (The Times, Weekender):
http://www.lisafalzon.com/newsimages/Weekender11_10_08.jpg. U
Erika Brincat intervistat lill-kittieba fil-magażin First
ta' The Malta Independent on Sunday:
http://www.lisafalzon.com/newsimages/first_pg1.jpg
http://www.lisafalzon.com/newsimages/First_Magazine_19_10_2008Pg2.jpg.
Ara wkoll
www.lisafalzon.com.
-
Jiġu mas-Sebħ, 17 ta' Ottubru
2008, 20:00, Foyer Européen, Rue Heine, Luxembourg Ville.
Lejla ta' mużika u letteratura f'ġieħ Albert u Jane Marshall, radd
ta' ħajr għal kulma kkontribwew matul ħajjithom mhux biss
għat-telexivin u l-letteratura, iżda għall-kultura Maltija f'sens
wiesa'. Bis-sehem ta' erba' kittieba mistednin minn barra
l-Lussemburgu. Albert Marshall jidderieġi siltiet mid-dramm
4.48 Psychosis ta' Sarah Kane, bis-sehem tal-atturi Sephora
Gauci, Silvana Izzo Clarke, Jane Marshall u Mark Vella. Stage
manager: Reno Saliba. Novelli ta' Pierre J. Mejlak, Immanuel
Mifsud u Alex Vella Gera. Poeżija ta' Norbert Bugeja, Antoine
Cassar, Claudia Gauci, Kevin Saliba u Joseph Spiteri. Mużika ta'
Carmen Borg, Joseph Debono (pjanu) u Roberta Spiteri (flawt).
Jaqraw ukoll John Degiorgio, Tony Gaffiero, Mark Vella u Anna
Zammit. It-titlu "Jiġu mas-sebħ" meħud milll-ewwel vers
tal-poeżija "Misteru Buffu" ta' Albert Marshall.
Illustrazzjoni ta' Maurice Tanti Burlò (mill-ktieb Diaspora).
Albert u Jane Marshall jirritornaw Malta f'Novembru 2008.
-
Le Sud de l'âme. Poésie de la
Méditerranée. Jeudi 16 octobre 2008, 20h30. Galerie
Simoncini, 6 rue Notre Dame, Luxembourg-Ville. La Fondation René
Seydoux et l'association culturelle maltaise Inizjamed vous
invitent à la soirée de poésie Le Sud de l'âme, une exploration à
travers la parole de l'expérience de plusieurs écrivains de la
Méditerranée qui, pour une raison ou pour une autre, se sont
trouvés dans des pays situés plus au nord. La soirée rassemblera
six poètes d'origine méditerranéenne qui sondent dans leur ouvre
la condition, pas nécessairement positive ou negative, de se
trouver à cheval entre les mémoires d'un sud maritime et une
existence qui avec le temps semblerait devenir «de moins en moins
méridionale». Venez écouter les cadences de la poésie en français,
en italien, en maltais, en slovène, et même multilingue. Avec la
participation de Jean Portante (Luxembourg/Italie); Immanuel
Mifsud (Malte); Vera Pejovič (Slovénie); Norbert Bugeja (Malte);
Serge Basso (France/Italie); Antoine Cassar (Malte/Angleterre).
Entrée libre.
-
Il-Ħamis, 2 ta’ Ottubru,
2008. Il-ħin: 7.00p.m. L-Għaqda Poeti Maltin qed tistiednek għal
Lejla ta’ Poeżija oħra. Din id-darba l-post fejn se niltaqgħu se
jkun ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Lily of the Valley,
il-Mosta (wara r-Rotunda). Se jkollok l-okkażjoni li tiltaqa’
mal-poeta u pittur Ingliż Stephen Morris u anki ħin biex taqra
l-poeżiji tiegħek b’ilsna differenti. Ġib miegħek il-poeżiji
tiegħek, familjari, ħbieb u kull min huwa interessat. (Patrick
Sammut, vici-President Għaqda Poeti Maltin)
-
Poeżijaplus u Heritage Malta ser
jippreżentaw 'Aspetti tal-Kultura tal-Kelma fi Żmienna'. Kors
mill-Profs Oliver Friggieri fis-6, 13, 20, 27 ta’ Ottubru, 2008,
mis-7.00pm sat-8.15 p.m. Fil-Mużew tal-Arti, il-Belt Valletta: 1.
'Il-Politika u d-Dinja tal-Kitba' - 2. 'L-Awtur f'Socjetà
Post-Letterarja' - 3. 'It-Tema Ewlenija fil-Ħsieb Miktub ta'
Żmienna' - 4. 'Arti Waħda, Forom Ħafna, imma Għaliex?'
Reġistrazzjoni mingħajr ħlas: sergiogrech@yahoo.com
-
It-tielet dramm oriġinali ta' Theatrencore,
Enfer ou Ciel - Ġenna jew Infern,
se jittella' waqt il-festival tan-Notte
Bianca/Lejl Imdawwal fl-4 ta' Ottubru, b'rappreżentazzjoni
oħra l-għada l-5 ta' Ottubru fis-Sala tal-Mużika tal-Kavallier ta'
San Ġakbu. Dan se jkun id-debutt ta' Karmenu Serracino bħala
drammaturgu u bħala direttur. Enfer ou Ciel - Ġenna jew Infern
huwa bbażat fuq il-ħajja tal-fotografu Franċiż Henri Cartier Bresson
li twieled mitt sena ilu din is-sena. Jieħdu sehem: Henri Cartier-Bresson -
Chris Buttigieg;
Andre Lhote - Tyrone Grima;
Rene Crevel - Keith Borg;
Gretchen Powel - Sarah Lee Zammit;
Doua - Tamara Micallef;
Lejaune - Mark Schembri.
-
It-tnedija tal-ktieb il-ġdid ta'
Reuben Gauci, Il-Belt ta' Fuq il-Qamar, sa ssir
fit-22 ta' Ottubru, 2008, fis-7:30 ta' filghaxija, fiċ-Ċentru
Kulturali Russu, 36, Triq il-Merkanti, l-Belt Valletta. Kulħadd
mistieden.
-
Storie: il-kitbiet
momentisti tradotti għat-Taljan u l-Ingliz ta' sbatax-il kittieb u
kittieba Maltin għadhom kemm ixxandru fil-ħarġa nru. 62/63
tar-rivista letterarja bilingwi
Storie. Il-kittieba Maltin, li fil-fatt mhumiex kollha
awturi, huma: Ten Minutes Malta ħadet ħsiebha l-antropologa
Taljana Virginia Monteforte.
-
It-tielet edizzjoni tal-Festival
Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta. Il-Ħamis 11,
il-Ġimgħa 12 u s-Sibt 13 ta' Settembru, Couvre Porte,
il-Birgu, 8.00pm. Dħul b'xejn. L-uniku Festival Internazzjonali
tal-Letteratura li jsir f’Malta. Jieħdu sehem għaxar kittieba minn
seba' pajjiżi. Il-Ħamis, 11 ta' Settembru se jaqraw Claudia
Gauci, Suzan Sahori (mill-Palestina) u Christos Chryssopoulos
(mill-Greċja). Se jintwera wkoll film qasir bl-isem ta’ Ħalib
ix-Xitan (Hell's Despite). Il-Ġimgħa, 12 ta' Settembru se
jaqraw Caldon Mercieca, Polona Glavan (mis-Slovenja), Simone
Inguanez u Aðalsteinn Ásberg Sigurðsson (poeta u kantawtur
mill-Iżlanda). Walid Nabhan se jagħmel omaġġ lil Mahmoud Darwish.
Is-Sibt, 13 ta' Settembru se jaqraw Karl Schembri, Paola
Turroni (mill-Italja), Hassan El Ouazzani (mill-Marokk) u se jkun
hemm ukoll il-grupp Malti Zizza Ensemble li jdoqq mużika funk.
Hemm it-tagħrif kollu fuq
www.inizjamed.org.
-
Il-Manifest tal-Killer
- Produzzjoni tal-kumpanija teatrali Lemonhead Production
fit-Teatru ta' l-MITP Triq San Kristofru, Valletta nhar l-4, 5,
11 u 12 ta' Ottubru. Xogħol ibbażat fuq ir-rumanz ta' Karl
Schembri.
-
It-33 Edizzjoni tal-Festival
L-GĦANJA TAL-POPLU se ssir nhar is-26 ta' Novembru 2008
fil-Ballroom tal-Lukanda Phoenicia. Biex tissottometti kanzunetta
għal din l-edizzjoni, ma’ kull CD trid tibgħat €10. Is-cd u l-flus
iridu jaslu l-YTC , 227 Triq il-Merkanti l-Belt, nhar l-Erbgħa 15
ta’ Ottubru mis-7.00 pm sad-9.00 pm jew il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru,
mis-7.00pm sad-9.00pm. Ara t-tagħrif kollu fuq
www.ghanjafest.com
-
Writers on literary journey to meet
locals. International writers aboard the sailing boat Adriatica
are hoping to meet with the public as part of the 'Ports of the
Mediterranean' project at the Italian Cultural Institute in St
George's Square, Valletta, on Tuesday, 9th September 2008. The 'men of Adriatica' are
keen to meet locals, writers, artists in order to get to know the
life, society and culture of Malta, and will then recount their
experiences during the voyage. The evening, which starts off at 7
p.m., is dedicated not only to lovers of the sea and sailing but
also to those who see the sea as a communication tool among people
and diverse cultures. Italian and foreign writers are on the boat
to review the many identities and beauties of the Mediterranean
sea. Together for the first time, Adriatica and Giudizio
Universale will narrate the history of the Mediterranean sea, its
cities, harbours and cultures with the help of the writers on
board. This is part of the literary journey organised by the
magazine Giudizio Universale and Adriatica, the boat of the
TV show Velisti per Caso (Accidental Sailors). The boat left
Ercolano on August 29 and will reach its final destination in
Geneva on October 3. It will have travelled 3,000 miles, made nine
stops in nine cities, opening nine 'doors' on cultures, languages
and people. The writers travelling on board are Björn Larsson,
Alicia Giménez-Bartlett, Roberto Alajmo, Fawzi Mellah, Flavio
Soriga, Roselina Salemi, Andrej Longo, Massimo Carlotto and Simone
Perotti.
www.giudiziouniversale.it
-
Id-dramm il-ġdid ta' Alfred
Buttigieg, Ippermettuli Nitlaq, se jsir fit-teatru
tal-Kavallier ta' San Ġakbu fit-3, 4, 5,10, 11, 12 ta' Ottubru
2008 fit-8pm. Direzzjoni ta' Immanuel Mifsud. Jieħdu sehem Sharon
Bezzina, Angele Cauchi, Stefan Cachia Zammit, Liljana Portelli,
Mikhail Basmadjian, Monica Attard, Malcolm Galea, u Joe
CortisGraziella titwieled lil koppja li riedu tarbija akkost ta'
kollox, akkost li jonfqu somom kbar fuq terapija
għall-infertilità. Graziella titwieled b'kundizzjoni rari u gravi.
Graziella tista' titħalla tmut jew inkella tista' tiġi operata
għexieren ta' drabi biex tibqa' tgħix f'kundizzjonijiet fiżiċi
miżeri. Omm Graziella trid taqtagħha tħallix il-kirurgu toperaha
jew le. Missier Graziella għandu responsabbiltà fid-deċiżjoni.
Imbagħad hemm il-kirurga: trid topera lil Graziella: għax hi
kirurga u taf ħafna. U hemm l-infermiera li taf ħafna aktar dwar
Graziella milli jafu ommha u missierha.
-
Tħabbru l-ewwel
Deċiżjonijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti dwar
il-Varjanti Ortografiċi. Il-kittieba kollha u dawk midħla
tal-letteratura importanti ħafna li jarawhom.
-
Fil-25 u 26 ta' Lulju se ssir
verżjoni multi-etnika ta' Romeo and Juliet
fit-teatru għall-apert taċ-Ċentru tad-Drama tal-kumpless tal-Liċeo
Maria Regina, il-Blata l-Bajda, fit-8.30pm. Direzzjoni ta' Julie
Saunders. Celebrating the European Year for Intercultural Dialogue
2008. Presented by Theatre Studio West-London in collaboration
with The Malta Drama Centre and Malta Parliamentary Secretariat
for Youth & Sports. “Truly amazing... an inspired adaptation.”
‘‘The entire cast give superb performances.” Biljetti 7 ewro. Biex
tibbukkja: tel. 21-220-665 jew ibgħat email lil
malta.drama.centre@gov.mt.
-
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
isellem lil Kilin. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ma
jistax jibqa’ lura milli jsellem lill-kittieb Kilin li miet ilbieraħ,
9 ta' Lulju, 2008.
Kilin kien xempju tal-kitba. Ħabb lil artu u lill-ilsien tagħha u bih
għamel ħwejjeġ kbar. Ħafna jiftakru lil Kilin kontinwament jiġbed
widejn il-Maltin għal mod kif il-lingwa qed tkun imfarrka. Kien
beżgħan li l-Malti għad xi darba jmut mewta naturali. Tliet snin ilu
Kilin rebaħ il-Premju Speċjali għal persuna li tat sehem
ewlieni fil-qasam tal-ktieb Malti organizzat mill-KNK.
Huma bosta l-kotba tiegħu li jsebbħu l-librerija tal-kotba Maltin.
Jibqa’ magħruf għall-awtobijografija Fuq il-Għajn ta’ San Bastjan li
fiha jirrakkonta tfulitu b’mod li ma jistax iħallik biered. Warajh
segwa Iż-Żmien Isajru l-Bajtar.
Kilin ppubblika diversi kotba ta’ kitbiet kreattivi fosthom
Tinsiex
Publius Tinsiex, Tmint Ijiem fi Dragunara li kien nqara minn Charles
Arrigo fuq ir-radju nazzjonali, It-Tapit Imsaħħar u
Għajnejn Kalanġ u
Novelli Oħra. Jidher sikwit l-element nisrani f’kitbietu fejn
kontinwament hemm t-taqtigħa bejn it-tajjeb u l-ħażin.
Kilin kien ukoll ambjentalista. Kiteb bosta saġġi dwar dan is-suġġett
u din it-tema tidħol ħelu ħelu fil-kitbiet kollha tiegħu. Kiteb ukoll
dwar il-kappelli li jżejnu l-kampanja tagħna.
Kilin kellu ħakma tajba tal-lingwa Spanjola u kellu għal qalbu
l-pittura. Il-KNK isellem lil dan il-ġġant tal-ktieb Malti li
bis-sempliċita u bl-umilta karatteristika tiegħu arrikkixxa l-mergħa
letterarja Maltija.
Sergio Grech, Direttur Eżekuttiv, Kunsill Nazzjonali
tal-Ktieb
Il-Ħamis, 10 ta' Lulju, 2008
-
Għażiż Francis,
it-Tnejn 7 u t-Tlieta 8 ta’ Lulju
fil-Berġa ta’
Kastilja, il-Belt, 9.00pm. Parti mill-Festival ta’ l-Arti. L-ispettaklu
teatrali Għażiż Francis huwa xogħol ibbażat fuq il-ħajja u
l-kitbiet tad-drammaturgu u rumanzier Malti Francis Ebejer. L-ispettaklu
huwa t-tmiem ta’ proġett li beda sena. F’Ottubru
2007 ġiet
ippreżentata verżjoni “primittiva” ta’ dan ix-xogħol
li
ntlaqgħet tajjeb ħafna.
It-test
ta’ Għażiż Francis
huwa bbażat
fuq
novella jisimha “Żmien”, li Francis Ebejer kiteb tard f’ħajtu, u li fiha
l-personaġġ, li hu wkoll iħossu fl-aħħar ta’ ħajtu, jirrakkonta
t-tifkiriet li għalih huma l-qofol ta’ ħajtu, imma wkoll il-qofol
taż-żmien li għex fih. In-novella fiha ħafna episodji li għandhom xebh
kbir mal-bijografija ta’ Ebejer innifsu, imma wkoll ma’ dak li jirrakkonta
fil-ħafna drammi u rumanzi li kiteb. Għalhekk, dan l-ispettaklu jgħaqqad
xeni mid-drammi u siltiet mir-rumanzi u minn kitbiet oħra ta’ Ebejer biex
joħloq narrattiva ġdida, li hija fidila lejn l-ispirtu ta’ l-awtur.
F’Għażiż Francis
jieħdu sehem ħdax-il attur u attriċi li kollha jirrappreżentaw lil
Ebejer, il-personaġġi li ħoloq fil-letteratura tiegħu u n-nies li ppopolaw
ħajtu. Ir-rappreżentazzjonijiet se jsiru fil-bitħa u fil-kuriduri
tal-Berġa ta’ Kastilja u jagħmlu użu tajjeb mill-ispazju suġġestiv li
minkejja li mhux teatru, bħal ħafna strutturi barokki, huwa teatrali
ħafna. Id-direzzjoni hija ta’ Peter Busuttil, u fost l-atturi hemm Pino
Scicluna, l-attur li għalih Ebejer ħoloq il-personaġġ ta’ Ġaħan,
il-protagonist ta’ l-aħħar dramm tiegħu. Jieħdu sehem ukoll atturi
magħrufa flimkien ma’ oħrajn relattivament żgħażagħ. It-test huwa ta’
Marco Galea, naturalment bi kliem ta’ Francis Ebejer.
-
"Qalb Beltna Tħabbat" hija t-tema ta’ lejla
letterarja dwar il-Belt Valletta organizzata mis-Soċjetà ta’ l-Arti,
Manifattura u Kummerċ flimkien ma’ Poeżijaplus. Din l-attività ser issir
fil-bitħa tal-bini ta’ din s-soċjetà, Palazzo de La Salle, Triq
ir-Repubblika, il-Belt, nhar il-Ġimgħa 4 ta' Lulju, fit-8.00 ta’
filgħaxija. Numru ta’ awturi ser jaqraw ix-xogħlijiet tagħhom ispirati
mill-Belt Valletta u l-ġrajjiet marbuta magħha. Mużika mill-Kantawturi
Walter Micallef u Vince Fabri. Is-Soċjetà qed tistieden awturi oħra li
jixtiequ jipparteċipaw, biex jikkuntattjaw lil Vince Fabri fuq
vincefabri@hotmail.com -
www.poezijaplus.com
-
F'Jannar ta' l-2008 dehru tliet mużajki
("Mosaics - Multilingual Sonnets") ta' Antoine Cassar u kumment "About the
Mosaic concept" fir-rivista
letterarja Awstraljana, The Chimaera (Issue 2, January
2008). Il-mużajki huma "A Dunánál," "C’est la vie," u "White Knight
Syndrome." Wara l-kliem ta' kull poeżija, u traduzzjoni għall-Ingliż, hemm
rikording tal-poeta jaqra dawn il-poeżiji multilingwi. Hemm mużajki oħrajn
ta' Antoine Cassar fuq is-sit tiegħu,
http://muzajk.info/
-
Il-Ħadd, 22 ta' Ġunju, 4.00pm -
10.00pm, il-Barrakka ta' Fuq. Immanuel Mifsud u Adrian Grima se
jaqraw xogħlijiet ġodda u irriverenti dwar it-tibdil fil-klima waqt
il-kunċert tal-festival tal-kummerċ ġust, WorldFest. Il-kunċert
jibda fit-8.00pm. Dħul b'xejn. Jieħdu sehem ukoll Trania (Renzo Spiteri,
Mark Attard, Walter Vella), Zizza Ensemble, u Rouage (minn Franza).
-
Riħ
min-Nofsinhar, it-tibdil fil-klima skond Immanuel Mifsud u
Adrian Grima (Edizzjoni
Skarta, 2008), huwa ktieb ġdid b'poeżiji dwar it-tibdil fil-klima, li
jinkludi wkoll kontributi dwar din it-tema minn nies f'diversi oqsma:
Joseph Sciberras u Joe Galea, bdiewa mill-Koperattiva Rurali Manikata;
il-kittieb u edukatur, Mario Cardona; l-ambjentalista Annalise Falzon;
Kurt Sansone, editur tal-gazzetta Illum; il-politiku Ralph Cassar;
Nathalie Grima mill-Koperattiva Kummerċ Ġust; Christine Borg mill-Malta Breastfeeding Foundation; u s-soċjologa Angele
Deguara. Il-ktieb ta' 60 faċċata se jitnieda nhar il-Ħadd, 22 ta' Ġunju,
2008, fit-8.00pm fil-Barrakka ta' Fuq, il-Belt Valletta, waqt kunċert li
se jsir fil-WorldFest. (Ara
www.l-arka.org jew
www.adriangrima.com)
-
Bejn it-12 u l-15 ta’ Ġunju,
il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ser jorganizza l-Fiera tal-Ktieb Malti.
Il-Fiera ser issir fis-Sala Robert Samut il-Furjana u ser tiftaħ
mill-Ħamis sas-Sibt. Il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi ser iżur il-Fiera
nhar il-Ħamis fil-5.30 p.m. Huwa wera x-xewqa li waqt iż-żjara jiltaqa'
ma' l-awturi Maltin. (Sergio Grech)
-
Il-Fiera tal-Ktieb Malti - Il-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb bejn it-12 u l-15 ta’ Ġunju, 2008, se
jorganizza Fiera tal-Ktieb Malti fis-Sala Robert Samut faċċata
tal-Knisja ta’ Sarrija, ħdejn id-Dar ta’ l-Anzjani, il-Furjana.
Il-Fiera se tinfetaħ nhar it-12 ta’ Ġunju, fid-9.30 ta’ filgħodu
mill-Onorevoli Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports,
l-Onor. Dolores Cristina. Il-pubblikaturi li laqghu it-talba tal-Kunsill
biex jipparteċipaw f’din il-Fiera kienu FrannyJo Publications, Horizons,
Klabb Kotba Maltin (KKM), Midsea Books, Preca Publications, Sensiela Kotba
Soċjalisti (SKS), u Uptrend Publishing. Il-ħinijiet tal-Fiera se jkunu kif
ġej: it-12 u t-13 ta’ Ġunju, bejn id-9.30 a.m. u s-7 p.m. L-14 ta’ Ġunju,
bejn id-9.30 a.m. u s-2.30 p.m. Id-dħul għall-Fiera huwa mingħajr ħlas.
-
Nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Ġunju, bejn
id-9.00pm u l-10.00pm, fiċ-ċentru Elysium tal-Fondazzjoni Gaia
f'Għajntuffieħa (dahar ma' dahar, tista' tgħid, mar-restorant Apple's
Eye), se ssir sessjoni miftuħa ta' poeżija dwar il-bniedmin u l-vjaġġ
tagħhom biex jiskopru, u jindiehsu man-natura bl-isem ta' "Il-Mitt Velu
tan-Natura." Din l-attività hija miftuħa għal kulħadd, imma min
jiġi mhux obbligat jaqra. Nisimgħu u/jew naqraw il-poeżiji lil xulxin -
daqshekk sempliċi. Mhux poeżiji ta' protesta, pero', għalkemm jekk
ikollhom element ta' protesta mhux problema. Poeżiji li jirrakkontaw
ir-relazzjoni tal-bnedmin man-natura... Għal aktar tagħrif ara
www.adriangrima.com. L-isem tas-sessjoni huwa ispirat
mill-poeżija "Ċentifolja" ta' Achille Mizzi (Vetrati Milwiena,
PEG, 1998).
-
Patrick Sammut u Stephen Cachia għadhom
kemm ippubblikaw ġabra ta' 40 poeżija bl-isem ta' Żifef u
Rwiefen, b'kumment kritiku ta' Dr. Charles Briffa u kumment
ieħor ta' Charles Flores
(Ġunju 2008, ISBN.978-99932-0-6002. 78p). Fih ukoll numru ta' disinji
ta' l-artista Norvegiża Olaug Vethal li ghaliha huwa ddedikat il-ktieb.
Żifef u Rwiefen jinbiegħ Ewro 4.65 u jista' jinkiseb
direttament mill-awturi permezz ta' l-indirizzi elettronici
patrickjsammut@hotmail.com jew
stecac@yahoo.com.
-
Kotba nnominati għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għal Kotba
Ppublikati fl-2007.
-
L-Għanja Tiegħi Lil Ħal Kbir
ta’ Pawlu Aquilina (Ġunju 2008) huwa ktieb ġdid ta’ poeżija u proża
b’rabta mal-Madonna tal-Providenza u l-kappella tagħha f’Ħal Kbir. Prezz
tal-ktieb: €5 (Lm2.15) li jmorru għad-Dar tal-Providenza. Jinkiseb
bil-posta (bl-istess prezz) mingħand l-awtur:P. Aquilina, 97 Massabielle,
Triq it-Tabib Nikola Zammit, Is-Siġġiewi, SĠW3076. Fuq iċ-ċekk ikteb “Dar
tal-Providenza” u ibgħat l-isem u l-indirizz tiegħek.
-
Tony C. Cutajar ippubblika kotba ta'
radjudrammi storiċi: Mhux Skond iz-Zokk fih tliet drammi. Tliet
radjudrammi oħra jidhru fil-ktieb Il-Vendetta u erbgħa fil-ġabra
Tmiem Qares ipubblikata minn Wise Owl Publications.
-
Ħareġ Il-Misteru ta’ Miġra l-Ferħa
ta’ Tony C Cutajar (Klabb Kotba Maltin). Dan huwa s-seba’ misteru u
t-tnax-il ktieb ta’ l-awtur maħsub għaż-żgħażagħ. Dan il-ktieb ġdid
jitratta l-ħbiberija ta’ żewġ tfajliet li jmorru fi skejjel differenti.
Huma żewġ karattri li jagħmlu kuntrast interessanti, waħda serja u ta’
l-affari tagħha u l-oħra fuq ruħha li tagħmel ħbieb malajr ma’ ġuvnott.
L-avventuri li jkollhom flimkien jgħinuhom fil-proġetti ta’ l-iskola u
jwasslu għal ħbiberija ma’ ġuvni ieħor. Iż-żewġ koppji jippruvaw isolvu
l-misteru tal-wasla tal-Konti Ruġġieru f’Miġra l-Ferħa u dak tal-bandiera
Maltija. Wieħed mill-ġuvintur jaqa’ l-baħar bil-ħwejjeġ b’kollox filwaqt
li l-ieħor jissogra ħajtu biex isalva l-kelb ta’ waħda mit-tfajliet waqt
li jagħmel skoperta kurjuża.
- It-tielet edizzjoni tal-Festival Mediterranju
tal-Letteratura ta' Malta - 11-13 ta' Settembru, 8.00pm. Couvre Porte,
il-Birgu. Organizzat minn Inizjamed
bħala parti mill-proġett Literature Across Frontiers. Bis-sehem ta'
kittieba u tradutturi minn Malta, il-Palestina, il-Katalonja, il-Greċja,
l-Italja, u l-Marokk. Jieħu sehem ukoll il-grupp Malti ta' mużika funk, Zizza Ensemble.
Il-kittieba se jieħdu sehem ukoll f'laboratorju residenzjali ta' ġimgħa
tat-traduzzjoni letterarja.
-
L-Għaqda tal-Malti – Università qiegħda
taħseb għal proġett ieħor ta’ ktieb, u bħad-darba l-oħra se ddur fuq
il-membri tagħha biex titlobhom għajnuna finanzjarja. Il-Fond Ġużè Bonnici ddawwar f’Fond Kotba Għaqda tal-Malti. ’Il quddiem se
jingħataw aktar dettalji. Lill-membri li jixtiequ jgħinu bħal fl-imgħoddi,
nitolbuhom jibagħtu ċekk maħruġ fuq l-Għaqda tal-Malti – Università
lis-Sinjorina Amanda Busuttil, Qronfla Triq il-Ġarakol, Ħal Għaxaq. Minn
IttrAħbar nru. 18.
-
Programmi fuq l-RTK. L-RTK offra
lill-KNK sensiela ta’ taħditiet għal dan is-sajf dwar il-qari. F’dawn it-taħdidiet se jieħdu sehem il-membri tal-KNK kif ukoll
nies involuti direttament fis-settur tal-ktieb. L-intervisti se jixxandru
kull nhar ta’ Ħamis fid-9.15a.m.waqt il-programm popolari Bejnietna
ppreżentat minn Sonia Young.
-
Il-Fiera tal-Ktieb din is-sena se tiftaħ
fit-12 ta’ Novembru u se ssir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
Ara wkoll din
iċ-ċirkulari tal-KNK.
-
Ħareġ New Wave Literature. The Movement
for its Promotion in the Sixties, ta' Charles Briffa.
-
Nhar il-Ġimgħa 30 ta' Mejju
fil-Kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt Valletta, fis-7.30 pm, MERLIN LIBRARY
se tniedi żewġ kotba ġodda ta'
Trevor Żahra:
Il-Ġenn Li Jżommni f’Sikti (awtobijografija) u Il-Ħajja Sigrieta
tan-Nanna Ġenoveffa għall-kbar. Il-programm
jinkludi qari ta' siltiet animati u drammatizzati mill-Grupp Teatrali Du'
kif ukoll minn Joseph Galea u Marcelle Teuma. Dan il-qari huwa għal
udjenza adulta. Ara wkoll
www.trevorzahra.com.
-
Poeżijaplus. It-Tnejn, 26 ta' Mejju. Lejla
ddedikata lil Anton Buttigieg fil-Każin San Gejtanu tal-Ħamrun imtella'
minn Poeżijaplus. Tibda fis-7 p.m. Ser jitkellmu Oliver Friggieri, Joseph
Borg, Victor Grech u Dr John Buttigieg.
-
130 Ktieb għall-Premju Nazzjonali
tal-Ktieb. Riċerka Akkademika dwar il-Qari tal-Kotba f’Malta. Aġġornament
tal-Pakkett ta’ Riżorsi għall-IskejjelAra
ċ-ċirkulari
tal-KNK.
-
Joe Camilleri mir-Rabat, Għawdex, iħabbar
il-pubblikazzjoni tan-novelli tiegħu Solitudni fil-Folla (2007).
Il-ktieb fih daħla kritika mill-Prof. Oliver Friggieri.
-
Walter Micallef u l-Ħbieb f'kunċert nhar
il-Ħadd 18 ta' Mejju fl-Argotti l-Furjana fid-9.00 ta' filgħaxija. Renzo
Spiteri: Perkussjoni - Walter Micallef: Leħen u kitarra - Jes Psaila:
Kitarra Akustika - Albert Garzia: Argunett - Pawlu Camilleri l-Bibi: Orgni
tal-ħalq - Eric Wadge: Baxx. Biljetti mill-bieb. Is-serata tibda fis-7.00
ta' filgħaxija.
-
Sunday 11th May at
11:00 at the Church of St Catherine of Italy. The world premiere of
"L-Ghanja ta’ l-Imnikket," a song cycle by Alex Vella Gregory. This song
cycle is a setting of several poems by the Maltese poet Ruzar Briffa. The
work is being performed by soprano Pauline Longo together with the St
James Consort. The work includes some of Briffa’s most popular poems
including "Lil Binti waqt Air-Raid," "Il-Kotra u Jien" and "L-Ghanja ta’
l-Imnikket." The Church of St Catherine also has an added significance
since it was the church where the poet married his second wife Louisette.
-
F'April ħareġ
Għad-Dell
tal-Gakaranda, poeżiji ta' Carmel G. Cauchi
-
Ħareġ il-ktieb
Ħajkumanija ta'
Maurice Mifsud Bonnici. "Il-ħajku, aktar mill-limerikk, għandu
karatteristika li ma ssibhiex daqshekk prominenti f’tipi ta’ poeżija oħra.
Il-ħajku jaħkmek taħt snienu sa tibda toħolmu bil-lejl! Kull ħaġa li tibda
tara quddiem għajnejk tibda ddawwarha f’ħajku, u jekk ma jkollokx karta
fuqek għal-lest titlef ħafna minnu; għax il-ħajku għandu karatteristika
oħra – jiżloqlok minn moħħok daqs bużullieqa. Minħabba dil-ħakma fuq
il-menti tiegħek, semmejt dal-ktieb: Ħajkumanija – speċi forma ta’
ġenn bħall-manija li taħkem wieħed li jġemma’ l-bolli."
-
Ir-Reġistru tal-Kotba fis-Suq. Manwal
għall-użu. Ara
ċ-ċirkulari tal-KNK. (April 2008)
-
Il-KNK ħareġ dan il-pakkett
għall-għalliema
(April 2008)
-
Jaan. Teatru u mużika.
19-20 ta'
April, 2008. Teatru tal-Kulleġġ San Alwiġi. 8.00pm. €10. Min hu Jaan u
Jaan x'irid? Min int Int , u Int xi trid? ViolinMalta bil-kollaborazzjoni
ta' TDM2000Malta tippreżentalkom ir-raba' produzzjoni tagħha, Jaan.
Il-mużiċist Simon Vella, l-attriċi Leigh Anne Abela, u Dance Workshop,
ilaqqgħuna ma' Jaan f'mewġa ta' mużika oriġinali live, drama, żfin u
letteratura Maltija. Kitba ta' Janice Bartolo.
www.violinmalta.com -
www.tdm2000malta.com
-
VersAgħtini -
Id-Djaletti Tagħna. Nhar il-Gimgha 18 ta' April 2008 se jsir il-festival
letterarju VersAgħtini bis-suġġett 'Id-Djaletti Tagħna.' Il-festival se
jsir fis-Sala Vilhena, il-Kwartieri tal-Korp tal-Pulizija, il-Furjana.
Il-hin ikun bejn is-7.15pm u d-9.15pm. Għall-ħabta tas-6.00pm se jkun
possibbli li nżuru l-Mużew tal-Pulizija u l-Mużew ta' l-Atti Kriminali li
jinsabu fl-istess Kwartieri. Ringrazzjament speċjali jmur lejn
il-Community and Media Relations Unit, Police General Headquarters,
Floriana. Kull minn jixtieq jiehu sehem jista' jċempel lil Miriam Cassar
fuq in-numri 2166 7001 - 9922 6186. Il-parteċipanti jingħataw tifkira
mingħand FrannyJo Publications.
-
Serata Letterarja mill-Għaqda Letterarja
Maltija - L-Ambjent Malti: Ilbieraħ u Llum. Nhar il-Ġimgħa, 25 ta’
April 2008, fis-7.00 ta’ filgħaxija, l-Għaqda Letterarja Maltija se
torganizza serata letterarja fil-Binja ta’ Din l-Art Ħelwa, Numru 133,
Triq Melita, il-Belt Valletta. Il-mistednin speċjali li ser jagħmlu
diskorsi qosra waqt is-serata huma s-Sur Paul P. Borg, rumanzier, poeta u
għalliem, u s-Sur John Sarè għal Din l-Art Ħelwa. Il-programm se jitmexxa
mis-Segretarju ta’ l-Għaqda Letterarja Maltija, is-Sur Donovan Gatt.
-
FestaKtieb '08 / Bookbonanza - PEG
Ltd. se jorganizza din il-Fiera tal-kotba, bi prezzijiet tajbin ħafna
(sa 50% roħs),
nhar il-Ġimgħa, 25 ta' April (4.00pm-8.30pm), is-Sibt
26 ta' April (10.00am -
8.30pm), u l-Ħadd 27 ta' April (10.00am - 8.30pm) fil-kwartieri ġenerali
ta' l-Iscouts, il-Furjana, quddiem il-Knisja ta' Sarria. Kotba ta' kull
tip u b'lingwi differenti. Għal aktar tagħrif ara s-sit
www.peg.com.mt.
-
BhimaChat, produzzjoni teatrali ta'
Ixidor bis-sehem tal-grupp mużikali Zizza Ensemble nhar il-25, 26, 27
ta' April fl-MITP, Triq San Kristofru l-Belt, fis- 7:30pm. Min hu l-bhima? il-kelb, il-qattus jew int?
X'tagħmel kieku kellek tqum bil-lejl u tisma' l-qattus ikellmek? U
x'tagħmel meta tibda tinduna li dan mhux l-uniku annimal li kiseb id-don
tal-kelma? X'se jiġri fid-dinja, issa li l-annimali jistgħu jsemmgħu
leħinhom? Tgħid ir-rota ta' l-evoluzzjoni qabdet ir-rotta b'lura? Dan
skerz jew fenomenu tan-natura?
-
Poeżijaplus - Nhar
it-Tnejn 28 ta' April
fis-7.30pm fil-bitħa tat-Teatru Manoel. Penelope Beaumont-Wright (magħrufa
fil-kamp letterarju bħala Penelope Meryon), flimkien mas-surmast u
kompożitur Joesph Vella, ser tkun il-mistiedna ta' PoeżijaPlus. Aktar
dettalji fuq:
http://www.poezijaplus.com/XiJmiss.html
-
"Għal vetrina aħjar tal-ktieb Malti." Ara l-intervista ta' Franica
Pulis ma' Ġorġ Mallia, president tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
fil-gazzetta Illum (13 ta' April 2008).
-
Ara l-artiklu ta' Franica Pulis,
"In-nisa Maltin l-inqas li jaqraw fl-Ewropa"
(Illum, 23 ta' Marzu, 2008)
-
Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-kotba
li ħarġu fl-2007 u l-Fiera tal-Ktieb Malti. Ara
dan
id-dokument tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Kunsill ifakkar li
l-pubblikaturi u l-awturi għandhom biss sa l-10 ta’ Mejju biex
jissottomettu l-kotba għal din l-edizzjoni ta’ tal-Premju Nazzjonali
tal-Ktieb.
-
Id-dramm Medea. Imtella' minn
du` theatre group. 2, 3, 4 ta' Mejju 2008 fl-MITP, Triq San
Kristofru, il-Belt Valletta. 8pm. Biljetti dalwaqt mill-Kavallier ta` San
Ġakbu. 2122 3216 / 2122 3200 jew
boxoffice@sjcav.org. Addattata minn traduzzjoni ta' Oliver Friggieri.
Mara mweġġgħa u umiljata minn żewġha. Prinċipessa saħħara u
vendikattiva... lesta ċċappas idejha bid-demm... Makakka. Ittraduta.
Qattiela.
-
Ħareġ il-ktieb bilingwi li Antoine Cassar
ħejja għas-serata ta'
Djaspora li saret fil-Lussemburgu nhar il-Ġimgħa, 11 ta' April,
2008. Xogħlijiet ta' Miriam Galea,
Pierre J. Mejlak, Alex Vella Gera, Albert Marshall, Joseph Spiteri, Mario
Vella, Alex Vella Gera, Kevin Saliba, Antoine Cassar u Ċali Grima. Arawh
hawnhekk: Djaspora.
-
DJASPORA - Il-Gimgha
11 ta' April,
2008. Lejla letterarja Maltija. Serata mtellgħa mill-komunità Maltija
tal-Lussemburgu, bi tliet mistednin speċjali minn Brussell: Miriam Galea,
Pierre J. Mejlak u Alex Vella Gera. Programm imżewwaq li jinkludi fost
l-oħrajn il-qari ta' silta minn Riħ Isfel, poeżiji ta' Albert
Marshall, Joseph Spiteri u mill-ktieb Ħbula Stirati (Mario Vella, Alex
Vella Gera, Kevin Saliba, Antoine Cassar u Ċali Grima), skeċċ teatrali ta'
Simon Bartolo u rokna tat-tfal. Mużika minn Carmen Borg, Daniel Meilak u
Roberta Spiteri. Kulħadd mistieden. Se jkun hemm ktejjeb ta' traduzzjonijiet bl-Ingliż
għall-barranin. Ħoloq: www.pierrejmejlak.com, www.hbulastirati.info,
www.il-fiddien.com.
-
Fil-bidu ta' April 2008 ħareġ il-ktieb
Theorie et pratique de la traduction litteraire francais-maltais
/It-Teorija u l-Prattika tat-Traduzzjoni Letterarja Franciz-Malti,
ta' Aquilina / Bezzina /Borg, Malta University Publishers Ltd., ISBN:
9789990 944372. Aktarx li huwa l-ewwel pubblikazzjoni Maltija dwar
it-traduzzjoni letterarja.
-
Nhar il-Ġimgħa, 11 ta' April,
fis-6.30pm fl-Alliance Française de Malte se jitnieda d-dizzjunarju
Franċiż-Malti ta' Joseph Cutayar sponsorjat mill-Institute for Maltese
Culture. It-tnedija qed tiġi organizzata mill-Ambaxxata Franċiża f'Malta u
l-Alliance Française de Malte, bil-kollaborazzjoni ta' Agius & Agius. Wara
jkun hemm ftit ikel u xorb.
-
Nhar it-18 ta' April, fis-7.30pm, se
jitnieda l-ktieb ta' novelli ta' Francesca Mangion, Rakkonti minn art
ix- , fil-Loggia tal-Mużew Nazzjonali ta' l-Arti fi Triq Nofsinhar,
il-Belt Valletta, waqt il-ftuħ tal-wirja ta' pitturi ta' Dustin Cauchi
bl-isem ta' Ix-X u Jien.
Il-ktieb jinkludi illustrazzjonijiet ta' l-artist. Il-wirja tibqa' miftuħa
sat-28 ta' Mejju (9am - 5pm).
-
Minn wara ż-Żipp.
Kitba: Trevor Żahra. Produzzjoni: Unifaun Theatre.
Direzzjoni: Chris Gatt. Il-Ġimgħa 28,
is-Sibt 29, il-Ħadd 30 ta' Marzu
fis-7.30 p.m. GĦALL-KBAR BISS.
Dan ix-xogħol
ġdid, li l-istil tiegħu jilgħab bejn dak ta’ dramm u ta’ monologi, huwa
mmirat lejn udejnza adulta u matura. Minn Wara ż-Żipp jipprova jistħarreġ
ir-relazzjoni bejn ir-raġel u s-sess, u d-diversi fażijiet li din tgħaddi
minnha: l-anzjetà u d-dubju ta’ l-adoloxxenza, il-passjoni u l-ħġejjeġ
taż-żgħożija, ix-xoveniżmu, il-ftaħir, il-miti u il-preokkupazzjoniet ta’
l-adultezza … u fl-aħħar nett il-biżgħat u r-rassenjazzjoni tax-xjuħija.
Għalkemm id-dramm għandu partijiet twal ta’ umoriżmu fl-aqwa tiegħu, ma
jonqsux il-patos u l-waqtiet ta’ tensjoni.
-
Ħareġ l-għadd numru LXXIX (2007) ta'
Il-Malti, ir-rivista ta' l-Akkademja tal-Malti. Din hija ħarġa
akkademika li tinkludi artikli dwar il-letteratura u dwar il-lingwa.
L-imsieħba ta' L-Akkademja tal-Malti jirċevuh bil-posta regolari. Din
ir-rivista toħroġ bis-sehem tal-Klabb Kotba Maltin. L-artiklu
f'din il-ħarġa huma: L-Editorjal (Marco Galea); “'Il-Għarusa tal-Mosta' u
Drammi Manuskritti Oħrajn ta’ Qabel l-1845 fil-Fondo Panzavecchia"
(David Agius Muscat); "Il-Kardinal Giuseppe Mezzofanti u l-Malti" (Mario
Cassar); "Il-Poeżija ta’ Daniel Massa: It-Tfittxija ta’ Tfulija Dejjiema"
(Oliver Friggieri); "L-Element tal-Konfront f’Monsinjur Pietru Pawl
Saydon" (Sergio Grech); "Juan Mamo u s-Sigrieti ta’ Wlied in-Nanna Venut"
(Adrian Grima); "Gwerrieri u Sinjorini: Mary Meylak u l-Poeżija tal-Ġisem"
(Immanuel Mifsud); "Il-Meraq taż-Żmien: Ħarsa lejn ir-Raba’ Taqsima ta’
Bil-Varloppa – L-Ewwel Ġabra ta’ Poeżiji ta’ Louis Briffa" (Peter
Serracino Inglott); "Laurent Ropa u l-Maltin ta’ l-Alġerija" (Dorothy
Scerri); "Tieqa Mbexxqa fuq is-Semantika Lessikali" (Michael Spagnol);
"Ktejjeb Rari ta’ Cannolo" (Olvin Vella); "Wiċċ Malta Qabel Ma Ġie
l-Ordni" (Godfrey Wettinger); "Dawl Ġdid fuq l-Ewwel Pubblikazzjoni
tal-Katekiżmu Kattoliku bl-Ilsien Malti: Tagħlim Nisrani (1752) ta’
Franġisk Wzzino" (William Zammit); u "Dokumentazzjoni: Id-Dar ta’
l-Għaqda/Akkademja" (Anton Agius Muscat).
-
Id-diretturi tal-Klabb Kotba Maltin
għandhom il-pjaċir jistednuk għall-preżentazzjoni taż-żewġ rumanzi
dal-lejl ġie alla u rajt 'l alla jibki ta' Paul P. Borg li se
ssir nhar it-Tlieta, l-1 ta' April, 2008, fis-7.30pm fil-Mużew ta'
l-Arti, Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta.
-
Le Printemps des Poètes.
Alliance française à Malte, 108 St Thomas Street, Floriana.
Café poésie, scène ouverte. 18 mars 2008 19h. L'alliance
française de Malte organise son premier café-poésie. Au programme : vagues
de lectures de poèmes en anglais, français et maltais. Entre les vagues,
poèmes mis en musique et slam seront à l'honneur. Sans oublier le
métissage du vin français et des spécialités culinaires maltaises...
-
L-Akkademja tal-Malti ppubblikat
iċ-ċirkulari ta' Marzu 2008. Hemm tagħrif dwar Karmenu Ellul Galea,
Karmen Mikallef Buħaġar, Mario Serracino Inglott, Anton Agius Muscat,
Pawlu Galea Curmi, u Ġorġ Mifsud-Chircop.
-
Gwida
għall-Pubblikazzjoni maħruġa mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippubblika għall-ewwel darba Gwida
għall-Pubblikazzjoni. Dan il-manwal twieled wara ħidma minn kumitat
iċċerjat mill-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Ġorġ Mallia, u
magħmul minn Joe Debattista, Charles Casha, Victor Fenech, Sergio Grech,
Christopher Gruppetta, Joe Mizzi, Martes Paris, James Sapienza, John
Sultana u Trevor Żahra. L-ewwel ħsieb kien li jitwaqqaf speċi ta’ quality
charter għall-ktieb Malti imma fuq parir ta’ l-istess kumitat, il-Kunsill
għadda biex tkun ippubblikata gwida biex tgħin lil dawk li ser jidħlu għal
din l-avventura tal-pubblikazzjoni. L-ewwel parti tal-gwida hija dwar kif
tersaq lejn pubblikatur bil-manuskritt tiegħek. Fil-ktejjeb wieħed isib
tagħrif ukoll dwar xi punti fejn jidħlu l-pubblikazzjonijiet. L-aħħar
parti tal-ktejjeb hija dwar notamenti dwar il-paġni prelimari u l-paġni
ta’ wara tat-test. L-għan tal-pubblikazzjoni mhux li tezawrixxi kull
suġġett involut fil-qasam, imma biex tgħin lil min ma jafx minn fejn se
jibda. Il-gwida għandha l-għan biex ikun hawn ċerta uniformità. Din isimha
magħha: gwida u mhix impożizzjoni. Il-Kunsill jittama li din il-gwida
tgħin biex tnaqqas il-babilonja u żżid l-eċċellenza fix-xeħta u tkompli
ddaħħal dejjem aktar kotba ma’ dawk il-ħafna tant sbieħ u tajbin li mlew
dan l-aħħar snin il-librerija Maltija.Kopji jistgħu jinkisbu billi wieħed
jibgħat invilops daqas ftit ikbar minn A5 li jkun self-addressed u stamped
lil Sergio Grech, c/o Librerija Pubblika Ċentrali, il-Floriana. Jekk tkun
mixtieqa verżjoni elettronika biss tal-Gwida, wieħed jista’ jibgħat talba
lil info@ktieb.org.mt.
-
STROFI TAL-PASSJONI. Nhar l-Erbgħa, 19 ta’
Marzu 2008, fis-7.00 ta’ fil-għaxija, l-Għaqda Letterarja Maltija ser
torganizza serata letterarja fir-Razzett tal-Markiz Mallia Tabone, (biswit
l-iskola Lily of the Valley) il-Mosta. Is-serata ser tiġi ppreżentata minn
Donovan Gatt u ser isir diskors ta’ introduzzjoni mill-President ta’
l-Għaqda Letterarja Maltija, Louis Briffa. Ser ikun hemm ħin ukoll għal
min irid jaqra xi kitba tiegħu.
-
Kif nistgħu
nżidu l-qari tal-kotba? Rapport qasir mill-konferenza tal-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb.
-
Poezijaplus. Nhar it-Tnejn 25 ta' Frar:
"It-Tila u l-Pinna" fil-Muzew ta' l-Arti, Triq Nofsinhar, il-Belt
Valletta, fis-7.30 p.m. B'kollaborazzjoni ma' Heritage Malta. Min jixtieq
jieħu sehem għandu jibgħat email lil sergiogrech@yahoo.com.
-
Jitħabbar il-programm provviżjorju tal-Konferenza
dwar il-Qari tal-Kotba f’Malta fl-1 ta’ Marzu, 2008,
fil-Lukanda Coastline, is-Salini, mit-8.30pm sa l-4.00pm.
-
Kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
lil-Librerija
Pubblika (Frar 08)
-
Niżżel l-applikazzjonijiet għall-Premju
tal-Ktieb 2007:
Għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb -
Għall-Premju lil Persuna li tat Kontribut
matul Ħajjitha
-
Letteratura Maltija għat-Tfal ippubblikata
fuq
Transcript. Kitbiet ta' Trevor Żahra, Pierre Mejlak u Clare
Azzopardi, disinji ta' Lisa Falzon, traduzzjonijiet ta' Albert Gatt u Antoine Cassar. Koordinazzjoni ta' Inizjamed fi ħdan il-proġett
letterarju internazzjonali Literature Across Frontiers għall-promozzjoni
tal-letteraturi Ewropej inqas magħrufin.
-
Il-Festa ta’ l-Infanta (13-17
ta' Marzu) hi produzzjoni għat-tfal addattata għat-teatru mill-istorja
ta’ Oscar Wilde, "The Birthday of the Infanta," u mtella' minn Teatru
Qroqq magħmul mill-istudenti tar-raba’ sena tal-B.Ed (Hons.) u mmexxi minn
Isabelle Gatt (lekċerer ta’ l-Arti Espressivi fl-Università ta’ Malta).
Il-produzzjoni hi maħsuba sabiex tkun ta’ divertiment għall-udjenza. Se
tinkludi żfin ta’ stili differenti, mużika u kant kif ukoll l-elementi
miċ-ċirku. L-għan edukattiv ewlieni ta’ l-istorja hu li ġġiegħel
lill-udjenza, tkun xi tkun l-età tagħha, tirrifletti fuq kif bosta drabi
s-sbuħija tal-bniedem titqies fuq l-apparenza tiegħu. Għall-pubbliku
ġenerali, il-produzzjoni se tittella’: Is-Sibt, 15 ta’ Marzu 2008,
fil-5.00pm - Il-Ħadd, 16 ta’ Marzu 2008, fil-8.00pm.
Għall-iskejjel, il-produzzjoni se tittella’ fit-13, 14 u 17 ta’ Marzu
2008, darbtejn kuljum, fid-9:30am u l-11:30am. Biljetti jistgħu jinkisbu
mill-Kavallier ta' San Ġakbu. Tel: 2122 3216; E-mail
boxoffice@sjcav.org. Għal aktar informazzjoni ikteb lil Esmeralda
Cassar, ecas0001@um.edu.mt.
-
Il-Ġimgħa l-Kbira u l-passjoni ta' dawk
kollha li qed ibatu fi dramm investigattiv bi 'l fuq minn 60 attur live li
jiġi mwaħħad ma' purċissjoni bil-vari, banda eċċ. fil-pjazza u mat-toroq
ta' Ħal Għargħur nhar is-16 ta' Marzu mill-4.30 'l quddiem. Dħul b'xejn u intom mistednin tagħtu sehemkom bil-preżenza tagħkom dakinhar.
-
Jitnieda l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
2007. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jgħarraf li, permezz ta’
premjijiet u għotjiet, se jingħata għarfien lill-awturi ta’ l-aħjar
xogħlijiet letterarji u ta’ xejra oħra bil-Malti u b’lingwa oħra li ġew
ippubblikati għall-ewwel darba fi ktieb matul is-sena 2007. Il-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb iżomm id-dritt li ma jagħtix il-premju jew għotja
jekk il-membri tal-Ġuriji rispettivi jidhrilhom li xi xogħol ma jilħaqx
il-livell mixtieq. Importanti li d-data tal-pubblikazzjoni tkun trid
tidher xi mkien fil-ktieb.
Ara dan
it-tagħrif.
-
Nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Frar, 2008,
bejn is-6.30pm u t-8.30pm, fil-Gallarija Couvre Porte tal-Birgu, FrannyJo
Publications, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, se
jorganizzaw ir-raba' edizzjoni tal-festival letterarju Vers Agħtini.
Kulħadd mistieden. Il-kantawtur Walter Micallef se jipprovdi l-mużika. Dan
il-festival se jsir sabiex jitfakkar il-Jum Internazzjonali ta' Lsien
Pajjiżi mwaqqaf mill-UNESCO fl-1999. Il-UNESCO qed tiddedika s-sena 2008
lil-Lingwa. Il-motto hu "Is-Siwi tal-Lingwa" - "Language matters." It-tema
tal-festival għal din is-sena hi: Ħrejjef, Ballati u Leġġendi. Is-siltiet
se jinkludu, fost l-oħrajn, il-Ballata tat-Taj Mahal u L-Għarusa
tal-Mosta; leġġendi f'forma ta' poeżiji u xi ħrejjef ta' Esopu. Kull min
jixtieq jieħu sehem jista' jibgħat javża b'ittra-e jew inkella jċempel
lill-Kunsill Lokali tal-Birgu fuq 2166 2166 jew 2166 7001. Id-data ta'
l-għeluq għall-parteċipanti hi s-26 ta' Frar 2008. Miriam Cassar - 9922
6186.
-
Is-Sibt 1 ta’
Marzu, 2008, fil-Lukanda Coastline, is-Salini.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħoss li wasal iż-żmien li
jlaqqa’ l-partijiet interessati kollha biex
jiddiskutu strateġija fejn jidħol il-qari tal-kotba
f’pajjiżna.
Dettalji
f'din l-istqarrija. Il-Kunsill ħassu inkwetat
ħafna li l-istatistika riċenti ta’ l-Eurostat
(News Release 146/2007, 29 ta’
Ottubru, 2007) sabet li 45% biss tal-Maltin qabdu ktieb b’idejhom
fl-aħħar sena. Dan
meta tqabblu ma’ pajjiżi Ewropej oħra fejn il-qari
huwa n-nifs tagħhom.Il-Konferenza se
ssir is-Sibt 1 ta’ Marzu, 2008, fil-Lukanda Coastline,
is-Salini u mhux fit-23 ta’ Frar kif konna avżajna.
Għal aktar tagħrif irrikorru għal
www.ktieb.org.mt.
-
Il-festival Vers Agħtini ddedikat
lid-Djaletti Maltin se jsir f'April li ġej u diġà hemm min ikkonferma li
se jieħu sehem. Għalhekk nistedinkom tieħdu sehem intom ukoll u kull min
iħobb id-Djaletti Maltin m'għandux jitlef dan il-festival, li se jkun
imżewwaq bl-għannejja Maltin. Miriam Cassar - 9922 6186.
-
Il-KNK
qed jaħseb biex fil-ġimgħat li ġejjin iniedi folju li fih jagħti tagħrif
dwar kotba ġodda li jkunu ħarġu fis-suq lokali. Dan il-folju ser jitqassam
bl-email. Hemm madwar elf ruħ abbonati fil-folji tal-KNK. Il-kotba jistgħu
jkunu ppubblikati kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta. Il-Kunsill
qed jitlob lill-pubblikaturi kollha biex javżaw lid-Direttur Eżekuttiv
Sergio Grech bil-pubblikazzjonijiet tagħhom.
-
Irkejjen - nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Frar,
2008, mis-7.30pm 'il quddiem, fil-Kavallier ta' San Ġakbu għadd ta'
kittieba u qarrejja Maltin u barranin se jiltaqgħu biex jaqraw xogħlijiet
ta' kittieba oħrajn minn letteraturi differenti lill-pubbliku preżenti.
Id-dħul se jkun b'xejn. Jieħdu sehem Trevor Zahra, Sandra Vassallo,
Walid Nabhan, Immanuel Mifsud, Anna Ignacak Mifsud, Caldon Mercieca,
Roderick Mallia, Simone Inguanez, Beatriz Iglesias, Maria Grech Ganado,
Siem Gabir, Priscilla Cassar, Adel Bishtawi, u Clare Azzopardi.
Koordinazzjoni ta’ Claudia Gauci u Adrian Grima għal Inizjamed.
Irkejjen:
www.inizjamed.org - Festa 5:
www.sjcav.org
-
Il-Ħamis, 14 ta' Frar, fis-6.00pm,
fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Mikiel Anton Vassalli, Sala D1, fl-Università.
Literature and Comparison Research Seminar Gateway Hall D1, 6pm,
il-Professur Oliver Friggieri se jagħmel taħdita dwar "Ir-Rumanz bħala
l-Ħajja skond Sens u Forma." Ara
l-idea tat-taħdita tiegħu hawnhekk.
|
|
|
|
|
|
Avvenimenti Importanti fl-2007 |
|
|
bl-għajnuna ta' Joseph Borg |
|
|
|
|
|
-
Poeżijaplus nhar
it-Tnejn 28 ta’ Jannar, 2007, fil-bitħa tat-Teatru Manoel fis-7.30 p.m. Se
jaqraw, fost l-oħrajn, Louis Briffa, Charles Coleiro, Maria Grech Ganado,
Adrian Grima, Simone Inguanez, Ġorġ Peresso, Joe W. Psalia, Marlene
Saliba, Karl Schembri, Andrew Sciberras, Leslie Vassallo, u Mary Anne
Zammit. Min jixtieq jieħu sehem għandu jibgħat e-mail lil
sergiogrech@yahoo.com.
-
Għotjiet ta’ għajnuna
mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-kotba li ħarġu fl-2006. Ara
l-istqarrija.
-
Il-Melitensia hija
sezzjoni fil-librerija ta' l-Università ta' Malta li fiha jinsab materjal
li ghandu x'jaqsam ma' Malta. Dan jinkludi kotba fuq: storja, sport,
religjon, letteratura, kultura u lingwa; tezijiet, gazzetti u rivisti fost
ohrajn. Wiehed jista' jaghraf l-importanza ta' din is-sezzjoni ghal dak li
hu wirt kulturali u tahrig akkademiku. Ghalkemm mhux dejjem possibbli,
l-ghan taghna hu li nippruvaw nigbru dak kollu li hu ta' siwi ghall-iskop
tal-Melitensia. Jigifieri li nghinu lill-istudenti u lir-ricerkaturi
fl-istudju taghhom u fl-istess waqt nirrikonoxxu x-xoghlijiet ta' kittieba
u ghaqdiet Maltin. Ghalhekk jekk ghandkom xi pubblikazzjonijiet li tahsbu
li jistghu jghinuna fil-kawza taghna, gentilment nitolbukom biex
tibghatulna lista taghhom, biex wara li nevalwawhom, inkunu nistghu nixtru
l-materjal minn ghandkom. (stefan.bezzina@um.edu.mt)
-
L-Ewwel
attività ma’ Kunsill Lokali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
-
Pubblikazzjoni
tat-testi ta'
sittalive fuq l-internet (2007). poeżiji ta' Norbert Bugeja, Antoine
Cassar, Stephen Gatt, Ċali Grima, Albert Marshall, Kevin Saliba, Mario
Vella, u Alex Vella Gera.
-
Bħalissa l-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb qed jiġbor lista tal-kotba kollha Maltin li hawn
fis-suq Malti biex eventwalment jippubblikaha.
Ikompli.
-
Ir-rivista letterarja
elettronika
The Drunken Boat
(ISSN:
1530-7646) ibbażata fl-Istati Uniti ta' l-Amerika u mmexxija minn Rebecca
Seiferle għadha kemm ippubblikat ħarġa speċjali dwar il-poeżija
kontemporanja Maltija editjata minn Maria Grech Ganado. Din il-ħarġa
speċjali (Fall/Winter 2007 Vol.7 Issues III-IV) fiha tliet artikli
introduttivi ta'
Maria Grech Ganado ("Contemporary Writing Scene in Malta "), Adrian Grima
("Maltese Literature — The New Writing") u Bernard Micallef
("Post-Independence Maltese Poetry — An Overview"), u għażla ta' poeżiji
ta' Norbert Bugeja, Lino Buhagiar, Antoine Cassar, Priscilla Cassar,
Claudia Gauci, Sergio Grech, Maria Grech Ganado, Adrian Grima, Ċali Grima,
Simone Inguanez, Roderick Mallia, Immanuel Mifsud, u Abigail Zammit. Ħafna
mill-poeżiji miktubin bil-Malti li ntgħażlu għal din il-pubblikazzjoni
nqalbu għall-Ingliż minn Maria Grech Ganado. Ara
The Drunken Boat.
-
L-organizzazzjoni
kulturali volontarja
Inizjamed għamlet għotja ta' Lm100 lill-Fond imwaqqaf apposta
mill-familja ta' Dr. Ġorġ Mifsud-Chircop biex perjodikament issir taħdita
fuq il-Folklor Malti. Individwi u organizzazzjonijiet li jixtiequ
jikkontribwixxu għal dan il-fond jistgħu jibagħtu ċekk f'dan l-indirizz:
Fond għat-Taħdita Ġorġ Mifsud-Chircop, L-Uffiċċju tal-Finanzi,
L-Università ta' Malta. Ara
www.inizjamed.org
-
Fetħu
l-applikazzjonijiet, li jagħlqu fil-11 ta' Jannar, 2008. għal dawk li
jixtiequ jagħmlu korsi tal-qari tal-provi fl-Università ta' Malta.
Ara
l-fuljett.
-
Nhar
it-22 ta' Diċembru, 2007, tħabbar li "b'memorja ta' Dr. Ġorġ
Mifsud-Chircop," martu Marlene, u wliedu Bérénice
u Jerome, waqqfu Fond fi ħdan l-Università ta' Malta biex perjodikament
issir taħdita fuq il-Folklor Malti. Min jixtieq jikkontribwixxi jista'
jibgħat ċekk f'dan l-indirizz: Fond għat-Taħdita
Ġorġ Mifsud-Chircop, L-Uffiċċju tal-Finanzi, L-Università ta' Malta.
Ara din il-paġna.
-
Tħabbret il-mewt ta' Dr. Ġorġ Mifsud-Chircop, kittieb u studjuż ewlieni
tal-kultura Maltija, speċjalment tal-lingwa, ta' l-għana u tal-letteratura
miktuba u orali. Ara
din il-paġna. Il-funeral se jsir nhar is-Sibt, 22 ta' Diċembru,
2007 fit-8.30 a.m fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta.
-
Tħabbret il-mewt
fl-Awstralja fl-1.12.2007 ta' John Buttigieg, li kien jikteb il-poeżiji u
jieħu sehem fl-attivitajiet tal-Maltese Literature Group. Kitbiet tiegħu
dehru f'antoloġiji bħal Irjieħ u Frott Ieħor. Dehru numru
ta' xogħlijiet ukoll fl-antoloġiji tal-Ħeġġa Letterarja, Għaqda Letterarja
Maltija u l-Għaqda Poeti Maltin.
-
Tħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2007. Clare Azzopardi
rebħet it-taqsima tal-proża letterarja bin-novelli Il-Linja l-Ħadra
(Merlin Library) u Louis Briffa rebaħ it-taqsima tal-poeżija bil-ktieb
Bil-Varloppa. Il-Linja l-Ħadra, iddisinjat minn Pierre
Portelli, rebaħ ukoll it-taqsima ta' l-aħjar produzzjoni. Ara
r-rebbieħa
kollha.
-
Ħareġ ir-rumanz
L-Istallett tal-Fidda ta' Anthony Cordina. F’din il-ġrajja wieħed
jiltaqa’ ma’ kavallier żagħżugħ li jitlef għaqlu wara xebba Maltija,
Isabella, bint in-nobbli Konti Federiku Xara. U għalkemm kien kavallier, u
għalhekk marbut bil-voti ta’ l-ubbidjenza, il-fraternità u l-kastità, kien
lest li jinża’ mill-Ordni biex jiżżewwiġha. Dan il-ktieb jinsab
għall-bejgħ mingħand il-librara kollha bil-prezz ta’ Lm1.50 (€3.49).
-
Pubblikazzjoni ġdida:
L-Għanja
tal-Limerikki. Intaffu d-Dwejjaq
ta' Maurice Mifsud Bonnici. Qari ħafif ta' limerikki mżewqa b'tgħawwir
fl-immaġinazzjoni biex minnhom joħroġ l-umoriżmu
fin ta' sitwazzjonijiet fittizji miġjuba għar-ridikolu bl-għodda ta'
l-esaġerazzjoni biex jagħmlu l-qari tagħhom wieħed pja`evoli, ta' serħan
il-moħħ u divertenti. Distibutur: Book Distributors Ltd (BDL) Tel. 21 380
351.
- Il-Ġimgħa, 30 ta' Novembru, 2007.
8.00pm. MUSE Concept Store, 8, Triq Castro, in-Naxxar. Tnedija ta' Celibacy, l-ewwel rumanz
tal-kittieb għall-palk Tyrone Grima. L-istorja tispjega l-vjaġġ ta' Fr
Paul fi tfittxija għat-tifsira ta' ħajtu. Kollox jibda b'intervista dwar
il-vot taċ-ċelibat li tagħmillu ġurnalista. Din l-intervista toħloq
kontroversja sħiħa. Permezz ta' din l-intervista Fr Paul jiltaqa' ma'
għadd ta' nies. Xi wħud minnhom jgħinuh fil-vjaġġ filwaqt li oħrajn ikunu
ta' xkiel. Fl-aħħar mill-aħħar Fr Paul jintebaħ li hu biss jista' jwieġeb
il-mitt mistoqsija li qed tberren f'rasu. Pubblikazzjoni: Printwell
- Festa ta’ Qari. Poeżijaplus li jmiss
ser issir nhar it-Tnejn is-26 ta’ Novembru, 2007, fis-7.30 p.m. Il-Bitħa
tat-Teatru Manoel. Il-pubbliku ser ikollu l-opportunita’ li jisma’ għadd
ta’ kitbiet ġodda. Rachel Gruppetta ser taqra "Iż-Żokkra ta’ Sefora"
miktuba minn Mario Azzopardi. Joe Friggieri ser jaqra storja oħra
tar-Ronnie. Trevor Żahra ser jaqra silta minn Sepja. Charles Casha
ser jaqra avventura ġdida ta’ Fra Mudest u silta mill-ktieb Mill-Gallarija. Francis Galea ser jaqra silta mill-bijografija l-ġdida
tiegħu ta’ Ġwann Mamo. Achille Mizzi ser jippreżenta numru ta’ poeżiji
ġodda minn Eklissi Perpetwi. Vincent Vella ser jaqra novella minn
Ħadd wara Ħadd.
Lina Brockdorff
se taqra minn
Il-Bieb Nru. 11 u stejjer oħra.
Simone Inguanez ser tippreżenta numru ta’ versi
ġodda Jieħdu sehem ukoll Charles Mifsud u Donavan Gatt. Mużika: Vince
Fabri u Walter Micallef. Dħul b’xejn.
- Lina Brockdorff u Charles Casha se jkunu għand Sapienza tal-Kotba
fi Triq
ir-Repubblika, il-Belt Valletta, nhar is-Sibt l-1 ta’ Diċembru, 2007, bejn
l-10.00 Am u 12.00 P.M. biex jiltaqgħu mal-qarrejja u jiffirmaw kopji
tal-kotba tagħhom, Il-Bieb Nru. 11 u stejjer oħra u
Mill-Gallarija.
- It-Tlieta u Għoxrin Edizzjoni tal-Fiera
tal-Ktieb (2007) - organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
- Il-Fiera tal-Ktieb 2007 ser issir
bejn l-14 u t-18 ta’ Novembru 2007 f’Dar il-Mediterran il-Belt Valletta.
Il-fiera hija organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u
d-Dipartiment tal-Libreriji. Din is-sena ser jitniedu sitt kotba ġodda.
Għat-tfal ser ikun hemm qari minn Amanda Ciappara, Miriam Dalli, u Joe
Debono. Barra minn hekk, se jsir festival tal-poezija bis-sehem ta’ poeti
minn ġenerazzjonijiet differenti.
ARA
l-programm sħiħ.
- Festival tal-Poezija Maltija f'Dar
il-Mediterran waqt il-Fiera tal-Ktieb. L-Erbgħa 14 ta’ Novembru, 2007,
mill-5.15pm sad-8.45pm. Jieħdu sehem: Mario Azzopardi, Louis Briffa, John
Buttigieg, Joseph Buttigieg, Vince Fabri, Victor Fenech,
Joe Friggieri, Claudia Gauci, Maria Grech Ganado, Adrian Grima, Walter Micallef, Ġorġ
Peresso, Karl Schembri, u Trevor Żahra.
- Il-Ħamis 15 ta’ Novembru, 2007.
18.30 Tnedija mill-P.E.G. Ltd tal-ktieb L-Onorevoli ta’ Lino
Spiteri.
- Il-Ħamis 15 ta’ Novembru, 2007.
19.45 Tnedija minn Klabb Kotba Maltin tal-ktieb Mill-Gallarija ta’
Charles Casha u Il-Bieb Numru Ħdax u Novelli Oħra ta’ Lina
Brockdorff.
- Il-Ġimgħa 16 ta' Novembru, 2007.
Sala Temi Zammit, Dar il-Mediterran, waqt il-Fiera tal-Ktieb, 6.00 p.m.
Tnedija ta' Meta l-Ħarifa Tiskot, rumanz Ġorġ Peresso.
Pubblikazzjoni Horizons. "ll-ħarifa tinsab fl-aħjar tagħha: Borża ta' San
Martin tfuħ. U weraq jaqgħu u oħrajn jinbtu. U xita. U 1-art tistejqer. U
issa r-rumanz..."
- Il-Ġimgħa 16 ta' Novembru,
2007. Sala Temi Zammit, 19.30 Tnedija minn Allied Press tal-ktieb Travelling Between Shadows
ta’ Dr Charles Briffa.
- Id-dramm Caravaggio: L-Inkjesta
ta' Joe
Friggieri, Fit-Teatru ta' Ħal Għargħur. Is-Sibt 17 ta' Novembru fis-7.30pm
u l-Ħadd 16 ta' Novembru fis-6.30pm. Imtella' minn Dwal Ġodda.
- Is-Sibt 17 ta’
Novembru, 2007. 10.00 Merlin Library Ltd ser ilaqqa’ lill-pubbliku
mal-kittieb għat-tfal Jeremy Strong.
- Il-Ħadd 18 ta’
Novembru, 2007. 18.00. Tnedija mill-Klabb Kotba Maltin tal-ktieb
ta’ poeżiji Eklissi Perpetwi ta' Achille Mizzi.
-
Il-Ħadd 18 ta’
Novembru, 2007.
19.30 Tnedija mill-P.E.G Ltd tal-ktieb
Ġużè Bonnici – In-Novelli
maħruġ mill-Għaqda tal-Malti - Università
-
Tnedija tal-websajt tal-KNK - www.ktieb.org.mt
- F'dan is-sit elettroniku ssib
il-Bibbja bil-Malti.
- F'Lulju ta' l-2007 il-Kungress
tal-Kittieba Ewropej xandar studju interessanti ħafna dwar is-suq
tal-kotba fl-Ewropa. Issibuh
hawnhekk.
- Il-Bieb Nru. 11 u stejjer oħra
- Ktieb ġdid ta' Lina Brockdorff (KKM: 215, 2007) 161 pp. “Lina Brockdorff
hi waħda mill-ftit li għamlu min-novella wieħed mill-isbaħ ġeneri
fil-letteratura Maltija. Lina tingħaraf mill-iċken dettall li hi pittriċi
ta’ ruħ il-bniedem. Mhix ir-ritrattista ta’ karattri li ma jeżistux.” Għal
aktar tagħrif ikkuntattja lill-KKM.
- Mill-Gallarija, ġabra ta'
novelli - ktieb ġdid ta’ Charles Casha (KKM 2007) 152 pp.
Charles Casha jirrakkonta ġrajjiet dwar karattri li hu jiftakar fi tfulitu
u f’żgħożitu. Imma bħalma għamel fiż-żewġ kotba ta’ qabel
Minn Tarf sa
Tarf tat-Triq u Minn Fuq l-Għatba, huwa jsawwar dawn l-istejjer
b’doża qawwija ta’ immaġinazzjoni. L-ambjent li fih iseħħu dawn l-istejjer
huwa dak li fih trabba u k iber l-awtur. Huwa ambjent fejn ir-raħal huwa
dinja ċkejkna, in-nies jilħqu salib xulxin u fejn għadd ta’ karattri
jispikkaw fuq l-oħrajn. Dawn huma stejjer li għandhom iġibu nostalġija lil min jiftakar
il-ħamsinijiet u s-sittinijiet filwaqt li juru dinja differenti lil min ma
kienx għadu twieled f’dawk is-snin. Dawn ir-rakkonti mhumiex bijografija
ta’ l-awtur. Huma biss tifkiriet moħbija fi stejjer li l-awtur ħoloq
b’ambjent u b’karattri li jiftakar meta kien għadu ma rifisx l-għatba ta’
l-irġulija.
www.charlescasha.com
- L-Awtriċi Maltija-Awstraljana Dr. Lou Drofenik se tagħmel taħdita bl-Ingliż dwar
il-kitba tagħha bħala emigranta Maltija fl-Awstralja nhar
il-Ġimgħa, 26
ta' Ottubru, 2007, fis-7.00pm, f'Sala C fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Mikiel
Anton Vassalli fid-daħla l-ġdida ta' l-Università ta' Malta. It-taħdita
tagħha jisimha "A Moment of Rebellion. Writing
Fiction from an Immigrant Perspective." Jintroduċi u jmexxi
d-diskussjoni Dr. Adrian Grima. Din it-taħdita qed tiġi organizzata
mid-Dipartiment tal-Malti ta' l-Università. Kulħadd huwa mistieden. Dħul
b'xejn. Ara wkoll
www.birdsofpassage.com.au
- Ser issir tnedija prinċipali
tal-ktieb għat-tfal Il-Fanal tas-Sinjur ta' Ivan De Battista
għat-tfal, iż-żgħażagħ u anki adulti nhar il-Ħadd, 11 ta' Novembru,
mis-2.30pm 'il quddiem, fl-Agenda BookShop tal-Valletta Waterfront. Se
jinqraw siltiet minn atturi żgħażagħ u tim ta' animaturi se jallegra
lin-nies preżenti.
- JITFAKKAR IL-POETA NAZZJONALI DUN
KARM nhar
il-Ħamis 18 ta’ Ottubru, 2007.
- Din is-sena l-għoti tal-Premju
Nazzjonali tal-Ktieb se jsir fil-Berġa ta’ Kastilja fid-29 ta’
Novembru, 2007.
- Festival Mediterranju
tal-Letteratura - 29-30 ta' Settembru, 8.00pm. Organizzat minn Inizjamed
bħala parti mill-proġett Literature Across Frontiers. Bis-sehem ta' Clare
Azzopardi, Alexandra Büchler, Antoine Cassar, Fatena el-Ghorra (Gaza,
Palestina), Maria Grech Ganado, Adrian Grima, Biel
Mesquida (Katalonja), Immanuel Mifsud, Walid Nabhan, Samira Negrouche
(Alġerija), iz-Zizza Ensemble, u oħrajn. Aktar
dettalji.
- Poezijaplus li jmiss ser issir nhar
is-27.08.2007 fis-7.30pm fil-Cafe Deux Baronnes, il-Belt. Qed nistednukom
biex tiġu taqraw xogħlijiet tagħkom dwar is-smewwiet, l-istilel, il-qamar,
il-pjaneti, l-univers u l-kumplament. L-attività qed tittella' flimkien
mas-Socjetà Astronomika.
- Laboratorju Internazzjonali
tat-Traduzzjoni - 24-28 ta' Settembru. Laboratorju residenzjali għal 12-il
kittieb u kittieba minn għadd ta' pajjiżi mmexxi minn Inizjamed bħala
parti mill-proġett Literature Across Frontiers. Jieħdu sehem: Clare
Azzopardi, Alexandra Büchler, Antoine Cassar, Fatena El-Ghoury (Gaza,
Palestina), Adrian Grima, Biel Mesquida (Katalonja),
Walid Nabhan, Samira Negrouche (Alġerija). Aktar
dettalji.
-
Parteċipanti
fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2006 (Awwissu
2007)
- Il-poeti Ħamdi Żidan u Adrian Grima
fil-bitħa tal-Berġa ta' l-Italja. Nhar il-Ħamis, 9 ta' Awwissu, fid-9.00pm,
fil-bitħa tal-Berġa ta' l-Italja, fi Triq il-Merkanti l-Belt Valletta
(Ministeru tat-Turiżmu u l-Kultura). Dħul b'xejn. Il-poeta minn Lixandra
Ħamdi Żejdan u l-poeta Malti Adrian Grima se jaqraw ix-xogħol tagħhom
flimkien f'lejla li fiha se jiltaqgħu żewġ tradizzjonijiet letterarji,
żewġ lingwi simili, żewġ poeti li sikwit jiktbu dwar dak li jgħaddu minnu
bnedmin oħra.
Aktar tagħrif.
- Bi pjaċir nistiednuk għat-tnedija
tal-ktieb ġdid ta' poeżiji Ħbula Stirati. It-tnedija se ssir nhar
is-Sibt, 21 ta' Lulju, fis-7.00 pm, fil-Ġnien tal-Milorda (Sa Maison
Gardens), il-Furjana. Għal iżjed tagħrif tista' żżur il-websajt
www.hbulastirati.info, fejn tista' taqra u tisma' xi siltiet magħżula li
jidhru fil-ktieb. Nissuġġerixxu li tuża l-brawżer Mozilla Firefox.
- Niżżel il-ktejbe tal-poeżiji,
Tibża' Xejn Jekk Tibda x-Xita b'xejn mill-websajt ta' Edizzjoni
Skarta.
- Is-7 ta’ Lulju 2007, fis-7.15 pm.
L-AKKADEMJA TAL-MALTI u L-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX jistiednu lill-pubbliku
għal LEJLA MUŻIKO-LETTERARJA fil-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San
Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.
- Il-Ħadd, 8 ta' Lulju, fl-Atriju
Vassalli, l-Universita ta' Malta. L-ewwel kuncert kbir wara t-tnedija ta'
l-album Ħamsin minn Walter Micallef u l-Ħbieb. Aktar dettalji
jinsabu
hawn.
Walter Micallef se jippreżenta wkoll għadd ta' kanzunetti ġodda.
- TISLIMA LILL-BUDAJ. Il-Ġimgħa, 6 ta’
Lulju 2007, fil-ġnien ta’ wara l-knisja medjevali ta’ San Girgor,
fiż-Żejtun, mit-8 ta’ filgħaxija. Lejla f’ġieħ Frans Baldacchino,
Il-Budaj. Jieħdu sehem għadd ta’ għannejja fosthom: Żeppi Spagnol Il-Kelba
b’għana tal-fatt; Fredu Abela ż-Żejtuni u sħabu; Ċensu l-Bukku u ommu
Fidiela Carabott; Dominic Azzopardi u Mattia Curmi b’“Tisimgħu Tissaħħar;”
u kantanti magħrufa fosthom: Walter Micallef, Marisa D’Amato, Michael
Fenech, Tarcisio Barbara, Maria Muscat ‘La Barrokka’, Graziana Axisa u The
Jackson Pipe Band li se jibdew fit-8 bumm. Dħul bla ħlas. Ejjew għal din
is-serata ta’ għana u kant Malti f’ambjent Żejtuni.
-
Tibża' Xejn Jekk Tibda x-Xita (Edizzjoni
Skarta,
Ġunju 2007). Ed. Adrian Grima. Poeżiji dwar it-tfal u l-ġustizzja ta'
Mario Cardona, Adrian Grima, Simone Inguanez, Immanuel Mifsud, u Walid
Nabhan. Daħla ta' Adrian Grima dwar il-ħaddiema tfal. Ippreżentat
għall-ewwel darba fil-WorldFest, nhar il-Ħadd, 24 ta' Ġunju, fil-Barrakka
ta' Fuq.
- Nhar il-Ħadd, 24 ta' Ġunju.
WorldFest - Festival tal-Kummerċ Ġust fil-Barrakka ta' Fuq, 10.00am -
10.00pm. Dħul b'xejn għall-attivitajiet kollha. 8.00pm - 10.00pm: Poeżija
bil-Malti waqt il-kunċert Made in Fair Trade. Jieħdu sehem Simon Vella
(vjolin), Walter Micallef (kantawtur), Zizza Ensemble (mużika) mal-poeta
Adrian Grima, u l-poeti Mario Cardona, Simone Inguanez, Immanuel Mifsud, u
Walid Nabhan.
www.l-arka.org
għad-dettalji kollha.
-
Poeżijaplus
tiċċelebra Jum il-Mużika - Nhar il-Ħamis 21 ta' Ġunju, Poeżijaplus ser
tingħaqad ma' l-Ambaxxata Franċiża biex tiċċelebra Jum il-Mużika.
L-attività ser issir fis-Sala Isouard tat-Teatru Manoel fid-7.30 p.m. Għal
din l-attività, barra l-poeżija, ser ikun hemm programm varjat mużikali
minn: Silvio Zammit fuq il-flawt, akkumpanjat fuq il-pjanu minn Ramona
Zammit Formosa, is-sopran Louiselle Pace Gouder, il-pjanista Andrew
Bugeja, il-jazzista Kris Spiteri, u l-kantawtur Vince Fabri. Ser jingħaqdu
magħhom Alex Spiteri Gingell u Annabelle Galea. Id-dħul
huwa b'xejn.
- VALLETTA CREATIVE FORUM. New Frontiers
in Contemporary Culture. The fourth and last forum, "Cultural Diplomacy:
Endorsing Identity and Celebrating Diversity," will take place on June 23.
The Forum will be held at St James Cavalier, from 9.30am to 3.30 pm is
free of charge and includes lunch. Registration is open via email on
euproject@sjcav.org.
- Tista' tisma' r-rikording ta' l-attività
ta' Poezijaplus tat-Tnejn, 28 ta’ Mejju, 2007, li fiha tfakkar Dun Ġorġ
Preca fuq
www.poezijaplus.com/XiJmiss.html.
F'din l-attività inqraw xogħlijiet tiegħu, instemgħet silta rrekordjata
minn diskors li għamel Dun Ġorġ ħamsin sena ilu, u ġew intervistati nies
li kienu jafuh. Ħa sehem ukoll grupp mużikali ta' żgħażagħ mis-Socjetà
tal-Museum.
- Nhar il-Ġimgħa, 25 ta' Mejju fis-7.30
p.m fit-teatru tal-Kavallier ta' San Ġakbu s e jitnieda SEPJA,
ktieb ta' novelli għall-kbar li jkompli fejn ħallew LUBIEN u
PROVENZ. Il-programm jinkludi qari drammatizzat minn Joseph Galea u
Marcelle Teuma kif ukoll analiżi u intervista ma' l-awtur minn George
Peresso. Il-pubbliku huwa mistieden.
- Is-Sibt, 26 ta’ Mejju fil-Lukanda
Coastline, il-Bajja tas-Salini, bejn id-09.00 u s-13.00. Seminar mill-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb.
Ara r-rapport. Din is-sena wkoll il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
ħaseb li jorganizza seminar ieħor li matulu se jlaqqa’ l-kittieba,
lill-pubblikaturi, lill-edukaturi, lil-librara, lill-membri tal-pubbliku u
lil dawk kollha li jħobbu l-ktieb biex jiddiskutu flimkien il-problemi li
qed insibu fil-kamp lokali biex nippubblikaw il-kotba. Ikun ukoll ta’
follow up għas-Seminar dwar il-kotba tal-poeżija li sar is-sena l-oħra.
Is-seminar huwa importanti għax jgħin lill-KNK biex jifformula l-politika
tiegħu fejn tidħol il-pubblikazzjoni tal-ktieb. Hija x-xewqa tal-KNK, kif
diġà ta provi, li ma jkunx biss l-organizzatur tal-Fiera tal-Ktieb imma
jmexxi proġetti kbar biex id-dinja tal-ktieb tistagħna lokalment.
Il-parteċipanti huma mitluba jinkitbu għal dan is-seminar billi jiktbu lil
sergiogrech@yahoo.com malajr kemm jista’ jkun. M’hemm l-ebda ħlas
għar-reġistrazzjoni. Dan is-seminar qed ikun sponsorjat mill-Klabb Kotba
Maltin li din id-darba wkoll, bħal bosta drabi fil-passat, qed jagħti
xhieda li jemmen fil-ktieb Malti. (Sergio Grech)
- Poeżijaplus, flimkien mas-Soċjetà
tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M., se tfakkar lil Dun Ġorġ Preca nhar
it-Tnejn 28 ta’ Mejju 2007, f'Sala Isouard fit-Teatru Manoel, fis-7.00 pm.
Ser jinqraw xogħlijiet tiegħu, tinstema’ silta rrekordjata minn diskors
li għamel ħamsin sena ilu, u ser jiġu intervistati nies li kienu jafuh.
Jieħu sheem ukoll grupp mużikali żagħżugħ mis-Soċjetà tal-Museum.
- Home and Away. Il-Forn, il-Birgu -
L-Erbgħa 23 ta' Mejju fis-7.30pm. Siegħa ta' letteratura minn Malta u
l-Italja qabel il-finali taċ-Champions League. Jaqraw: Clare Azzopardi
(proża), Valerio Cruciani (proża u poeżija), Adrian Grima (poeżija).
Il-Forn huwa viċin tal-pjazza ewlenija tal-Birgu. Dħul b'xejn.
- Festival Meditteranju fil-Għargħur nhar
il-Erbgħa 6 ta' Ġunju, 2007 uf l-Argotti nhar is-Sibt u l-Ħadd 9 u 10 ta'
Ġunju. Organizzat mill-Kummissjoni Nazzjonali Folklor, il-Kunsill Malti
għall-Kultura u l-Arti u l-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura. Festival
ta' għana Malti, żfin folkloristiku, parteċipazzjoni ta' gruppi
folklorsitiċi minn Sqallija, il-Ġermanja u Spanja, u esibizzjonijiet
tradizzjonali Maltin. Id-dħul għall-festival hu b'xejn.
- Għarfien ġdid fuq Agius de Soldanis.
Konferenza organizzata mid-Dipartiment tal-Malti ta' l-Università.
L-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2007 fis-6.30pm, fis-Sala Serracino Inglott,
l-Università.
- Il-Ħamis, 24 ta’ Mejju u s-Sibt, 26 ta’
Mejju. Il-Wegħda opra f’żewġ atti ta’ Joe Friggieri, mużika ta’ Mro
Charles Camilleri. Producer: Joe Friggieri.
- Tnedija ta' Il-Kitba Kreattiva,
ta' Trevor Żahra nhar is-Sibt 31 ta' Marzu fil-Kavallier ta' San Ġakbu.
Titwila lejn il-mekkaniżmi tal-kitba kreattiva u ideat siewja għal kulmin
iħoss is-sejħa tal-kitba.
- Fil-21 ta' Marzu 2007 ħarġet l-ewwel
edizzjoni ta'
Dieser verwundete
Frühling - Dir-Rebbiegħa Midruba (Edizzjoni Skarta), sittax-il
poeżija bil-Malti ta' Adrian Grima tradotti għall-Ġermaniż minn Dr. Ray
Fabri u Dominik Kalweit. Id-disinn tal-qoxra ta' Pierre Portelli.
-
O Għatx
Imkebbes Fjamma. Ktieb ġdid ta’ poeżiji ta’ Joe P. Galea.
Din il-ġabra ta’ poeżiji terġa’ tikkonferma lil Galea bħala wieħed
mill-poeti ewlenin lokali ta’ żminijietna. Il-poeżija tiegħu tinfilsa sew
fit-tradizzjoni ta’ letteratura reliġjuża, il-metru regulari huwa mħaddem
tajjeb ħafna u jasal jesterna l-ansjetajiet, l-hena u x-xewqat tal-poeta
bl-iżjed mod ċar u medjatiku. Il-mottiv tax-xogħlijiet ta’ Galea għandhom
minn talba u stennija fl-istess ħin. Xi drabi is-sens ta’ distakk jisfuma
fi djalogu bejn żewġ maħbubin li donnhom draw jilagħbu logħba li donnu
ħadd ma jista’ (jew irid) jirbaħ jew jitlef. Il-ktieb jista’ jinxtara
mill-ħwienet tal-PEG.
- Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
jistieden lill-awturi u lill-pubblikaturi biex jissottomettu l-kotba
tagħhom li ħarġu fl-2006 għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-
Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Id-data
taċ-ċerimonja titħabbar iktar ’il quddiem. Mal-kotba għandha timtela
formola apposta li tinkiseb mingħand is-Segretarju tal-KNK.
Il-parteċipanti huma mistennija li jaqraw ir-regolamenti li jmexxu dan
il-premju. B’kollox jitqassmu LM10,000 fi premjijiet. Dan hu l-uniku premju tax-xorta
tiegħu f’Malta u għalhekk il-prestiġju tiegħu huwa kbir.
Dettalji kollha hawnhekk.
- Ħarġet l-Ittraħbar ta' l-Għaqda tal-Malti (Università)
- Frar 2007. Ara
www.ghaqdatalmalti.org.
- GĦAQDA LETTERARJA MALTIJA - LAQGĦA
ĠENERALI. Nhar il-25 TA' APRIL 2007 fis-6.00 pm fis-sala tal-Kunsill
Nazzjonali taż-Żgħażagħ, 36, Triq Iz-Zekka, Il-Belt.
- L-attivitajiet ta' Jum il-Ktieb 2007
fil-Kavallier ta' San Ġakbu. Ara l-programm.
- Poeżija Plus – Nhar it-Tnejn 30 ta’
April, 2007, fil-bitħa tat-Teatru Manoel. Poeżija Plus tistieden
lill-awturi kollha li taw sehemhom fil-letteratura għat-tfal sabiex
jitkellmu dwar xi karattru jew karattri li ħolqu huma fil-kitbiet tagħhom.
Min jixtieq jista’ jaqra xi silta minn xi storja jew kitba oħra li għandha
x’taqsam ma’ dawn il-karattri. Billi din is-sena Fra Mudest, (karattru
maħluq minn Charles Casha) jagħlaq erbgħin sena minn mindu deher
għall-ewwel darba fiċ-CHILDREN’S OWN, se jkun hemm ukoll intervista qasira
ma’ l-awtur. Is-Sur Terence Portelli se jagħmel taħdita qasira dwar kotba
fil-letteratura għat-tfal. Din hija opportunita` sabiħa sabiex l-awturi li
kitbu għat-tfal jiltaqgħu flimkien u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom. Kull min jixtieq jattendi u jieħu sehem huwa ġentilment mitlub biex
jinformana billi jibgħat email lil
charles.casha@gmail.com jew
billi ċċempel 9982 7179.
- WIRJA U STORY TELLING FIL-LIBRERIJA
PUBBLIKA ĊENTRALI, IL-FURJANA. Is-Sibt 28 t’April 2007 11.00 – 12.00.
Is-Sibt 5 ta’ Mejju 2007 11.00 – 12.00. Fra Mudest – 40 Sena. Fl-10 ta’
April 1967 dehret l-ewwel storja dwar Fra Mudest fic-Children’s Own.
Sallum dan il-karattru ghadu popolari kemm mat-tfal kif ukoll mal-kbar.
Waqt wirja dwar Fra Mudest, li se tittella' fil-Librerija Pubblika,
il-Furjana bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Libreriji, ser ikun
hemm ukoll żewg programmi ta’ Story Telling dwar dan il-karattru li matul
dawn l-aħħar erbgħin sena baqa’ popolari mal-qarrejja żgħar tagħna. Din
is-sena Fra Mudest jagħlaq erbgħin sena mindu deher għall-ewwel darba
fil-gazzetta tat-tfal, Children’s Own, nhar l-10 ta’ April, 1967. Atturi
popolari flimkien ma’ l-awtur se jaqraw xi wħud minn dawn l-istejjer.
It-tfal flimkien mal-ġenituri huma mistiedna biex jattendu fid-dati
msemmija hawn isfel. Napprezzaw ħafna l-preżenza tagħkom, fejn minbarra li
tiltaqgħu ma’ l-awtur, li jkun lest biex jiffirma xi kotba tiegħu, tkunu
tistgħu taraw ukoll din il-wirja. GĦAL AKTAR TAGĦRIF ĊEMPLU CUSTOMER CARE
: 2125 2604.
www.charlescasha.com
- SMOKESTACK in the
UK is publishing Abigail A. Zammit's first collection of poetry called
Voices from the Land of
Trees. To see it
click
here.
Abigail A. Zammit was born in
Malta in 1976 but moved to England in September 2004 in order to follow a
Masters degree in Creative Writing at the University of Lancaster. Before
that, she graduated from the University of Malta, obtaining a B.A.(Hons)
in English, a P.G.C.E. and a Masters degree in English literature and
subsequently taught English for three years at a Junior Lyceum for boys.
After terminating her Masters in Creative Writing, Abigail taught GCSE and
A level English at Stoke-on-Trent Sixth Form College and in November 2005
she attended a creative writing course organized by Writing Ventures. She
then carried out publishing work experience with Icon Books, Sweet and
Maxwell, Ebury and Traveller Magazine. Last July she returned to Malta and
is now assistant-lecturer at G.F. Abela Junior College as well as
part-time piano accompanist.
Abigail has had poems published by
Orbis and Libertine
magazines and has won third prize in a local poetry competition as well as
a Lancaster Poetry Slam. She was chosen as feature poet for the online
November issue of Poet's Letter. Abigail has also written articles
and short stories for an alternative magazine entitled Manic. Her
first collection of poems, Voices from the Land of Trees, is being
published by Smokestack in June 2007. The subject is Guatemala where
Abigail spent six weeks in the summer of 2003 - the poems speak in various
voices and tackle the complexities and moral ambiguities of poverty, civil
war and missionary work in the land of the Mayas. Her other poetry varies
enormously in style and content, ranging from the personal and lyrical to
the spiritual and political.
-
Lino Spiteri
u PEG se jniedu l-ktieb ġdid JIEN U GĦADDEJ FIL-POLITIKA, ġabra ta'
episodji mill-ħajja politika u pubblika kif għexhom, rahom u jiftakarhom
l-awtur, b’daħla mill-Prof. Duminku Fenech. Nhar il-Ħamis, 22 Marzu,
fis-6.30 p.m, fil-Hilton Conference Centre, San Ġiljan. Fit-tnedija sejrin
jikkummentaw dwar il-ġabra Fr Arthur Vella s.j., Dr Martin Zammit, is-sur Joe Sammut, u s-sur Noel
Grima. Jikkoordina l-Prof. Joseph M. Pirotta. Wara jkun hemm bibita. Min
jixtieq jattendi għandu javza lill-PEG Ltd fuq in-numri tat-telefon
21440083 jew 21448539. Il-ktieb, li se jkun b’qoxra iebsa, se jkollu prezz
ta’ Lm 7.50, Vat inklu\a. Waqt it-tnedija jinbigh Lm6. Nhar is-Sibt, 24
ta’ Marzu l-awtur ikun għand Sapienza, il-Belt, biex jiffirma kopji
tal-ktieb bejn il-11.00a.m. u 12.00 p.m.
-
Appell
għall-għajnuna mill-Għaqda tal-Malti (Università)
għall-pubblikazzjoni tan-novelli ta’ Ġużè Bonnici. Ara
www.ghaqdatalmalti.org.
Ittraħbar 3
-
Serata
għan-Novella - L-attività li jmiss mill-grupp Poezijaplus ser issir
it-Tnejn 26 ta' Marzu fil-Bitħa tat-Teatru Manoel fis-7.30 p.m. Din
id-darba l-attivita' ser tkun dedikata ghan-novella. Trevor Zahra. Joe Friggieri, George Peresso, Clare
Azzopardi, Rita Saliba, Vincent Vella, Lino Spiteri, Charles Casha, Clive
Piscopo u Donavan Gatt diġà kkonfermaw is-sehem taghhom. Muzika minn:
Vince Fabri u Walter Micallef. Inti mistieden tiehu sehem billi tikteb lil
sergiogrech@yahoo.com.
It-tul jehtieg li jkun limitat. www.poezijaplus.com
-
L-Ambaxxata
Franċiża tistiednek għal serata mużiko-letterarja nhar l-Erbgħa, 14 ta'
Marzu, fis-7.30pm, f'Dar l-Istudent, l-Università. Se jinqraw 3 xogħlijiet
ta' Joe Friggieri. Kulħadd mistieden. Wara jkun servut inbid Franċiż.
-
POEŻIJA PLUS
- Fit-30 ta’ April 2007, Poeżija Plus se ttella’ programm dwar KARATTRI
FIL-LETTERATURA GĦAT-TFAL. Il-programm se jkun jinkludi fost ħwejjeġ
oħrajn: Taħdita minn Terence Portelli dwar xi wħud minn dawn il-karattri,
kant u intervista qasira ma’ Charles Casha dwar il-karattru Fra Mudest
billi din is-sena dan il-karattru jagħlaq erbgħin sena minn mindu dehret
l-ewwel storja fiċ-Children’s Own fl-10 ta’ April, 1967. Poeżija Plus
jixtiequ jistiednu lill-awturi biex jieħdu sehem billi jitkellmu dwar xi
karattru li ħolqu huma fil-kitba għat-tfal u jaqraw silta qasira minn xi
storja dwar dan il-karattru. Kull min jixtieq jieħu sehem huwa mitlub
jikteb lil Charles Casha u jagħti dettalji dwar liema karattru/i jixtieq
jitkellem dwaru jew dwarhom. Wieħed jista’ jikteb lil:
charles.casha@gmail.com
-
Twaqqif tal-mafkar
f'ġieħ il-poeta Karmenu Vassallo mill-Kunsill Lokali u l-Għaqda Kulturali
tas-Siġġiewi, "Li ktibt jien ma jħassru ħadd." It-28 ta' Jannar 2007.
|
|
|
-
FESTAKTIEB/BOOKBONANZA ‘07,
a PEG Ltd initiative, will be
held between Friday 16th March and Monday 19th
March inside the Scouts Association Hall, opposite Sarria Church in
Floriana. FESTAKTIEB ‘07 allows Maltese and Gozitan readers to obtain all types of
books, from textbooks and literary works to novels, case-studies,
children’s books and biographies in Maltese and other languages at 50%
per cent of the original prices, to be paid in whichever way one
desires, including credit cards and Smartcard.
Opening hours
will be:
| Friday 16th
March |
4pm to 8.30pm |
|
Saturday 17th March |
10am to 8.30pm |
|
Sunday 18th March |
10am to 8.30pm |
|
Monday 19th March |
10am to 8.30pm |
-
LOUIS DE
BERNIERES: MARCH 21-22 - The bestselling author of "Captain Corelli’s
Mandolin" and "Birds Without Wings" will visit Malta at the invitation of
British Council, Miller Distributors and Faculty of Arts, University of
Malta. The prize-winning novelist will hold readings at the University of
Malta and St. James Cavalier Centre for Creativity and book-signings in
Agenda bookshops.
Read more
-
THE
BRIDPORT PRIZE 2007 - The Bridport Prize is an annual international
creative writing competition for poetry and short stories. The closing
date for entries is 30th June. Bridport Prize is one of the top prizes of
its kind in terms of both prestige and prize money. It has been the first
step in the careers of many established poets and novelists. The prize
money for 2007 totals £14,000.
Read more
-
THE
COMMONWEALTH ARTS AND CRAFTS AWARDS 2007 - The Commonwealth Arts and
Crafts Awards are open to artists and craftspeople from Commonwealth
countries. Winning applicatns will receive awards up to £8000 to develop
their art in another Commonwealth country. Application deadline: 1 May
2007.
Read more
-
It-Tlieta, 20 ta’ Frar, fid-9.00pm. Sergio Grech jintervista lil Maurice
Mifsud Bonnici fuq RADIU MALTA dwar ix-xogħlijiet letterarji tiegħu.
-
It-Taħditiet ta’ l-Erbgħa Filgħaxija -
Campus FM 103.7 L-Erbgħa, 21 u 28 ta’ Frar 8.00pm L-ewwel u t-tieni parti
tas-Seminar organizzat mill-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Ilsien Malti fuq
il-varjanti fl-ortografija Maltija.
-
It-Tnejn,
26 ta’ Frar. Poeżijaplus: qari minn
kittieba stabbiliti u ġodda. 7.30pm Il-Bitħa tat-Teatru Manoel, il-Belt.
-
L-Għalliema, xogħol teatrali b'direzzjoni ta' Charles Sammut,
fl-MITP, fit-3 u l-4 ta' Marzu, fit-8.00pm. Biljetti mill-Kavallier ta'
San Ġakbu (tel. 2122.3200). Dan ix-xogħol qed jittella' b'kollaborazzjoni
ma' Amnesty International, Malta. Jieħdu sehem Stephen Buhagiar, Elisa
Delia, Daniela Delia, Christine Borg, Adrian Azzopardi, Sharon Bezzina u
Mario Abela. Tfajla. Surġent. Destin ta' raħal: Aħseb għal mument li
persuni li tgħożż ġew arrestati f'nofs ta' lejl. Int taf min ħadhom imma
ma tafx fejn huma. Biss żgur li jekk se tagħmel xi ħaġa, se tispiċċa ħażin
int jew persuni oħra għal qalbek. Kompli aħseb li dawn qed jiġu akkużati u
ttorturati bla ħtija minħabba atti kriminali li fil-verità qatt ma seħħew.
L-unika raġuni għaliex qed jinżammu hi għax jafu jkunu ta' xkiel għal min
qiegħed fil-poter. Għalhekk, din l-inġustizzja tista' ssir bil-libertà
kollha. Kieku int x'tagħmel?
-
It-Taħditiet ta’ l-Erbgħa Filgħaxija -
Campus FM 103.7 L-Erbgħa, 7 ta’ Marzu
8.00pm. L-aħħar parti tas-Seminar organizzat mill-Kunsill Nazzjonali ta’
l-Ilsien Malti fuq il-varjanti fl-ortografija Maltija.
-
Il-Ġimgħa, 23 ta’ Marzu. Tnedija ta’ l-album
Ħamsin ta’ Walter Micallef. 7.30pm
Teatru Powerhouse (il-magna tad-dawl il-qadima), Ix-Xatt ta’ Pintu,
il-Belt.
-
It-Taħditiet ta’ l-Erbgħa Filgħaxija -
Campus FM 103.7 L-Erbgħa, 28 ta’ Marzu
8.00pm. (Ta’) Barra Minn Hawn – ir-razza u r-radika fil-letteratura
Maltija Seminar organizzat mill-Akkademja tal-Malti u d-Dipartiment
tal-Malti ta’ l-Università.
-
Seminar
dwar il-letteratura u r-razziżmu mill-Akkademja tal-Malti. Is-Sibt, 3 ta’
Frar, f’Sala Erin Serracino Inglott, l-Università, 09.00 - 13.00.
L-Akkademja tal-Malti, li hija l-organizzazzjoni li tirrappreżenta
l-kittieba Maltin, qed torganizza seminar bit-titlu
“(Ta’) Barra Minn Hawn: Ir-Razza u r-Radika fil-Letteratura Maltija.”
L-għan ta’ dan is-seminar huwa li jiġu esplorati l-fenomeni tar-razziżmu u
tal-ksenofobija fil-letteratura tagħna. Is-seminar qed jittella’
bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Malti ta’ l-Università ta’ Malta. Kulħadd
huwa mistieden u d-dħul huwa b’xejn. Ara l-istqarrija
sħiħa u r-rapport
ta' Mark Micallef (The Sunday Times ta' l-4 ta' Frar, 2007).
-
Sittalive - Poeżija fil-Lussemburgu. Norbert
Bugeja u l-ħbieb jistednuk għal lejla ta' poeżija u mużika fil-Foyer
Europeen, 12, Rue Heine, il-Belt tal-Lussemburgu, nhar il-Ġimgħa, 9 ta'
Frar, fit-8.00pm. Bis-sehem ta' Antoine Cassar, Steve Gatt, Albert
Marshall, Kevin Saliba, u Alex Vella Gera. Qari ta' poeżiji minn Mark
Vella. Carmen Borg u Monique Troisi fuq il-pjanu. Ara l-avviż.
-
Minn
The Times, Tue, January 30, 2007. "Poet honoured in Siggiewi"
"Poet Karmenu Vassallo was honoured on Sunday morning when President Eddie
Fenech Adami unveiled a bronze statue of the poet in Siggiewi, his
birthplace.
The statue is the result of collaboration between the local council and
Ghaqda Kulturali of Siggiewi.
Mr Vassallo, who was born in 1913, won a number of awards for his poetry,
which he wrote in Maltese, Italian and English. Some of his poems in
Italian were published in various magazines while others wrote in Maltese
were translated into English, Italian and French.
In 1972 Mr Vassallo was presented with the Guzè Muscat Azzopardi gold
medal together with Anton Buttigieg for their contribution to Maltese
literature.
The bronze statue by Ganni Bonnici cost over Lm3,000."
-
Is-Sibt,
17 ta’ Frar. Il-festival letterarju Vers Agħtini bit-tema “Il-Versi
fit-Traduzzjoni” organizzat u sponsorjat minn FrannyJo Publications
bil-kollaborazzjoni ta' Heritage Malta. Fil-Mużew tal-Lingwa Maltija,
il-Berġa ta' Franza, Triq Hilda Tabone, il-Birgu. Aktar taghrif 2766 7001
jew 9922 6186.
-
Serata
mtellgħa minn Poeżijaplus ġewwa l-Każin San
Gejtanu, il-Ħamrun it-Tnejn, 12 ta’ Frar 2007, fis-7.30pm bis-sehem ta’
Simone Inguanez, Marcel Zammit Marmara, Vince Fabri, Joseph Felice Pace u
oħrajn. Jippreżenta Ġorġ Peresso.
-
Poeżijaplus - It-tieni konferenza Herbert
Ganado, nhar it-Tnejn, 29 ta' Jannar, 2007, fis-7.00pm, fl-Uffiċċju
tal-Kunsill Lokali tal-Furjana. Dħul b'xejn.
-
Is-Sibt,
27 ta' Jannar 2007, 9.00am - 3.00pm,
Valletta Creative Forum
fil-Kavallier ta' San Ġakbu. This January, St James Cavalier in
collaboration with the Malta Council for Culture and the Arts and the
Ministry of Tourism and Culture and supported by British Council Malta is
inviting various stakeholders to form part of a think-tank called the
Valletta Creative Forum. The VCF will focus on issues challenging
contemporary culture in Malta through a series of encounters and workshops
which aim to provide concrete proposals and a road map for the future of
culture in Malta. The first forum will be held on
Saturday 27th January
and will discuss
Cultural
Governance in Malta and
beyond. What
makes a good governance structure for culture?
How
can
artist networks contribute to the governance of culture? How can the
Boards of Cultural institutions collaborate and exploit their potential?
How should we govern funding structures?
Interested
individuals are invited to register for the first Forum and their
preferred working group by Wednesday 24th January 2007 by sending an email
to euproject@sjcav.org. The forum which will be held at St. James Cavalier
from 9am till 3pm includes lunch and is free of charge.
|
|
|
|
|
|
Avvenimenti Importanti fl-2006 |
|
|
bl-għajnuna ta' Joseph Borg |
|
|
|
|
|
-
Il-magażin online
Amnesia Vivace għadu kemm ippubblika l-artiklu importanti ta'
l-antropologa Virginia Monteforte li għamlet ħames xhur f'Malta tanalizza
l-letteratura kontemporanja Maltija.
Malta letteraria, una lettura
antropologica (Diċ. 06)
-
Poeżijaplus taħt
it-Tinda, f'Misraħ il-Ħelsien, nhar it-Tlieta, 19.12.2006.
Ara l-avviż.
-
Il-Malti
(Diċ. 06) - Ħarġet ir-rivista ta' l-Akkademja tal-Malti b'xogħlijiet
letterarji ġodda ta' għadd ta' kittieba. L-editur ta' din il-ħarġa huwa
Dr. Marco Galea, President ta' l-Akkademja
tal-Malti.
-
"Din is-sena
l-Fiera tal-Ktieb kienet suċċess kbir. Il-figuri ta’ attendenzi jitkellmu
weħidhom: iktar minn 14,000 ruħ żaru l-Fiera. Il-Ħadd filgħaxija biss kien
hemm mat-3000 ruħ." Ara
l-istqarrija tal-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb.
-
Poeżijaplus ġiet
mistiedna biex nhar id-19.12.2006 ittella' serata letterarja waqt
il-programm li jkun għaddej taħt it-tinda. Il-ħin għad irid jiġi ffissat.
Però se jkun bejn is-6.30 p.m. u s-7 p.m. Ħa nesploraw it-tema tal-Milied.
Tista' tinqara wkoll proża minbarra poeżija. Min ser jaqra xi xogħol
jikteb lil sergiogrech@yahoo.com.
-
8, 9, 10 ta' Diċembru 2006. Teatru Dù
jippreżenta xogħol teatrali bl-isem Lacuna fit-teatru ta' l-MITP,
Triq San Kristofru, il-Belt Valletta, fit-8.00pm. Il-bieb jinfetaħ
fis-7.30pm u l-biljetti jinbigħu fil-bieb. "Xi mkien 'il boghod 'il
boghod, fejn tinxtamm biss riha ta` stejjer mitmuma..." (Trevor Żahra).
Il-grupp tat-Teatru Dù se jtella' s-sitt xogħol tiegħu Lacuna
f'Diċembru li ġej b'xogħol ispirat minn Sepja ta' Trevor Żahra
(2007). L-atturi tal-grupp qattgħu diversi xhur jesperimentaw bit-temi
(iktar milli l-plot u karattri) tan-novelli sakemm waslu biex ħalltuhom
ma' l-istil tagħhom li hu mimli umoriżmu grottesk, enerġija u femminiltà.
-
Friday 15th
December, St James Cavalier - Cinema, 3pm - 5pm. The Cultural Contact
Point within the Ministry for Tourism and Culture is organising an
information session on LITERARY TRANSLATIONS. A call for proposals to
support literary translations has been issued under the European Union
Culture Programme (2007-2013) and will close on 28 February 2007. The
purpose of the session is to give information about the specifications of
this open call. The session is aimed at publishers, translators, authors
and would also be of interest to others working within the literary field.
Those interested in participating are kindly requested to register by
sending an e-mail to: ccp@gov.mt by Thursday 14th December 2006 at
12.00hrs. Participation is free of charge. For further information visit:
www.culture.org.mt.
-
Fid-29 ta’ Novembru
2006,
Louis Briffa se jniedi
l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tiegħu BIL-VARLOPPA fil-Junior Common
Room ta' l-Università ta' Malta. Kulħadd mistieden.
-
FESTA LETTERARJA
minn POEŻIJAPLUS. Nhar it-Tnejn 27 ta’ Novembru, 2006, fis-7.30 p.m.
fil-Bitħa
tat-Teatru Manoel. Il-grupp qed jistieden lill-kittieba biex jiġu u jaqraw
il-kitbiet tagħhom.
Bosta awturi bħal
Trevor Żahra. Maria Grech Ganado, Joanne Cassar, Simone Inguanez u Marlene
Saliba diġà kkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom.
Min jixtieq jaqra għandu
jikteb lil sergiogrech@yahoo.com jew iċemepel fuq 9982 7179. Mużika: Vince
Fabri u Walter Micallef. Aktar tagħrif:
www.poezijaplus.com/XiJmiss.html L-attività bħal
dejjem hija mingħajr
hlas u m’hemmx bżonn ta’ biljetti.
-
Jitħabbru r-rebbieħa ta’ l-ewwel edizzjoni tal-PREMJU
NAZZJONALI TAL-KTIEB (2006)
-
"Min Ħarrab l-Annimal?"
Nhar is-Sibt 18 ta' Novembru fis-6pm. Preżentazzjoni
awdjo-viżiva ta' parti mill-ktieb Il-Manifest tal-Killer ta' Karl
Schembri waqt il-Fiera tal-Ktieb f'Dar
il-Mediterran. Kulħadd mistieden.
(Glen Calleja)
-
Attivitajiet għat-Tfal waqt il-Fiera tal-Ktieb 2006.
-
Kotba Ġodda marbutin
mal-letteratura Maltija mill-PEG għall-Fiera tal-Ktieb.
-
Il-Fiera tal-Ktieb - 15-19
ta' Novembru, 2006 - Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.
Ara
l-programm u l-ħinijiet tat-trasport
mill-venda ta' Putirjal hawnhekk. Ħinijiet tal-ftuħ:
L-Erbgħa 15 u l-Ħamis
16 mid-09.00 sas-13.30 u mill-17.00 sad-21.00
Il-Ġimgħa 17 mid-09.00 sas-13.30 u mill-17.00
sal-22.00
Is-Sibt 18 mid-09.00 san-12.30 u mill-16.00
sal-22.00
Il-Ħadd 19 mill-10.00 san-12.30 u mit-15.00
sad-21.00
-
Kompetizzjoni Qalila għall-Premju
Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Ġimgħa, 17 ta'
Novembru. Dawn huma l-kotba li
din is-sena qed jikkompetu għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2005. Ta’ min
ifakkar li din is-sena kien hemm reviżjoni mill-qiegħ tal-Premju.
Il-Kunsill jifhem li ġaladarba din is-sena daħlu d-doppju bħala kotba,
l-awturi u l-pubblikaturi għandhom fiduċja fis-sistema l-ġdida. B’kollox
hemm sitt kategoriji. Hawnhekk il-qarrejja jistgħu jaraw liema huma
l-kotba u f’liema kategorija qed jikkompetu.
-
Diskussjoni:
Fejn waslet il-letteratura Maltija llum? Il-Ħamis, 16 ta'
Novembru waqt il-Fiera
tal-Ktieb f'Dar
il-Mediterran fis-7.00pm.
Kelliema: Immanuel Mifsud, Ġorġ Mallia, Maria Grech Ganado, Ġorġ Peresso,
Joseph Mizzi. Imexxi Sergio Grech.
Kulħadd mistieden.
-
Tnedija tal-ktieb
Sħab
(novelli għall-adolexxenti) ta' Trevor Żahra (Merlin Library) waqt
il-Fiera tal-Ktieb. Il-Ħamis 16 ta' Novembru, 2006, f'Sala Temi Zammit ta'
Dar il-Mediterran fis-6.00pm. Kulħadd mistieden
iżda biex tattendi jeħtieġ tinkiteb billi tibgħat ittre lil
mail@merlinlibrary.com jew
ċempel fuq 2123 4438.
-
Tnedija tal-ktieb għat-tfal
Is-Sultana s-Sewda ta' Mario Azzopardi fis-6.00pm– 6.30pm nhar il-Ġimgħa
17 ta' Novembru, 2006, f'Sala Temi Zammit ta' Dar il-Mediterran waqt
il-Fiera tal-Ktieb. Kulħadd mistieden
iżda biex tattendi jeħtieġ tinkiteb billi tibgħat ittre lil
mail@merlinlibrary.com jew
ċempel fuq 2123 4438.
-
Il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru fis-6pm, f’Dar
il-Mediterran għall-Konferenzi, fis-Sala ta’ l-Attivitajiet il-Belt.
Tnedija tal-ktieb Motti, Aforismi e proverbii maltesi
ta’ Mikiel Anton Vassalli (1828), maqlub għall-Malti minn Frans Sammut.
L-attività se tkun qed issir waqt il-Fiera tal-Ktieb organizzata
mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
-
It-Tnejn 20 ta’ Novembru fis-6.30pm,
fil-Bibljoteka ta’ l-Università, l-Imsida.
Tnedija tal-ktieb Viator Errans ta’ Sir George Borg Kt., M.B.E.,
LL.D., miġbur minn Joseph P. Borg. L-attività qed issir bil-patroċinju
tar-Rettur ta’ l-Università flimkien ma’ L-Akkademja tal-Malti u l-Għaqda
Poeti Maltin.
-
Laqgħa mal-kittieba għat-tfal ANNIE DALTON
il-Ħadd 19 ta' Novembru
f'Sala Temi Zammit ta' Dar il-Mediterran waqt il-Fiera tal-Ktieb bejn is-6.30pm
u t-8.00pm. Kulħadd mistieden
iżda biex tattendi jeħtieġ tinkiteb billi tibgħat ittre lil
mail@merlinlibrary.com jew
ċempel fuq 2123 4438.
-
SEMINAR ON FUNDING OPPORTUNITIES FOR
ARTS & CULTURE. Click here for PROGRAMME. Date: Tuesday 21
November 2006. Time: 09.00 – 13.30 hrs. Venue: Mediterranean Conference
Centre, Valletta (MCC).
-
CULTURE PROGRAMME (2007-2013)
CALLS FOR PROPOSALS. The
European Commission has announced the Conditional Calls for Proposals for
the Culture Programme (2007-2013) in its Official Journal dated 7 November
2006. The announced conditional calls are for the following areas:
Support for cultural actions —
Strand 1.1 multi-annual cooperation projects
Strand 1.2.1 cooperation measures
Strand 1.2.2 literary translation
- Artist residency
programme for Maltese artists in the United States. St. James Cavalier,
Centre for Creativity is offering Maltese writers, visual artists and
composers the opportunity to participate in a six week artist residency
programme at the Virgina Centre for the Creative Arts, USA (VCCA).
Applications addressed to VCCA Artist Residency Programme, St. James
Cavalier Centre for Creativity, Valletta are to be submitted by not later
than 30th November 2006. Further information about the VCCA is available
on
www.vcca.com.
The residencies are part of an exchange
programme between the two centres which enables a number of American and
Maltese artists to work in new creative environments. The Virginia Centre
for Creative is an international working retreat located at Mt. San
Angelo, a 12-acre hilltop in Amherst County, Virginia. In this bucolic
rural setting, the VCCA provides residential fellowships where artists may
work free from the distractions and responsibilities of day-to-day life.
More than 3,000 international artists have benefited from residencies at
the VCCA over the years, making it, in the words of one of their Fellows,
"one of the most important sources of art in the world." The
residency programme funds all expenses for accommodation and
meals whereas traveling expenses to and from the United States are to
be covered by the artists. Artists interested in the programme are
requested to send a CV and a motivation letter describing the creative
work they would like to develop and how their residency at the VCCA would
assist them in pursuing their project.
-
Laqgħa ma'
Ġużè
Stagno u Trevor Żahra.
L-Erbgħa 15 ta' Novembru,
2006, f'Sala Temi Zammit ta' Dar il-Mediterran fis-7.00pm waqt il-Fiera
tal-Ktieb. Kulħadd mistieden.
- Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija
M.U.S.E.U.M. qed torganizza Lejla Letterarja f’ġieħ il-Professur Pietru
Pawl Saydon u t-Tnedija tal-ktieb
Saydon. Biblista u Studjuż tal-Malti
(Pubblikazzjoni Preca) tas-Sur Carmel Bezzina B.A., M.A., M.Ed. Couns.
(Bristol) li ser issir nhar is-Sibt, 11 ta’ Novembru 2006, fis-7.30 p.m.,
fl-Auditorium tad-Dar Ġenerali tal-MUSEUM fil-Blata l-Bajda. Dan il-ktieb
ikun jista' jinxtara qabel u wara s-serata.
- Teatrutramm u
Inizjamed, bil-kollaborazzjoni tal-Kavallier ta' San Ġakbu, se jtella'
d-dramm
L-Interdett taħt is-Sodda,
kitba ta' Clare Azzopardi u direzzjoni ta' Marcelle Teuma, fit-teatru
tal-Kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt Valletta nhar it-3, 4 u 5 ta’
Novembru 2006. Ara
d-dettalji kollha.
- Is-Sibt, 4 ta' Novembru, 9.30 p.m.
Intervista ta' Tonio Bonello lil Pawlu Aquilina fuq Radju RTK - 103 FM
dwar Erġa’ semmagħli l-għanja, ġabra ta’ poeżiji ta’ Pawlu
Aquilina.
- Il-Kumitat Festi Nazzjonali fi ħdan
il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura u l-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Ilsien
Malti, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Furjana se jfakkru lil Dun Karm
nhar il-Ħadd, id-29 ta’ Ottubru 2006 fl-għaxra ta’ filgħodu quddiem
il-mafkar tal-poeta fil-Furjana. Kulħadd mistieden.
- Festa ta' Letteratura Moderna.
PoeżijaPlus nhar it-Tnejn,
30 ta' Ottubru, fis-7.30 p.m. fil-Bitħa tat-Teatru Manoel. Jieħdu sehem,
fost l-oħrajn: Trevor Zahra, Immanuel Mifsud, Maria Grech Ganado, Ġorġ
Peresso, Joe Friggieri, Karl Schembri, Joanne Cassar, Patrick Sammut, u
Mariella Pisani Bencini. Mużika minn Vince Fabri u Walter Micallef.
L-attività bħal dejjem hija mingħajr ħlas u m'hemmx bżonn ta' biljetti.
-
Karmenu Bonavia se jkun il-kelliem ewlieni
fil-Konferenza Vassalli 2006 organizzata mill-Għaqda tal-Malti ta'
l-Università li se ssir nhar il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru, fis-7.00p.m. fejn
il-kappella Ta' Mamo, Ħaż-Żebbuġ. fejn kellu l-biblijoteka Vassalli.
Kulħadd mistieden
- Lejl Imdawwal, is-Sibt, 14 ta'
Ottubru, fil-Belt Valletta tat-Teatru Manoel,
Inizjamed se tippreżenta “Turġien,”
xogħlijiet letterarji ġodda minn awturi minn Malta, Wales, il-Finlandja, u
l-Latvja li qed jieħdu sehem fi proġett ta’ sena u nofs dwar il-Belt
Valletta. Il-mistiedna speċjali fil-lejla se tkun Esmeralda Galea
Camilleri li se ddoqq biċċiet ta’ mużika ispirati mill-Belt fuq l-arpa. Se
jintwerew ukoll għadd ta’ ritratti. Id-dħul għal “Turġien” huwa b’xejn u
kulħadd huwa mistieden. Jinqraw xogħlijiet ta'
Clare
Azzopardi, John Betts, Norbert Bugeja, Antoine Cassar, Priscilla Cassar,
Claudia Fiorini, Maria Grech Ganado, Adrian Grima,
Simone Inguanez,
Roderick Mallia, Robert Minhinnick (Wales), Laima Muktupavela (Latvja),
Walid Nabhan, Mikko Rimminen (Finlandja), Ġużè Stagno, u Leslie Vassallo.
Ara l-websajt ta'
Inizjamed.
- Lejl Imdawwal, is-Sibt, 14 ta'
Ottubru, fil-Belt Valletta.
VERBIMNARA hija prezentazzjoni letterarja
fil-Biblijoteka Nazzjonali li tgħaqqad temi u sorsi letterarji varji:
Rilke, artikli minn gazzetti, Exupery, Tagore, Maupassant u sorsi klassiċi
oħra. Il-preżentazzjoni ta' VERBIMNARA qed tinħadem mill-grupp AWL u
l-qarrejja tas-serata huma Caldon Mercieca, Lidwina Schembri Wismayer u
Glen Calleja. ALTITUDES INVISIBLE hija wirja ta' fotografija minn Oxana
Mercieca. Din ħa tkun taħt l-arkati ta' Pjazza Reġina u x-xogħlijiet Black
& White jinkludu għadd ta' xeni urbani minn perspettivi xejn komuni,
id-dinja ta' taħt fuq jew id-dinja mġennba. Ir-ritratti jikxfu d-dettallji
anqas familjari minn sfond familjari.
- Ħareġ il-ktieb ta' poeżiji ta’ Pawlu
Aquilina, Erġa Semmagħli l-Għanja, sponsorjat u ppubblikat minn JM
Vassallo Vibro Blocks Limited. Il-ktieb fih 176 paġna, b’daħla mill-Prof.
Oliver Friggieri. Il-prezz tal-ktieb huwa Lm3, li jmorru għad-Dar
tal-Providenza. Jinbiegħ minn hawn, mingħajr qligħ: Klabb Kotba Maltin, 3A
Triq id-Dejqa, Valletta; PEG Book Centre, 115 Triq San Ġwann (it-triq
tal-Ganċ), Valletta; Louis Stationery, Pjazza San Nikola, is-Siġġiewi.
Jista’ jinkiseb ukoll bil-posta (b’ċekk jew money order ta’ LM3.20)
direttament mingħand l-awtur: P. Aquilina, 97, “Massabielle”, Triq
it-Tabib Nikola Zammit, Is-Siġġiewi, QRM 12. Fuq iċ-ċekk ikteb “Dar
tal-Providenza”.
- Kull min hu interessat jew għandu xi
diffikultà fil-kitba bil-Malti għandu jinkiteb fil-kelmet@yahoogroups.com
u jibda jirċievi regolarment tagħrif utli.
- Poezijaplus b'Panel Eccellenti dwar
l-Indipendenza. L-attivitajiet tal-grupp Poezijaplus jissuktaw nhar
it-Tnejn 25 ta' Settembru fis-7.30 p.m, fil-Bitha tat-Teatru Manoel.
Il-grupp ser jiddiskuti t-tema ta' l-indipendenza. Ghal din l-okazzjoni
l-grupp irnexxielu jghaqqad grupp ta' kelliema tassew uniku u li difficli
li tismaghhom flimkien. Fost il-kelliema hemm: Dr Victor Ragonesi, aktarx
l-eqreb persuna ta' Gorg Borg Olivier, Dr Alfred Bonnici li kien gie
maghzul bhala Speaker fl-1966, Dr Vincent Moran li sa mill-1948 kien
membru ta' l-M.L.P. u l-ekonomista s-Sur Frans Camilleri li kien jeditja
l-gazzetta Malta News. Ghal dawk li japprezzaw l-istorja din hija
serata ideali. L-istorja wiehed ser jismaghha minn halq il-protagonisti.
M'hemmx bzonn ta' booking jew biljetti.
- L-Ghaqda tal-Malti - Università
għandha websajt ġdida,
www.ghaqdatalmalti.org.
Ix-xogħol fuqha sar minn Thomas Pace u Carl Farrugia bl-ghajnuna ta' għadd
ta' nies.
- "TWIEQI" - The Maltese-Palestinian
Friendship Society would like to invite you and your friends to a Literary
Evening on the 4th of September 2006. This event which is going to be
animated with music, visual presentation and drama, includes poetry
reading from Palestine and Malta. Amongst others reading includes works
of: Dun Karm Psaila, Mahmoud Darwish, Karmenu Vassallo, Fadwa Tuqan, Rena
Balzan, Samer Abu Hawwash, Immaneul Mifsud, Ghassan Zaqtan, Gan Anton
Vassallo, Walid Khazindar, Gorg Pisani, Mureed Barghouty, Anton Buttigieg,
Nathalie Handal, Maria Grech Ganado, Ibrahim Nasrallah and Ruzar Briffa.
All Palestinian poems are translated to English or Maltese with the
permission of the author. The activity under the title "Twieqi " is a
perfect occasion to give a taste of the Maltese and the Palestine
literature. "Twieqi" is going to be held at the Common Room, Student
House, University at 7.30pm. Entry donation, which includes refreshments
that will be served afterwards, is 50c only. Attached please find a poster
of the event.
- Is-Sibt, 16 ta’ Settembru:
Lejla ta' letteratura internazzjonali
bis-sehem ta’ Clare Azzopardi, Valda Berzina Melgalve, Maria Grech Ganado,
Simone Inguanez, Immanuel Mifsud, Jordi Punti, Susan Richardson, Aki
Salmela, u Roman Simic fil-Kavallier San Ġakbu organizzata minn Inizjamed
u Literature Across Frontiers fit-8.00 pm. Kulħadd mistieden. Dħul b'xejn.
- Is-Sibt, 9 ta' Settembru: Lejla
Maltija b’riżq it-twaqqif tal-monumenti f'ġieħ Karmenu Vassallo u Patri
Ġużè Delia SJ f'Għar Lapsi mill-Għaqda Kulturali Siġġiewi.
- Imut
Ġorġ Chetcuti (Settembru
2006). Stqarrija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
-
PoeżijaPlus - It-Tnejn 25
ta' Settembru, 2006.
Serata dwar l-Indipendenza.
Fis-7.30pm fil-Bitħa tat-Teatru Manoel.
- Il-Ħadd, 3 ta' Settembru: Jum Wied
il-Għajn. Serata Mużikali Maltija mill-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn
flimkien mal-Moviment Favur il-Ħarsien tal-Wied tal-Magħluq. Fuq il-Pont
ta' Dawret il-Magħluq, Wied il-Għajn fit-8.00 ta' filgħaxija bis-sehem
tal-kantanta Graziana Axisa segwita b'kunċert sħiħ u live minn Walter
Micallef u l-ħbieb. Il-kanzunetti kollha huma bil-Malti.
- Is-Sibt, 2 ta' Settembru: Serata ta'
Poeżija f'Għawdex mill-Għaqda Poeti Maltin, fis-Sala tal-Ministeru, Pjazza
San Franġisk, Victoria, fis-7p.m. Tippresiedi l-Onor. Sinjura Giovanna
Debono, M.P., Ministru għal Għawdex.
-
F'Awwissu
l-grupp
PoeżijaPlus se jorganizza
lejla ta' mużika, diskussjoni u poeżija bit-tema "Nibnu l-Pontijiet."
Il-laqgha se ssir nhar it-Tnejn 28 ta' Awwissu 2006 fil-Café Deux des
Baronnes, fi Triq Sant' Ursola, il-Belt Valletta (taħt il-Barrakka ta'
Fuq) fis-7:30 ta' filgħaxija. L-għan ta' din il-laqgħa hu li nġibu
nies minn diversi kulturi u twemmin sabiex jitħaddtu dwar il-paċi.
Il-grupp jemmen li diskors dwar il-paċi jrid jitlaq mill-punt li
jinftiehmu s-sensibilitajiet li jdawru d-diversità ta' l-individwi, għax
jekk il-paċi għandha tkun lingwaġġ universali, li jaqbel għal kulħadd
l-istess, daqstant ieħor, il-persuna, fl-individwalità tagħha għandha
tagħraf li m'hemmx tipi differenti ta' paċi, imma l-paċi hija waħda għal
kulħadd.
Fost il-kelliema mistiedna se jkun hemm l-Imam
tal-komunità Islamika Maltija, il-Professur Joe Friggieri, il-Professur
Peter Serracino Inglott, u s-Sur Lawrence Attard Bezzina, li se jkun qed
jirrappreżenta l-komunita' Lhudija f'Malta. Barra minn hekk kantanti u
gruppi Maltin, Peruvjani, Slovakki u Kongoliżi se jinterpretaw 'live'
il-mużika etnika tagħhom. Il-pubbliku huwa mistieden iġib miegħu poeżiji
marbutin mat-tema tal-paċi biex jinqraw waqt is-serata.
- Tħabbret il-mewt ta' Patri Dwardu
Fenech OSA nhar is-Sibt 5 ta' Awwissu, 2006.
Dwardu Fenech twieled Ħ’Attard fl-1 ta’ Ġunju 1933.
Fl-1966 beda jgħallem
fid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta. Membru fl-Akkademja
tal-Malti mill-1969 u kien membru fil-Kunsill ta’ l-Akkademja fl-1976.
Kien ukoll Viċi-President ta’ l-Għaqda tal-Malti (Università) fl-1975 u
membru fil-kumitat ta’ l-Għaqda ta’ l-Għalliema tal-Malti fl-1976. Fost
ix-xogħlijiet tiegħu ppubblikati nsibu Mad-Daqq ta’ l-Arpa (1958),
L-Ortografija Maltija (1963), Taħt il-Qawsalla Tiegħi
(1964), Rużar Briffa: Il-Poeta tas-Sbuħija (1964) u
Wirt il-Muża
(1977). [Patri
Dwardu Fenech OSA]
-
Nhar it-Tlieta, l-1 ta' Awwissu,
fit-8.00pm, Inizjamed, bi sħab mal-Kunsill Lokali tal-Kalkara, se
jorganizza inkontru letterarju mal-poeta u l-studjuż Malti-Kanadiż John P.
Portelli fiċ-Ċentru Dawradurella f'Bighi. Dawk preżenti se jkunu jistgħu
jisimgħu wħud mix-xogħlijiet ta' John Portelli u jaqraw ukoll xi
xogħlijiet minn tagħhom. Din l-attività hija miftuħa għal kulħadd.
Koordinazzjoni Roderick Mallia.
Ara l-websajt
ta'
Inizjamed.
-
L-Erbgħa, 2 ta' Awwissu, fis- 7.00pm, fi
Ġnien San Girgor, iż-Żejtun. Qari ta' poeżija ta' Ġużè Chetcuti, kant u
mużika ta' Walter Micallef. Lejla organizzata mill-Kunsill Lokali
taż-Żejtun.
-
Nhar il-Ħamis, 3 ta' Awwissu, fit-8pm, fil-Café Deux Baronnes, il-Belt
Valletta (taħt il-Barrakka ta' Fuq), Inizjamed, bi sħab mal-Kavallier ta'
San Ġakbu, se tippreżenta lejla ta' poeżija bis-sehem tal-poetessa
mill-Istati Uniti Moira Egan, li tinsab Malta għal xahar għal Mawra ta'
Kitba, u għadd ta' kittieba Maltin. Moira Egan u għadd ta' poeti Maltin,
fosthom Antoine Cassar, Maria Grech Ganado, Adrian Grima, u Roderick
Mallia se jaqraw uħud mix-xogħlijiet tagħhom. Kulħadd mistieden. Dħul
b'xejn.
-
L-Għanja tal-Poplu waqt
Poeżijaplus.
Fil-Cafe
Deux Baronnes (ħdejn il-Barakka ta' Fuq) nhar it-Tnejn 31 ta' Lulju
2006, fis-7.30 ta' filgħaxija. Dħul b'xejn.
B'għażla sabiħa ta' kanzunetti li
saru popolari permezz ta' dan il-festival. Jinterpretaw dawn l-għanjiet
b'akkumpanjament 'live': Walter Micallef, Augusto Cardinali, Mark
Spiteri Lucas, Rita Pace, Manwel Mifsud, Mario Debono u Teddy Zammit,
Shannon Muscat, Sandro Cassar, Isabelle Zammit Bianca Casha, Louanne
Caruana, Francesca Zarb, She2s, Merga, Dario u Grecia Bezzina, u Charles
Dalli.
Waqt din
l-attività l-Għaqda Maltija ta’ l-Astronomija, permezz ta' teleskopju li ser
iġibu f'Café Deux Baronnes qed jistiednu l-pubbliku preżenti biex jagħti
ħarsa ftit iktar mill-qrib lejn il-pjaneta Jupiter u wħud mill-qmura tagħha
kif wkoll il-qamar li ser ikun qrib l-ewwel kwart. Min jixtieq ikun jaf
aktar dwar l-Għaqda Maltija ta’ l-Astronomija jista' jżur il-website
www.maltastro.org
-
Nhar it-Tlieta, 25 ta' Lulju,
fit-8.00pm, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' l-Isla, se jsir
inkontru letterarju bejn kittieba ta' Inizjamed u poeti minn Detroit u New
Jersey fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. Din il-laqgħa pubblika se ssir
fi Ġnien il-Gardjola, l-Isla.
Il-kittieba
Amerikani
li ser jieħdu
sehem huma l-poeta u kantawtur M. L. Liebler (ritratt), il-kittieba
Italo-Amerikana Maria Mazziotti Gillan,
Jennifer Gillan,
u
Anca Vlasopolos.
Koordinazzjoni Roderick Mallia.
Ara l-websajt
ta'
Inizjamed.
-
Il-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku li l-edizzjoni ta’ din
is-sena tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb hi miftuħa. Għal dan il-konkors
jistgħu jikkonkorru l-kotba li ġew stampati fl-2005. Min jidħol għal dan
il-konkors irid ikun ċittadin Malti. Il-parteċipanti għandhom idaħħlu
erba’ kopji ta’ kull pubblikazzjoni. Iż-żmien biex wieħed idaħħal il-kotba
hu sas-Sibt 29 ta’ Lulju sa nofsinhar. Mal-kotba għandhom jimtlew formoli
apposta. Dawn il-formoli jistgħu jinkisbu mingħand is-Segretarju
tal-Kunsill, il-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana. Is-Sur Debattista
jista’ jkun ikkuntattjat fuq 21 222 654. Wieħed jista’ wkoll jiktiblu
fl-e-mail
joe.debattista@gov.mt. [ikompli]
|
|
|
- Il-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku li għall-edizzjoni ta’
din is-sena tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb se jingħata
premju lil persuni li taw kontribut siewi
fil-letteratura jew fil-qasam tal-ktieb. Dawn jistgħu jkunu awturi,
pubblikaturi, disinjaturi jew persuni oħra li taw kontribut dirett
fil-qasam tal-kotba f’pajjiżna. Tagħrif
hawnhekk.
|
|
|
-
Sessjoni ta' storja,
letteratura, u għana fil-Mużew tal-lingwa Maltija, fil-Berġa ta' Franza,
Triq Hilda Tabone, il-Birgu, kull nhar ta' Sibt bejn l-11.00am u 12.00am.
Għal aktar tagħrif ċemplu 2166 7001.
|
|
|
-
Tuesday 1st
August: Samuel Beckett’s “Endgame”
will be performed again in a Maltese version at the Old Opera House
together with a repeat performance of “Act without Words 1 &
2”.
-
Wednesday 2nd
August:
Imqareb Kliem – Il-Jien u Lil Hinn Minnu produced by AWL, a literary evening at Freedom Square. The
presentation includes an audio-visual documentary about the national poet,
Dun Karm Psaila.
-
Wednesday 9th
August:
Koċċ Nir Ver’Univers
are three installations based on original poetry by the group
AWL. Works are by Caldon Mercieca, Michael Zammit and Glen Calleja
at Freedom Square.
Further information may be obtained from
the Malta Council for Culture and the Arts at 230 Republic Street,
Valletta, Tel: 21 245 168 (opening hours from 08:00 to 12:30).
www.maltaculture.com
|
|
|
|
|
|
- L-antoloġija
Storja Tinkiteb, bin-novelli li nqraw waqt il-Festival Internazzjonali
tan-Novella li ttella' mill-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti, jinsab
għall-bejgħ. Kitbiet ta' Leila Abouzeid, Clare Azzopardi, Paul P. Borg,
Lou Drofenik, Joe Friggieri, Bernard Micallef, Immanuel Mifsud, Alessandro
Tamburini, u Trevor Żahra. Il-ktieb jinkludi wkoll storja ta' Juan Mamo u
oħra ta' Ghassan Kanafani. Pubblikazzjoni tal-Klabb Kotba Maltin. Disinn
tal-qoxra ta' Pierre Portelli. Il-koordinazzjoni tal-Festival kienet
f'idejn il-Kumitat Tekniku tal-Letteratura fi ħdan il-Kunsill. Prezz:
Lm3.95. Ara wkoll
din il-paġna.
|
|
|
-
Nhar s-Sibt 22 ta' Lulju fis-7.30pm.
MUSIC AND POETRY EVENING. The Centru Animazzjoni u Komunikazzjoni (CAK) of
the Franciscan Conventuals, togetther with Mario Micallef, are organising
an evening of music and poetry at CAK conference Hall in S. Sommier
Street, Birkirkara, on Sunday. Under the Patronage of President Edward
Fenech Adami, the Evening will include reading of poems by Dun Karm,
Oliver Friggieri, Anton Buttigieg, Gorg Peresso, and Achille Mizzi, as
well as music and drama. Also partecipating are Mario and Nathalie
Micallef, Monica Attard, Ġorġ Peresso, Diane Micallef (voice), Vince Fabri
(guitar) and Valmor Montfort (violin). Those interested are to collect
their invitation from the Centre or call 2149 8343 for bookings.
-
It-Tlieta 18 ta' Lulju,
fit-8.00pm. Tnedija tar-rumanz
Il-Manifest tal-Killer
ta' Karl Schembri (Choppy Books) f'Gianpula, limiti tar-Rabat, bħala parti
mill-preżentazzjoni tal-Premju Julian Manduca mniedi mill-MediaToday.
Dakinhar il-ktieb ikun għall-bejgħ bil-prezz ta' Lm3.00 flok Lm3.50. Jieħu
sehem ukoll Walter Micallef. Parti mill-Premju Julian Manduca se jmur
ukoll għal proġett tal-Friends of the Earth.
-
It-Tnejn 17 ta' Lulju, fit-8.30pm.
Saydorama - lejla Letterarja f'għeluq il-35 sena mill-mewt ta' Pietru Pawl
Saydon (1895-1971). Fl-Atriju Vassalli ta' l-Università ta' Malta, bħala
parti mill-Festival Iljieli fuq il-Kampus. Produzzjoni ta' Terence
Portelli, Tonio Caruana u Carmel Bezzina. Dħul b'xejn.
-
Il-Ħamis, 6 ta'
Lulju, fit-8.00pm. Tnedija tal-ktieb ta' novelli Il-Linja l-Ħadra
ta' Clare Azzopardi fil-Kavallier ta' San Ġakbu. Pubblikazzjoni tal-Merlin
Library Ltd. Disinn ta' Pierre Portelli. Jieħdu sehem l-atturi Marcelle
Teuma u Joseph Galea. Kumment qasir ta' Dr. Adrian Grima. Ara t-tagħrif
kollu
hawnhekk.
-
Fit-22 ta' Ġunju 2006 tħabbret il-mewt ta'
l-għannej ewlieni Malti Frans Baldacchino "Il-Budaj" (1943-2006).
-
Il-Ġimgħa, 23
ta’ Ġunju: lejla ta’ poeżija mill-Għaqda Poeti Maltin fis-Sala tal-Kunsill
Lokali ta’ Birkirkara, fis-6.30 pm.
-
Inizjamed,
bil-kollaborazzjoni tal-Kavallier ta' San Ġakbu, se torganizza
sensiela ta' erba' workshops tal-kitba
kreattiva u sessjoni ta' qari ta' xogħlijiet miktuba
bejn id-29 ta' Ġunju u t-28 ta' Lulju. Il-kors se jitmexxa minn Clare
Azzopardi B.Ed., M.Ed. (Sheffield), li minbarra li hija kittieba ewlenija
fost il-ġenerazzjoni l-ġdida ta' kittieba Maltin, speċjalizzat proprju
fit-tagħlim tal-kitba kreattiva, suġġett li tgħallmu wkoll fl-Università
ta' Malta. L-erba' workshops se jsiru dejjem nhar ta' Ħamis filgħaxija,
bejn is-6.00pm u d-9.00pm, fil-Kavallier ta' San Ġakbu, fid-29 ta' Ġunju,
13 ta' Lulju, 20 ta' Lulju, u 27 ta' Lulju. Is-sessjoni ta' qari fi tmiem
il-kors se tkun il-Ġimgħa 28 ta' Lulju. Ħlas għall-kors: Lm20 prezz
normali - Lm12 għall-istudenti. Għal aktar tagħrif żur il-websajt
www.inizjamed.org. Biex
tinkiteb ibgħat ittre lil
inizjamed@maltaforum.org.
-
Il-Premju
Nazzjonali tal-Ktieb 2006. Fi ftit tal-ġimgħat oħra, il-Kunsill Nazzjonali
tal-Ktieb se jiftaħ edizzjoni oħra tal-premju letterarju. Għal dan
il-premju jistgħu jieħdu sehem il-kotba li ħarġu fl-2005. Din is-sena qed
ikunu proposti numru ta’ bidliet sostanzjali li permezz tagħhom il-premju
se jirrifletti l-qagħda letterarja preżenti. Minn issa ’l quddiem dan
il-premju prestiġjuż se jibda jissejjaħ Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.
Ara l-Folju
tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
-
Il-Fondazzjoni
Blata LX ser torganizza taħdita pubblika fuq id-Da Vinci Code nhar is-Sibt
17 ta’ Ġunju 2006 fis-7 pm f'“The Old Villa Rosa,” Triq in-Nemes, San
Ġiljan bil-participazzjoni ta’ Fr John Wauck, Qassis tal-Prelatura ta’
l-Opus Dei, Professur fil-Letteratura Nisranija fl-Università Pontifiċja
tas-Salib Imqaddes; Nikol Baldacchino, ġurnalist; Godfrey Grima,
ġurnalist; u Frans Sammut, rumanzier u kittieb. L-istampa u l-pubbliku
huma mistiedna li jattendu. Dħul b'xejn.
-
Is-Sibt, 3 ta’
Ġunju: l-Akkademja tal-Malti se torganizza seminar dwar il-kultura orali
f’Malta matul iż-żmien. Il-kelliema f’dan is-seminar se jkunu l-Professur
Godfrey Wettinger, Dr Carmel Cassar, is-Sinjura Anna Borg Cardona, u Dr
Ġorġ Mifsud-Chircop. Se jkun hemm ukoll il-Ġukulari Ensemble li se
jesegwixxu għanjiet Maltin li nstabu dan l-aħħar. Is-seminar se jsir
fis-Sala Isouard tat-Teatru Manoel bejn id-9.30a.m. u n-12.30p.m.
-
Bħala parti
mill-proġett ta' bini ta' monumenti għal Karmenu Vassallo u Patri G.
Delia, l-Għaqda Kulturali Siġġiewi se jorganizzaw "Lejla Maltija" f’Ghar
Lapsi, nhar is-Sibt 3 ta’ Gunju 2006 mit-8.15 pm ‘il quddiem.
-
Il-Ġimgħa, 9 ta'
Ġunju: lejla letterarja mill-Għaqda Poeti Maltin f'Misrah Diċembru XIII,
fiż-Żejtun, wara l-Knisja parrokkjali. 7.30 pm.
-
Ħareġ il-ktieb
ta' poeżiji Siegħa Vjola - Poeżiji 1993-2005 ta' Joseph Buttigieg.
-
Ktieb ġdid li
għadu kif ġie ppubblikat f'Għawdex bi 33 poeżija ta' Mary Meylak dwar
L-Istrumenti tal-Passjoni. Dan il-ktejjeb ta' 48 paġna jiġbor fih
ġabra ta' poeżiji dwar il-Passjoni li nstabu dan l-aħħar f'manuskritt
tagħha u li sa fejn huwa magħruf, ħafna minnhom qatt ma ġew ippubblikati.
Il-ktieb jista jinkiseb mingħand il-pubblikatur tal-ktieb, is-Sur Frank
Mercieca (Tel : 2155 6344) għall-prezz ta' LM1.
-
Poeżijaplus nhar it-Tnejn 26 ta' Ġunju, fis-7.30 p.m fil-Cafe Deux
Baronnes, il-Belt. Il-post jinsab ħdejn il-Barakka ta' Fuq, wara Dar
l-Emigrant. Tema: L-ARTI TAL-FUTBOL Jinqara xogħol letterarju ispirat minn
din it-tema. Mistennija jintervjenu Fr Hiliary Tagliaferro, Chris Cassar,
Tony Briguglio u Carmel Busutill; imexxi d-diskussjoni Joe Debono. Ikun
hemm big screen biex wiehed isegwi l-loghba li jkun imiss. Ara
Poeżijaplus u
www.maltapoetry.com (Online
Anthology of Maltese Poetry)
-
Festival Nazzjonali ta' l-Għana fl-Argotti
- 26-28 ta' Mejju 2006
-
Katanga! - Celebrating Diversity -
il-Ħadd 28 ta' Mejju fit-8:00pm, fit-Teatru tal-Kavallier ta' San Ġakbu.
Biljetti Lm2.50. Bis-sehem ta' awturi Maltin.
-
Is-Sibt, 27 ta’
Mejju: tnedija tal-ktieb ta' Frans Sammut, Dwar The Da Vinci Code
mill-Għaqda tal-Malti – Università fir-Radisson SAS Baypoint Hotel
fl-10.00 ta’ filgħodu. Jieħdu sehem fid-diskussjoni: Rev. Prof. Peter
Serracino Inglott, Charles Flores u Rev. Norbert Ellul Vincenti.
- Is-Sibt 27 ta'
Mejju fis-7.30pm fit-Teatru Manoel - POEŻIJAPLUS. Hekk Jizvoga
l-Kantant-Poeta. Bis-sehem ta' Vince Fabri, Walter Micallef, Tony Grimaud,
Mark Spiteri Lucas, Rita Pace, Frank O’Neil, David Azzopardi, Frans
Baldacchino (Budaj), Mario Debono u Manwel Mifsud. Biljetti: Lm4, Lm2.
- It-Tnejn, 29 ta’
Mejju: taħdita minn Poeżijaplus fuq il-ktieb ta’ Dan Brown, The Da Vinci
Code bis-sehem ta’ Trevor Żahra, Tony Cassar Darrien, Mario A. Azzopardi,
Karl Schembri, Chris Gruppetta u Oliver Mallia, il-Kummissarju tal-Films.
Fil-bitħa tat-Teatru Manoel, 7.30 pm.
- Toħroġ l-ewwel
Ittraħbar
ta' l-Għaqda tal-Malti - Università (Mejju 2006)
-
www.maltapoetry.com - Poeżijaplus u AZ Creations jixtiequ
jħabbru t-tnedija ta' l-antoloġija virtwali tal-poeżija Maltija,
www.maltapoetry.com,
waqt il-lejla
letterarja li l-KNK u Poeżijaplus qed jorganizzaw fil-Kavallier ta' San
Ġakbu nhar il-Ħadd 23 ta' April fit-8p.m.
- Seminar
għall-Parteċipanti tal-Fiera tal-Ktieb 2005 organizzat mill-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb fil-25 ta’ April. Ara r-rapport
hawnhekk.
- Nhar il-Ħadd, 23
ta' April fit-8 pm fil-Kavallier ta' San Ġakbu, il-Kunsill Nazzjonali
tal-Ktieb u Poeżijaplus ser jorganizzaw
lejla letterarja. Qed jistiednu
lill-kittieba biex jieħdu sehem f'din l-attività. Il-poeti li
jixtiequ jieħdu sehem għandhom jiktbu mill-iktar fis lil
sergiogrech@yahoo.com. Aktar tagħrif
hawnhekk.
- World Book Day -
23 April, 2006. For the third consecutive year, St James Cavalier is
celebrating World Book and Copyright Day on Sunday 23 April, an
international event initiated by UNESCO to promote reading, publishing and
the protection of intellectual property through copyright.
Activities for children and adults will be spread along the whole day from
10 am till 10pm. including discussions with local authors, an exhibition
organized by the National Library, storytelling in both English and
Maltese by local personalities, Open Mic sessions and personalities
discussing their favourite book. Personalities who are going to be involved in story telling to children
include Valerie Vella, Pauline Agius, Debbie Scerri, the OWKEJ team, Peppi
Azzopardi, Kurt Castillo and many others. There are also going to be three special film shows, featuring
The Wind
in the Willows (4pm), Pride and Prejudice (7pm) and The Merchant of
Venice (9pm). Children up to twelve years get a special discounted
price per film. Hundreds of second hand books are going to be freely available around the
Centre, to urge people to pick one up and read. In fact St James Cavalier
is currently collecting second hand books from local suppliers and private
individuals, but many more are still needed to make this event success.
Anyone wishing to donate books may contact St James Cavalier on 2122 3200.
Ara www.sjcav.org.
- On Monday 24
April, Heaven on Earth (or so says the politician). This evening will be
dedicated to political literature. Lino Spiteri is one of the special
guests. Mario A. Azzopardi shall discuss the role of politics in cinema. A
special musical performance,
by an American and Italian songwriters. Greg Patton and Sonia Milan. The
event starts at 7.30pm and will be held in the Manoel Theatre's courtyard.
The public is invited to attend. Entrance is free of charge.
www.poezijaplus.com. See also the Online Anthology of Maltese
Poetry at
www.maltapoetry.com.
- L-Erbgħa, 26 ta’
April: Il-Kotra u Jien – sensiela ta’ taħditiet fuq il-kampus ta'
l-Università. It-tielet
taħdita organizzata mill-Għaqda tal-Malti – Università bis-sehem tal-Prof.
Joe Friggieri, Frans Sammut u Vince Vella. Imexxi l-Prof. Joseph M. Brincat.
Tieħu sehem ukoll il-kantanta Olivia Lewis. L-attività se ssir fil-common
room, Dar l-Istudent, l-Università, f’nofsinhar.
- Il-Ħadd, 30 ta’
April: Noel Fabri – 20 sena ta’ kitba: lejla mużiko-letterarja fis-sala
ta’ l-iskola Lily of the Valley, il-Mosta fis-6.30 pm bis-sehem ta’
l-Amadeus Chamber Choir.
- Is-Sibt, 8 ta’
April: lejla mużiko-letterarja mill-Għaqda Letterarja Maltija bit-tema
XXXIII L-Istrumenti tal-Passjoni ta’ Mary Meylaq, fis-sala tal-wirjiet
fil-Ministeru għal Għawdex, ir-Rabat - Għawdex. Jieħdu sehem il-poeti u
l-awturi Għawdxin u l-istudenti ta’ l-Iskola tal-Mużika ta’ Għawdex.
L-attività tibda fis-6.30pm u kulħadd huwa mistieden.
- Pubblikazzjonijiet
Kamaleontiċi għadhom kemm ippubblikaw ktieb bit-titlu Sejjaħli B'Ismek,
b’numru ta' poeżiji ta' Lara Calleja, Alison Camilleri, Mark
Camilleri, Christopher Cutajar, Fabio D'Amato, Cedric Farrugia, Dario
Grixti u Kevin Saliba. Il-poeżiji jvarjaw minn stil ħajku sal-kwartina
konvenzjonali. It-tnedija tal-ktieb ser issir nhar l-Erbgha, 6 ta’ Marzu
fl-Antalex Bar, il-Belt, fit-8.30pm. L-Antalex jinstab fl-aħħar tarf ta’
Triq Id-Dejqa. Ara wkoll:
www.malti.info
- Fl-okkażjoni ta'
Jum l-Ewropa fid-9 ta' Mejju, se ssir inizjattiva li fiha se jieħdu sehem
awturi Maltin. Ara d-dettalji
hawnhekk.
- Il-Ġimgħa, 19 ta'
Mejju: lejla letterarja mill-Għaqda Poeti Maltin fis-Sala tal-Kunsill
lokali ta' Ħaż-Żabbar. Mistiedna specjali l-poeti Dr. Carmel Mallia u
Alfred Palma. 6.00 pm.
- L-Akkademja
tal-Malti tippreżenta dawl ġdid fuq l-ewwel pubblikazzjoni tal-katekiżmu
Kattoliku bl-ilsien Malti: Taġhlim Nisrani (1752) ta’ Franġisku
Wzzinu. It-taħdita fuq Wzzinu minn Dr. William Zammit se ssir nhar
it-Tlieta, it-2 ta’ Mejju 2006, fis-6:00pm, fis-Sala Robert Samut
(il-Knisja tal-Metodisti) il-Furjana. Agħfas
hawn.
-
It-Tlieta, 28 ta’
Marzu:
Il-Kotra u Jien – sensiela ta’ taħditiet fuq il-kampus.
It-tieni taħdita organizzata mill-Għaqda
tal-Malti – Università bis-sehem ta’ Dr Rena Balzan, Alfred
Buttigieg u Achille Mizzi. Imexxi Dr Charles Briffa. Jieħu sehem ukoll
il-kantawtur Vince Fabri. L-attività se ssir fil-common room, Dar
l-Istudent, l-Università, f’nofsinhar.
- It-Tnejn, 27 ta’
Marzu:
Poeżijaplus bis-sehem tal-kittieba nisa. Tieħu sehem is-sopran
Louiselle Pace Gouder li ser tkanta poeżiji ta’ Rużar Briffa mal-mużika
ta’ Joseph Abela Scolaro. Fis-7.30 pm fil-bitħa tat-Teatru Manoel.
- Is-Sibt, 25 ta’
Marzu: Seminar dwar il-Poeżija fis-Savannah Suite, fil-Lukanda Coastline
mid-9.00am sas-13.00pm (ikun hemm żewġ waqfiet għall-kafè).
-
L-Erbgħa,
22 ta' Frar,
fis-7.00pm, f'Sala Robert Samut,
il-Furjana. Attività
biex titfakkar il-mewt
tal-poeta
Rużar Briffa
(1906-1963) nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Frar 1963, fid-dar tiegħu fil-Bini
Vincenti, Triq id-Dejqa, il-Belt.
Koordinazzjoni Sergio Grech. Inizjattiva
tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol.
-
Nhar il-Ġimgħa
24 ta’ Frar, fis-7.00pm, ġewwa r-Razzett
Antik tal-Markiż, il-Mosta, ser jitnieda l-ktieb STUPRU. Dan huwa t-tielet
ktieb ta’ l-awtriċi Marie Anne Zammit. Stupru huwa l-istorja ta’
Francine, vittma li tispiċċa l-ħabs wara li toqtol lill-aggressur tagħha.
Tul ir-rakkont il-vittma tistqarr l-esperjenza tagħha.
-
Is-Sibt, 25 ta’
Frar: il-festival letterarju VERS AGĦTINI mniedi minn FrannJo Publications
u Heritage Malta jfakkar il-Jum Internazzjonali ta’ Ilsien Pajjiżi,
mis-6.30 pm sat-8.30 pm fil-Berġa ta’ Franza, il-Mużew tal-Lingwa Maltija,
Triq Ħilda Tabone, Il-Birgu. Għal aktar tagħrif: 21 667 001.
-
Nirrakkuntaw
mal-Ġaħan Taghna - Nhar it-Tnejn, 27 ta'Frar,
fis-7.30pm, fil-bitħa tat-Teatru Manoel, imiss edizzjoni oħra ta'
Poeżijaplus. Dan ix-xahar it-tema hi "Nirrakkuntaw mal-Ġaħan Tagħna."
Is-serata ser tikkonsisti fi stejjer rrakkontanti u għana. Dr Ġorġ Mifsud
Chircop ħejja programm imżewwaq. Din is-serata qed tittella' flimkien ma'
Narraturi 21. Kulhadd mistieden; dħul b'xejn.
www.poezijaplus.com
-
L-Erbgħa l-1 ta' Marzu. Tnedija tal-ktieb tal-poeżiji
Rakkmu ta'
Adrian Grima (KKM)
fis-7.30pm
fit-Teatru
tal-Kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt Valletta. Il-ktieb jiġbor
fih 62 xogħol miktub bejn l-1995 u l-2005. Id-disinn huwa ta' Pierre
Portelli. Fil-preżentazzjoni
tal-ktieb se jieħdu sehem l-atturi Ray Calleja u Marcelle Teuma, il-perkussjonista Renzo Spiteri
u għannej mill-Eritrea.
Pierre Portelli se jgħin fil-projezzjoni ta' għadd ta' ritratti. Dwar
il-poeżiji se jitkellmu s-soċjologa Dr. Josann Cutajar u l-attivisti
kulturali Noora Baker u Khaled Katamish. KULĦADD MISTIEDEN. Ara
www.adriangrima.com.
-
FESTAKTIEB
(Bookbonanza) mill-PEG. Il-Ġimgħa: 4.00pm - 8.30pm;
Is-Sibt u l-Ħadd: 10.00am - 8.30pm. FIl-Kwartieri Ġenerali ta'
l-Iscouts, il-Furjana. Kotba kollha nofs prezz.
www.peg.com.mt
-
Is-Sibt 18 ta'
Marzu, fl-10.00 ta' filgħodu - Taħdita ta'
Dr. Adrian Grima dwar Juan
Mamo organizzata mill-Akkademja tal-Malti
-
Seminar dwar
it-Tixrid tal-Poeżija. Nhar is-Sibt, 25 ta' Marzu,
il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb beħsiebu jorganizza seminar dwar kif
il-poeżija tista' titwassal għand in-nies. Il-KNK jemmen li l-poeżija
f'Malta laħqet livell tajjeb imma mhix tasal biżżejjed għand il-poplu.
Nemmnu li hemm bżonn ta' diskussjonijiet bħal dawn. L-idea hi li
l-partijiet kollha koncernati jiltaqgħu u jiddiskutu dwar dan. Il-Kunsill
se jlaqqa’ flimkien il-kittieba, il-pubblikaturi, l-għaqdiet letterarji,
il-kunsilli lokali, l-industrija, il-Kunsill ta' l-Ilsien Malti u Kunsill
tal-Kultura u l-Arti. Is-seminar se jsir filgħodu; i l-post jitħabbar
aktar tard.
-
Dun Karm –
Wiċċ Malti għall-munita Ewro
(L-Akkademja tal-Malti)
-
Riformi
fil-Fiera tal-Ktieb, il-Premju Letterarju u
s-sussidji għall-kotba (Jan 06)
-
Il-Ġimgħa,
17 ta' Frar, fis-6.30pm fl-Istitut Libjan f'Ta' Giorni. Lejla ta' poeżija bis-sehem, fost l-oħrajn, ta' Dr.
Martin Zammit, il-Prof. Anthony J. Frendo, Dr. Saadun Suayeh,
il-Prof. Oliver Friggieri, il-Prof. Abdul Mawla Bagdadi, Dr. Adrian Grima
u s-Sur Walid Nabhan. Inizjattiva tad-Dipartiment ta' l-Għarbi u l-Istudji
tal-Lvant Qarib ta' l-Università ta' Malta. Wara jkun hemm riċeviment
żgħir. Kulħadd mistieden. Dħul b'xejn.
-
"Voices of China" huwa l-isem ta'
l-attività li jmiss ta' Poezijaplus li dan ix-xahar se ssir nhar it-Tnejn,
23 ta' Jannar fis-7.30pm fis-Sala Isouard tat-Teatru Manoel. Din il-lejla
se tittella' bi sħab maċ-Ċentru Kulturali Ċiniż u taħt il-patroċinju ta'
l-Eċċellenza tiegħu, is-Sur Liu Zhengxiu, l-ambaxxatur taċ-Ċina għal
Malta. Dr Li Qingben se jitkellem dwar ir-rabtiet bejn il-poeżija u l-arti
performattiva fiċ-Ċina u se jkun hemm ukoll qari ta' poeżija Ċiniża,
mużika u żfin. Dr. Adrian Grima se jagħti ħarsa lejn l-iżvilupp
tal-poeżija Maltija waqt li Charles Mifsud, Stephanie Farrugia, Doreen
Sammut u Simone Inguanez se jaqraw xogħlijiet Maltin.
-
Nhar is-16 ta' Jannar 2006 jaħbat għeluq
il-100 sena mit-twelid tal-poeta
Rużar Briffa (1906-1963).
Se jsir Korteo l-Ħadd. 15 ta' Jannar, fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata
fl-10am.
-
Nhar is-16 ta' Jannar 2006 jaħbat għeluq
il-100 sena mit-twelid tal-poeta
Rużar Briffa (1906-1963).
Se jsir Korteo l-Ħadd. 15 ta' Jannar, fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata
fl-10am.
-
Ir-Rebbieħa tal-Premju Letterarju
għall-2004
|
|
|
|
|
|
Avvenimenti Importanti fl-2005 |
|
|
bl-għajnuna ta' Joseph Borg |
|
|
|
|
|
-
Tnedija tal-ktieb
Ftit Mara, Ftit Tifla,
poeżiji ta' Simone Inguanez (Klabb Kotba Maltin), nhar it-Tnejn, 12 ta'
Diċembru, 2005, fis-7.30pm, fiċ-Ċentru tar-Restawr, Villa Bighi,
il-Kalkara.
-
Ir-Rebbieħa tal-Premju Letterarju
għall-2004
-
Attivitajiet u
wirjiet waqt il-Fiera tal-Ktieb 2005
-
It-Tlieta 29 ta'
Novembru, 2005, fis-7.15pm:
L-Għaqda Mużikali Sant'Andrija,
f'Misrah il-Knisja,
Ħal Luqa, stiednet
lil Dr. Adrian Grima biex jitkellem dwar il-kittieb Ħalluqi, Juan Mamo.
Fis-serata ser jieħu sehem ukoll it-Tenur Ħalluqi Andrew Sapiano flimkien
ma’ mużiċisti mill-Għaqda
Mużikali Sant'Andrija. Il-preżentatur tal-lejla se jkun is-sur
Ġorġ Peresso li se jaqra wkoll novella ta' Juan Mamo magħżula minn Adrian
Grima u ppubblikata fil-gazzetta Il-Berqa.
[Ikompli]
-
POEŻIJAPLUS - Nhar
it-Tnejn 28 ta' Novembru, 2005, fis-7.30 p.m. ta' filgħaxija fil-bitha
tat-Teatru Manoel. Il-grupp ser isellem lil Ġan Franġisk Abela, missier
l-istorja ta' Malta permezz ta' intervent dwaru mill-istoriku DR CARMEL
CASSAR. Waqt din l-attività ser ikun imniedi l-ktieb GĦELUQ
tal-poeta VICTOR FENCH. Fenech ser ikun intervistat dwar l-erbgħin sena
ta' ħidma tiegħu fil-kamp tal-poeżija. Poeżiji tiegħu ser jinqraw minn
Marcelle Teuma. Terence Portelli ser jagħmel intervent dwar Il-poeżija ta'
Fenech. Mużika minn: FRANK O'NEIL, WALTER MICALLEF U VINCE FABRI. Ispirati
mic-CHOGM Il-grupp ser jippreżenta ħames poeżiji ta' poeti internazzjonali
li ġejjin mill-artijiet tal-Commonwealth.
-
Il-Ħamis, 17 ta’
Novembru: serata letterarja mill-Għaqda Poeti Maltin fil-Każin tal-Banda
San Gabriel, Ħal Balzan, fis-7.00 pm. Mistieden speċjali: Ġorġ Borg.
-
Il-Ġimgħa, 18 ta’
Novembru 2005: Lejla Letterarja mill-Għaqda Letterarja Maltija fir-Razzett
tal-Markiż, il-Mosta. Il-mistieden speċjali huwa Charles Casha bil-ktieb
ġdid tiegħu, Burraxki. Fis-7.00 pm.
-
L-Erbgħa, 30 ta’
Novembru: ftuħ uffiċjali tal-Fiera tal-Ktieb.
-
Swar fuq
Campus FM: lejla letterarja tas-sajf li għadda organizzata minn
Poeżijaplus, fis-7.30 pm.
-
Il-Kunsill Malti
għall-Kultura u l-Arti se jniedi konkors għall-aħjar kitba ta' drama li
jieħu post il-konkors Francis Ebejer. [Ikompli]
-
L-Erbgħa, 30 ta’
Novembru: ftuħ uffiċjali tal-Fiera tal-Ktieb.
-
Il-Ġimgħa, 2 ta’
Diċembru: iċ-Ċerimonja ta' l-Għoti tal-Premju Letterarju organizzat mill-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb Malti.
-
Il-Ministru ta’
l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, l-Onorevoli Dr Louis Galea, ħatar
il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għas-sentejn li ġejjin. L-ewwel żewġ
attivitajiet tal-Kunsill ser ikunu l-organizzazzjoni tal-Fiera tal-Ktieb u
l-Premju Letterarju li t-tnejn li huma ser isiru fil-bidu ta’ Diċembru ta’
din is-sena. Il-Kunsill diġà qiegħed jaħdem biex jifrex il-ħidma tiegħu
biex din ma tkunx limitata biss għal dawn iż-żewġ attivitajiet. [Ikompli]
-
Fit-30 ta Novembru,
2005 tiftaħ il-Fiera tal-Ktieb fin-Naxxar.
Ara wkoll
din il-paġna
-
Fit-2 ta Diċembru,
2005 ssir iċ-ċerimonja ta' l-għoti tal-Premju Letterarju
-
Mill-Ħamis 7 sas-Sibt 10
ta' Diċembru, 2005, fit-Teatru tal-Kavallier ta' San Ġakbu se jsir il-Festival
Internazzjonali tan-Novella bl-inizjattiva tal-Kunsill Nazzjonali
ta' l-Ilsien Malti u bi sħab ma' għadd ta' għaqdiet. Tlitt iljieli ta'
qari ta' novelli ta' awturi Maltin u barranin ewlenin minn atturi
stabbiliti. Qari u laqgħat ma' l-istudenti ta' l-iskejjel sekondarji.
Jieħdu sehem: Leila Abouzeid (mill-Marokk), Clare Azzopardi, Paul P. Borg,
Lou Drofenik (Maltija-Awstraljana), Joe Friggieri, Bernard Micallef,
Immanuel Mifsud, Trevor Żahra.
-
It-Tnejn, 31 ta’
Ottubru:
Poeżijaplus u Nature Trust jippreżentaw serata dwar l-annimali
fil-poeżija. L-għan tas-serata hu biex iż-żewġ għaqdiet jagħtu l-kontribut
tagħhom kontra l-moħqrija ta’ l-annimali.
-
L-Erbgħa, 2 ta’
Novembru: Serata Letterarja fil-Biblijoteka Nazzjonali minn
Poeżijaplus
b’tifkira ta’ l-450 sena mill-ħruġ tad-Digriet mill-Gran Mastru Claude De
La Sengle biex titwaqqaf Librerija Nazzjonali. Jiehdu sehem Charles Casha,
Patrick Sammut, Dr Carmel Cassar, Trevor Zahra u Olvin Vella.
-
Re-Visions - Literary Exchange in an
Enlarged Europe
-
Konferenza internazzjonali dwar il-letteratura u l-politika dwar
il-letteratura. Fil-Kavallier ta' San Ġakbu, Il-Ġimgħa 4 u s-Sibt 5 ta'
Novembru, 2005. Organizzata minn Inizjamed u Literature Across Frontiers
bl-appoġġ tal-Kavallier ta' San Ġakbu, The British Council u l-programm
Kultura 2000 ta' l-UE [Aktar
tagħrif hawnhekk].
-
Fit-8 ta Ottubru,
2005 se ssir konferenza stampa dwar ix-xogħol li se jidħol għalih
il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
-
Il-Ġimgħa, 14 ta’
Ottubru 2005 (sa nofsinhar): data ta’ l-għeluq għall-applikazzjonijiet
tal-Premju
Letterarju 2004 organizzat mill-Kunsill Nazzjonali
tal-Ktieb Malti. L-avviż uffiċjali deher fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta’
Settembru 2005. [Ikompli]
-
F'Settembru 2005
l-Akkademja
tal-Malti ppubblikat żewġ ħarġiet importanti tar-rivista
tagħha Il-Malti (editur Bernard Micallef). Il-ħarġa nru. LXXVI fiha
xogħlijiet letterarji minn għadd ta' kittieba stabbiliti u ġodda waqt lil
l-ħarġa nru. LXXVI fiha artikli ta' riċerka minn ħdax-il studjuż u
studjuża.
-
The Culture 2000 Call for Proposals for
2006 has been issued. Organisations may apply in the areas of Cultural
Heritage, Performing Arts, Visual Arts, Books & Reading, and Translation.
The deadlines for submission of applications for Culture 2000 funding are:
17 October 2005 for annual projects and translations, and 28 October 2005
for multi-annual projects. The Application Form and Specifications are
available on the
European Commission's website.
You can also
[Read
more]
-
Is-Sibt, 15 ta’
Ottubru: Serata ta’ Poeżija u Mużika f’ġieħ
Mons. Amante Buontempo
fl-okkażjoni tat-30 anniversarju mit-twaqqif ta’ l-Għaqda Poeti Maltin,
fis-Sala tas-Soċjetà ta’ l-Arti, Manifattura u Kummerċ, Triq
ir-Repubblika, il-Belt.
-
Il-Ħadd, 23 ta’
Ottubru fl-10.30 am: JUM DUN KARM attività
quddiem il-mafkar tal-poeta nazzjonali, il-Furjana.
Ara d-dettalji.
- Il-Ġimgħa, 30 ta’
Settembru: Serata ta’ Premjazzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija
(2005) mill-Għaqda Poeti Maltin fis-Sala Ġużeppi Despott, id-Diviżjoni ta’
l-Edukazzjoni, il-Furjana.
-
LEJLA LETTERARJA nhar is-Sibt, 24 ta’
Settembru 2005, fis- 7.00 p.m., f’Couvre Port, il-Birgu,
bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu.
Mistieden Speċjali: Guido Lanfranco. Kant u mużika f’idejn Vince Fabri.
Jinqraw xogħlijiet bit-tema “BIL-MOQDIEF U T-TRAM… STORJA TAT-TRASPORT
F’MALTA” Min irid jaqra xi kitba tiegħu preferibbilment fuq din it-tema.
-
Culture
2000 Information Session with a particular focus on Arts and Literature
organized by the Cultural Contact Point Office within the Ministry for
Tourism and Culture. On Tuesday 19 July, at 5.30pm in the Music Room of St
James Cavalier, Centre for Creativity, Valletta. Speakers, both from
Ireland, include Sarah Iremonger, Project Manager/ Curator and Visual Arts
and Residency Coordinator of Sirius Arts Center in Cork, and Giuliana
Zeuli, a literary translator, who pioneered the establishment of literary
translation projects.
[Read
more]
-
Balzani ieħor bħalna –
serata f’ġieħ Ġużè Cassar Pullicino.
It-Tlieta, 12 ta’ Lulju, 2005.
Organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan bl-għajnuna ta’ Ġorġ
Mifsud-Chircop u Joe Felice Pace, fi Triq it-Tliet Knejjes, fis-7.30 pm.
- Il-Ġimgħa, 22 ta’ Lulju:
Il-Ministeru għal Għawdex ser jorganizza kunċert ma’
Walter Micallef,
Renzo Spiteri (perkussjoni), Pawlu Camilleri l-Bibi (orgni tal-ħalq), Jes
Psaila (kitarra akustika), Albert Garzia (argunett) u Eric Wadge (baxx),
max-xtajta ta’ Marsalforn, Għawdex, fid-8.45 pm. Kulħadd huwa mistieden.
- LEJLA
LETTERARJA organizzata mill-Għaqda Letterarja Maltija,
nhar
is-Sibt, 23 ta’ Lulju 2005, fis- 7.30 p.m.,
fir-RAZZETT
TAL-MARKIŻ MALLIA TABONE, il-MOSTA,
biswit l-iskola
Lily of the Valley,
bil-koperazzjoni ta' l-Għaqda
Filantropika Talent Mosti.
(Biex tasal tista’ ssegwi l-vleġeġ
sa minn ħdejn il-knisja.)
Jieħdu sehem,
Godwin Cini, awtur
tal-ġabra ta’ poeżiji,
MIĊ-ĊILINDRI TA’ QALBI,
u
Frans
Baldacchino, il-Budaj, bil-għana tiegħu, awtur
ta’
IMRIEŻAQ TA’ MOĦĦI. Ikun hemm ħin
ukoll biex dawk preżenti jaqraw xi kitba tagħhom.
- It-Tnejn, 25 ta’ Lulju:
Poeżijaplus
fil-Café
Deux Baronnes (taħt il-Barrakka ta’ Fuq) fis-7.30 ta' filgħaxija:
LEJLA KANTAWTURI. Kunċert
ta' Muzika live bis-sehem ta' VINCE FABRI, WALTER MICALLEF, MARK
SPITERI LUCAS, RITA PACE, MARIO DEBONO, u TONY GRIMAUD.
- Konkors
Nazzjonali tal-Poeżija organizzat mill-Għaqda Poeti Maltin. Sal-31
ta' Lulju, 2005. Il-poeżiji jridu jintbagħtu lis-Segretarju ta'
l-Għaqda Poeti Maltin, is-Sur Charles Magro: "Darna," 42, Triq is-Sur,
Il-Fgura. PLA 14. Id-dettalji kollha jinsabu
hawnhekk.
- L-Erbgħa, 3 ta’ Awwissu:
Ilħna
Poeżija, attività organizzata mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun
u l-Għaqda Poeti Maltin fi Ġnien iċ-Ċrieki, iż-Żejtun. Se jkun hemm Walter
Micallef.
- Nhar il-Ħadd, 7 ta' Awwissu, fl-Imħażen
ta’ Pinto, ix-Xatt tal-Belt, Poeżijaplus u Nafra ser jippreżentaw
Swar, serata
letterarja bil-mużika ta' Ruben Żahra. Tibda fit-8.30p.m. Jinqraw sensiela
ta' kitbiet antiki u kontemporanji. Ser ikun hemm ukoll l-għannejja.
- It-Tlieta, 9 ta’ Awwissu: f’għeluq
il-mitt sena mit-twelid tal-poetessa Għawdxija
Mary Meylaq,
il-Maltapost se toħroġ bolla kommemorattiva u ċ-Circolo Gozitano se joħroġ
edizzjoni limitata ta’ 300 kartolina kommemorattiva fl-istess jum. Qed
jiġi organizzat programm speċjali għal dakinhar.
-
‘Ma' l-Aħħar Tokki…’ ser jittella' bħala
parti mid-DramaFest 2005 fil-Kavallier ta' San Ġakbu minn nhar id-19
sat-28 ta' Awwissu. Jittratta fuq il-ħajja mfarrka ta’ koppja li għaddejja
minn problemi intimi; koppja li għandhom tifla unika, ta’ xi tnax il-sena,
li tkun għaddejja ukoll minn żmien diffiċli ħafna u tkun qiegħda tingħalaq
fiha nnifisha kull jum li jgħaddi minn fuqha. L-omm tintebaħ
bid-differenza fl-attitudni ta’ bintha u tgħid lil żewġha b’dawn
id-differenzi, imma żewġha flok jipprova jgħin fis-sitwazzjoni, aktar
ikompli jkisser lil martu bi lsienu. Kemm Maria u kemm John ikellmu lil binthom separatament. L-awtur idaħħal
is-simbolu tal-pupazz illi joffri l-vuċi innocenti tal-bint u
għaldaqstant, issir l-interazzjoni bejniethom separatament fil-kamra
tas-sodda tat-tifla. L-omm tipprova turi l-imħabba ta’ omm u tpinġi lilha
nnifisha bħala l-ħabiba tat-tifla, filwaqt li l-missier jurih mod ieħor
b’vendikazzjoni li martu qatt ma setgħet ittih… tifel! Dramm traġiku li juri l-indifferenzi bejn koppja mifnija b’gideb u
stmerrija, il-kruha ta’ l-abbuż sesswali u l-qerda fatali li jġibu magħhom
dawn iċ-ċirkustanzi koroh tal-ħajja! Direzzjoni u l-kitba f'idejn Ivan De Battista, li għandu wkoll ir-rwol
prinċipali ta' John flimkien mal-mara tiegħu Simone li qed tinterpreta
l-parti ta' Maria.
-
It-Tnejn, 26 ta' Settembru, 2005,
fis-7.30pm, POEŻIJAPLUS, il-Bitħa tat-Teatru Manoel. Poezijaplus qed
tipproponi laqgha ta’ interventi dwar L-INDIPENDENZA TA' MALTA. Il-panel
ser ikun maghmul minn Henry Frendo, storiku li l-perijodu jafu sew u
mill-qrib; Il-President Emeritus Dr Censu Tabone, u l-membru parlamentari, Evarist Bartolo. L-attività ser
tinkludi muzika u qari ta’ l-epoka. Horizons ser tipprezenta zewg
dokumentarji qosra marbuta ma’ l-epoka, wiehed dwar Gorg Borg Olivier
miktub minn Sergio Grech, u l-ieħor dwar il-monument ta’ l-Indipendenza
miktub minn Vincent Zammit. L-għan tal-laqgħa huwa li wieħed jitla’ 'l fuq
mill-politika partiġġjana. Il-laqgha titmexxa mill-Arkivista Nazzjonali,
Charles Farrugia.
-
Il-Festival EPOKA
fix-Xatt ta’ Pinto, nhar il-Ħadd 11 ta’ Settembru. Dħul b’xejn.
Fit-8:00p.m., Ħrejjef,
mużika, tpinġijiet u ħrejjef Maltin. Mużika ta’ Ruben Zahra; pjanu Tricia
Dawn Williams; attur Joseph Galea; tpinġijiet: Trevor Żahra. Fl-10:30p.m.
kunċert tal-grupp Nafra bi strumenti tradizzjonali Maltin. Ruben Zahra:
żaqq, żummara; Daniel Cauchi: tanbur and percussion; Mario Frendo: vjola;
Andrew Micallef: argunett; Tricia Dawn Williams: pjanu: Paul Borg: tuba.
www.rubenzahra.com
-
Is-Sibt, 27 ta' Awwissu: Lejla Letterarja
mill-Għaqda Letterarja Maltija bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali
tal-Furjana, fi Ġnien Vilhena il-Furjana, fis-7.00 ta' fil-għaxija. Din
id-darba Lina Brockdorff se tintervista lill-poetessa Therese Pace.
Bhas-soltu, ikun hemm ħin biżżejjed sabiex kull min jattendi jkun jista'
jaqra xi poeżija jew proża tiegħu stess. Il-mużika se tkun f'idejn Vince
Fabri u Walter Micallef.
-
Poeżijaplus
tistiednek għal Għanjiet il-Mara. Fl-okkażjoni tal-mitt sena mit-twelid
ta' Mary Meylaq, l-ewwel poetessa Maltija. Bis-sehem ta' Miriam Christine,
Andeana, Graziana Axisa, Mark Spiteri Lucas, Walter Micallef, u Vince
Fabri. Nhar t-Tnejn 29 ta' Awwissu 2005, fis-7,30 ta' filgħaxija f'Cafe
Deux Baronnes, il-Belt, ħdejn il-Barrakka ta' Fuq.
www.poezijaplus.com
-
Iċ-Circolo Gozitano fakkar għeluq il-100
sena mit-twelid tal-poetessa Għawdxija Mary Meylaq b'kartolina
kommemorattiva (f'edizzjoni limitata ta' 300), xogħol tas-Sur George
Vella. Kull kartolina tiswa Lm 1. Dawk interessati jikkuntattjaw lil Joe
Borg,
lehenilmalti@nextgen.net.mt
-

-
Is-Sibt, 3 ta’ Settembru: Lejla Maltija
f'Għar Lapsi organizzata mill-Għaqda Kulturali Siġġiewi b’riżq il-proġett
tal-monumenti f’ġieħ Karmenu Vassallu u Patri Ġużè Delia. Prezz: Lm 2.75.
Timpana Bigilla Bebbux bl-arjoli Ġbejniet tal-bżar Ġardiniera
Ħobż biż-żejt Deżerta Tazza nbid u aktar. Logħob ta’ Tombla u
Lotterija. Għall-biljetti ċempel lil Dun Nikol Aquilina : 2146 7814 jew
lis-Sur Pawlu Aquilina : 2146 5052
-
L-Erbgħa, 7 ta’ Settembru:
Ilħna
Poeżija, attività organizzata mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun
u l-Għaqda Poeti Maltin fi Ġnien San Girgor, iż-Żejtun, flimkien ma’
Walter Micallef.
-
Conference on
Writing to Learn, Writing to Teach: Writing Process
for School Community Development. The Foundation for
Educational Services (FES), in co-operation with the Department of
Curriculum Management at the Education Division, is organising a two-day
National conference on 16-17 September 2005
at the Tumas Dingli Primary School, Triq Ħal Warda, Ħ'Attard.
The Conference will discuss the key role of the writing process in the
personal and academic development of teachers, parents and children in the
school community. This Conference is being organised within the framework
of the Malta Writing Programme (MWP). Open to all education
administrators, educators and parents in Malta and Gozo.
[Read
more]
- Il-Ġimgħa, 23 ta’ Settembru,
fis-7.00 pm, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, il-Mosta.: Niltaqgħu
ma’ l-awtur Patrick Sammut, awtur tal-ktieb Tieqa fuq Kittieba Maltin.
Lejla organizzata mill-Għaqda Filantropika Talent Mosti. Patrick Sammut
huwa impenjat fil-kamp letterarju lokali u huwa l-URP ta’ l-Għaqda Poeti
Maltin. Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b’xejn. Il-ktieb se jkun
għall-bejgħ bi prezz speċjali u se jkun hemm bibita.
- Is-Sibt, 24 ta’ Settembru: Laqgħa
Ġenerali Ordinarja ta’ l-Akkademja tal-Malti, fis-Sala Robert Samut,
il-Furjana, fid-9.00 am.
|
|
|
Fuq ir-Radju u t-Televiżjoni |
|
|
|
|
|
- Storja Tinkiteb
- Dr. Adrian Grima jippreżenta siltiet min-novelli li ħadu sehem
fil-Festival Internazzjonali tan-Novella organizzat mill-Kunsill
Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti f'Diċembru ta' l-2005. Fuq Campus FM 103.7
FM. Minn April 2006. Novelli jew siltiet minn novelli ta' Leila Abouzeid,
Clare Azzopardi, Paul P. Borg, Lou Drofenik, Joe Friggieri, Bernard
Micallef, Immanuel Mifsud, Alessandro Tamburini, u Trevor Żahra.
-
Wara Arrigo
- Ray Calleja jaqra proża kontemporanja
nhar ta' Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa bejn is-13.30 u s-13.50 fuq Campus FM
103.7 FM. Il-Ħadd jinstemgħu mill-ġdid bejn in-12.30 u s-13.30.
(iċċensurat, imwaqqaf 2007)
-
Salon Crit
- Charles Xuereb jintervista mistiedna dwar temi jew attivitajiet
kulturali fuq Campus FM 103.7 FM. It-Tnejn fl-10.06am u l-Ġimgħa
fit-8.06pm.
www.campusfm.um.edu.mt
-
Naqra, Nitfa, Tikka -
programm ta’ Ġorġ Peresso fuq Radju Malta, kuljum mit-Tnejn sal-Gimgha, min-12.30 - 1.30pm
-
Kellimni bil-Malti
– kull nhar ta’ Sibt fil-12.15 u t-Tlieta fil-23.35 fuq l-RTK (103 FM), programm ta’ Charles Coleiro
li fih il-Prof. Manwel Mifsud iwieġeb il-mistoqsijiet tas-semmiegħa fuq
il-lingwa Maltija.
-
Wirtna –
programm ta’ Sergio Grech kull nhar ta’ Erbgħa mit-15.30 sa l-16.30 fuq
Radju Malta (93.7 FM)
-
Kollu Malti –
kull nhar ta’ Tlieta jixxandar fuq Radju Malta
-
Minn fuq l-Ixkaffa
- Kull nhar ta' Tnejn fis-14.30, b'repetizzjoni t-Tlieta
fid-19.30, fuq Campus FM 103.7 FM. Sergio Grech u Trevor Żahra jitkellmu
dwar kittieba barranin.
www.campusfm.um.edu.mt
-
Għani f'Faqartu
produzzjoni ta’ Dr Charles Briffa jixxandar minn Campus FM 103.7 FM kull
nhar ta’ Tnejn fit-8.00 pm. Ripetizzjoni l-Ħamis fis-2.30 pm.
-
Meander -
Immexxi minn Mariella Pisani Bencini. Fuq Television Malta, It-Tnejn
fl-10.30pm.
-
Kelma Kelma
produzzjoni ta’ Ġorġ Peresso u Celaine Buhagiar jixxandar kull nhar ta’
Ħamis fis-7.30pm. Ripetizzjoni kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9.30 am fuq Campus
FM
103.7
|
|
|
|
|
|
Pubblikazzjonijiet Riċenti
marbutin mal-Letteratura Maltija (2007) |
|
|
|
|
|
Solitudni
fil-Folla - novelli ta' Joe Camilleri (Ir-Rabat, Għawdex) |
|
|
Ta’ l-Ilma Mbierek u rakkonti
oħra - Guy de Maupassant, trad. Toni Aquilina (Klabb Kotba
Maltin) |
|
|
sittalive - poeżiji ta' Norbert Bugeja, Antoine Cassar, Stephen
Gatt, Ċali Grima, Albert Marshall, Kevin Saliba, Mario Vella, u
Alex Vella Gera (Antoine
Cassar) |
|
|
Eklissi Perpetwi - poeżiji
ta' Achille Mizzi (Klabb Kotba Maltin) |
|
|
Celibacy - rumanz bil-Malti
ta' Tyrone Grima (Printwell) |
|
|
Meta l-Ħarifa Tiskot - rumanz
ta' Ġorġ Peresso (Horizons) |
|
|
L-Istallett tal-Fidda -
rumanz ta' Anthony Cordina |
|
|
L-Għanja
tal-Limerikki. Intaffu d-Dwejjaq
-
ta'
Maurice Mifsud Bonnici
(BDL) |
|
|
Il-Bieb Nru. 11 u stejjer oħra - novelli ta' Lina
Brockdorff (KKM: 215) |
|
|
Mill-Gallarija - ġabra ta' novelli ta’ Charles Casha (KKM)
|
|
|
Alicia Titkellem mill-Mewt -
novelli għaż-żgħażagħ ta' Mario Azzopardi (Merlin Library) |
|
|
Travelling Between Shadows - Charles Briffa dwar Mario Azzopardi
(Allied Press) |
|
|
Il-Ħares taz-Ziju Daddu -
novelli oħra u xi ġrajja ta' Maurice Mifsud Bonnici |
|
|
Ħbula Stirati -
poeżiji ta' Mario Vella, Alex Vella Gera, Kevin Saliba, Antoine
Cassar, Ċali Grima (2007) |
|
|
Riħ Isfel - rumanz għall-adolexxenti ta' Pierre J. Mejlak
(Merlin Library) |
|
|
Tibża' Xejn Jekk Tibda x-Xita - poeżiji ta' Mario
Cardona, Adrian Grima, Simone Inguanez, Immanuel Mifsud, u Walid Nabhan.
Ed. Adrian Grima (Edizzjoni Skarta, 2007) |
|
|
Sepja - novelli għall-kbar ta' Trevor
Żahra (Merlin Library) |
|
|
Dieser verwundete
Frühling - Dir-Rebbiegħa
Midruba - poeżiji ta' Adrian Grima,
edizzjoni bilingwi, Malti-Ġermaniż (Edizzjoni Skarta) |
|
|
Is-Sur Andre
fl-Iżbarra - rumanz ta' Carmel Calleja (PEG) |
|
|
O Għatx
Imkebbes Fjamma -
poeżiji ta’ Joe P. Galea |
|
|
Il-Kitba Kreattiva,
riflessjonijiet dwar il-kitba ta' Trevor Żahra (Merlin Library) |
|
|
|
|
|
Pubblikazzjonijiet Riċenti
marbutin mal-Letteratura Maltija (2006) |
|
|
|
|
|
Sa ma Jasal Godot - dramm ta'
Samuel Beckett (En attendant Godot), trad. ta' Toni
Aquilina (APS Bank) |
|
|
L-Anġlu tal-Qirda u stejjer oħra
- Anthony Cordina |
|
|
Mad-Destin Ma Jilgħab Ħadd -
rumanz ta' Alfred Massa (PIN). |
|
|
Il-Malti - Rivista ta' l-Akkademja tal-Malti (LXXVIII,
Diċ.
2006) - Ħarġa Letterarja |
|
|
Kassjopea
- Esejs dwar l-imgħoddi ta'
Maurice Mifsud Bonnici |
|
|
L-Irġiel tal-Garaxxijiet u stejjer
oħra - novelli ta' Nora Macelli (distributur:
BDL) |
|
|
L-Għanja taċ-Ċinju - poeżiji ta' Rev. George Mercieca |
|
|
Bil-Varloppa - poeżiji ta'
Louis Briffa |
|
|
Sħab - novelli
għall-adolexxenti ta' Trevor
Żahra (Merlin Library) |
|
|
Saydon. Biblista u Studjuż tal-Malti
- studju ta' Carmel Bezzina (Pubblikazzjoni Preca) |
|
|
Happy Weekend - traduzzjonijiet
ta' novelli ta' Immanuel Mifsud (KKM) |
|
|
Erġa Semmagħli l-Għanja -
poeżiji ta’ Pawlu Aquilina (JM
Vassallo Vibro Blocks Ltd) |
|
|
Il-Manifest tal-Killer -
rumanz ta' Karl Schembri (Choppy Books)
|
|
|
"Ħala taż-Żgħożija" u Stejjer Oħra
- novelli ta' Lino Spiteri (PEG) |
|
|
Il-Linja l-Ħadra -
novelli ta' Clare Azzopardi (Merlin Library)
|
|
|
Storja Tinkiteb -
novelli ta' Leila Abouzeid, Clare Azzopardi, Paul P. Borg, Lou Drofenik,
Joe Friggieri, Ghassan Kanafani, Juan Mamo, Bernard Micallef, Immanuel
Mifsud, Alessandro Tamburini, u Trevor Żahra (Klabb Kotba Maltin |
|
|
Stejjer Minn Wied Gharbiel ta'
Paul P. Borg (Klabb Kotba Maltin) |
|
|
La Jibbnazza Niġi Lura - rumanz
ta' Oliver Friggieri (Mireva) |
|
|
Siegħa Vjola - poeżiji 1993-2005 ta'
Joseph Buttigieg |
|
|
L-Istrumenti
tal-Passjoni
- poeżiji ta'
Mary Meylak (Frank
Mercieca, tel 2155 6344) |
|
|
Sejjaħli B'Ismek - poeżiji ta' Lara Calleja, Alison Camilleri, Mark Camilleri, Christopher Cutajar,
Fabio D'Amato, Cedric Farrugia, Dario Grixti u Kevin Saliba (Pubblikazzjonijiet
Kamaleontiċi) |
|
|
Rakkmu - poeżiji ta'
Adrian Grima, 1995-2005 (Klabb Kotba Maltin) |
|
|
Għana Bikri u Għana Waħħari –
poeżiji ta’ Ġorġ Pisani (APS - Akkademja tal-Malti) |
|
|
|
|
|
Pubblikazzjonijiet Riċenti
marbutin mal-Letteratura Maltija (2005) |
|
|
ftit
mara, ftit tifla - poeżiji ta' Simone Inguanez (Klabb
Kotba Maltin) |
|
|
Silġ fuq Kemmuna -
rumanz ta' Alfred Sant
stampat mill-ġdid
(PEG) |
|
|
Ġierku Ma Jmut Qatt
- rumanz ta' Charles Flores
(PEG) |
|
|
Meta Jdellel il-Qamar
- novelli ta’
Lino Spiteri (PEG) |
|
|
Others, Across
- novelli ta' Clare Azzopardi, fis-sensiela Contemporary Maltese
Literature in Translation (Inizjamed, Midsea) |
|
|
Waiting for Green. Traffic Light Thoughts-
poeżija u proza ta' Stanley Borg, fis-sensiela Contemporary Maltese Literature in Translation
(Inizjamed, Midsea) |
|
|
Stay, Fairy Tale, Stay! Memoirs of a City Cast Adrift
- poeżiji ta' Norbert
Bugeja, fis-sensiela Contemporary Maltese Literature in Translation
(Inizjamed, Midsea) |
|
|
Memory Rape
- poeżiji ta' Maria Grech
Ganado, fis-sensiela Contemporary Maltese Literature in
Translation (Inizjamed, Midsea) |
|
|
The
Tragedy of the Elephant
- poeżiji ta' Adrian
Grima, fis-sensiela Contemporary Maltese Literature in Translation
(Inizjamed, Midsea) |
|
|
Water, Fire, Earth and I
-
poeżiji ta'
Simone Inguanez, fis-sensiela
Contemporary Maltese Literature in Translation (Inizjamed, Midsea) |
|
|
Fora Melitensia -
nru. 2. Artikli akkademiċi dwar il-Letteratura Maltija (Progress Press) |
|
|
Sfidi - Proża għall-adolexxenti ta'
Trevor Żahra (Merlin Library) |
|
|
Burraxki -
Novelli ta'
Charles Casha (KKM) |
|
|
Il-Malti -
Rivista ta' l-Akkademja tal-Malti
(LXXVI, Sett. 2005) - Letteratura ġdida |
|
|
Il-Malti - Rivista ta' l-Akkademja tal-Malti (LXXVII, Sett.
2005) - Artikli akkademiċi |
|
|
Għeluq - Poeżiji
ta' Victor Fenech (2005) |
|
|
Bagalja Ħolm -
Dramm ta' Vincent Vella (KKM) |
|
|
Kimika
- Novelli ta' Immanuel Mifsud (KKM) |
|
|
KM
- Poeżiji bil-Malti ta' Immanuel Mifsud bi
traduzzjonijiet għall-Ingliż ta' Maria Grech Ganado (KKM) |
|
|
Mill-Blat
Insawwar Ħolma. Poeżiji 1992-2004 ta' Ġorġ
Borg |
|
|
Fil-Ħofra Bejn Spallejha
- Poeżiji bil-Malti ta' Maria Grech Ganado |
|
|
Ktieb għall-Ħruq
- Antoloġija ta' letteratura kontemporanja, ed. Adrian Grima
(Inizjamed) |
|
|
Janus Miljard
- Poeżiji ta' Charles Coleiro |
|
|
|
|
|
|